Category Archives: Avvizi Kommunitarji

L-avviżi li jiġu ippublikati kull ġimgħa.

Avviżi 6 – 9 – 20

  1. Jekk Alla jrid nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru se jkun magħna Mons. Vigarju Mons. Joseph Galea Curmi sabiex jagħti l-pusses bħala Kanonċi effettivi fil-Kapitlu tagħna lil Dun Mario, Dun Noel, u Dun Anthony. Il-pussess jingħata fis-5.45 pm qabel il-quddiesa tas-Salve. Nitolbu għalihom biex Alla jagħtihom l-għajnuna tiegħu fil-ħidma spiritwali fi ħdan il-parroċċa ta’ Bormla.
  2. Nhar it-Tlieta li ġejjin hija s-Solennita’ għażiża tat-Twelid tal-Verġni Marija. Peress li mhix festa kmandata, il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol, jiġifieri fis-7.00 am u fis-6.00 pm. Nitolbu wkoll għal ħutna senglejani li jiċċelebraw il-Festa titulari tagħhom.
  3. Nhar it-Tlieta wkoll, fl-10.00 am se ssir quddies li fiha jingħata s-Sagrament tal-Magħmudija.
  4. Nhar is-Sibt niċċelebraw it-tielet Sibt tal-Kunċizzjoni.  Bħas-soltu ikun hemm il-kurunella u Salve Regina fil-5:30 pm, imbagħad inkomplu bil-quddiesa tas-6:00 pm.

R.I.P.: Alfred Marlow.

Avviżi 23 – 8 – 20

  1. Nhar is-Sibt li ġej, bil-għajnuna t’Alla, niċċelebraw l-Ewwel Sibt tal-Kunċizzjoni. Qabel il-quddiesa tas-6.00 pm titkanta l-Ave Maris Stella, tingħad il-Kurunella u jitkanta s-Salve. Din is-sena is-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni se jsiru minn diversi kanonċi tal-Kolleġġjata tagħna.

Irrid inħabbrilkom ukoll li Mons. Arċisqof innomina tliet saċerdoti biex jingħaqdu bħala Kanonċi Effettivi mal-Kapitlu tagħna. Dawn huma: Dun Mario Sammut minn Ħaż-Żebbuġ li għamel żmien bħala Djaknu fil-parroċċa tagħna, Dun Anthony Fitzpatrick li ftit ilu kien viċi hawnhekk Bormla u Dun Noel Camilleri D’Amato miż-Żurrieq li ġieli ta l-għajnuna tiegħu fil-quddies hawnhekk. Nifirħulhom u ‘l quddiem inħabbru d-data ta’ meta l-aħjar li jkun jista’ jsir il-pussess tagħhom bħala Kanonċi.

R.I.P.: Mary Jourdan u Carmelo Cassar.