Avviżi 26 – 7 – 20

  1. Is-Sibt biss:     Illejla se jkun organizzat BBQ fi Ġnien il-Familja miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru. Min jitħajjar jista’ jiġi fil-Ġnien stess.
  2. Fetħu l-applikazzjonijiet għall-adulti li jixtiequ jagħmlu xi kors biex jitgħallmu xi ħaġa u jtejbu l-ħajja tagħhom. Inħajjarkom ħafna biex jekk għandkom ċans tippruvaw wieħed mill-korsijiet. Min jitħajjar jista’ jsib aktar dettalji min-notice-board tas-sagristija jew mill-Kunsill Lokali.
  3. Il-Fakulta’ tat-Tejoloġija wkoll fetħet l-applikazzjonijiet ghal diversi korsijiet fit-Tejoloġija li għandhom jinbdew f’Ottubru li ġej. Dettalji minn fuq in-notice-board.
  4. Dawk li jixtiequ joffru xi quddies għal xi qraba tagħhom, huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.
  5. Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu, se tkun organizzata ġurnata għal Għawdex. Ikun hemm ukoll il-ħin għat-tombla.
  6. Jekk jista’ jkun meta tiġu l-Knisja ilbsu l-maskli jew il-visor.

R.I.P.:  Tanya Cutajar.

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *