Monthly Archives: August 2020

Avviżi 23 – 8 – 20

  1. Nhar is-Sibt li ġej, bil-għajnuna t’Alla, niċċelebraw l-Ewwel Sibt tal-Kunċizzjoni. Qabel il-quddiesa tas-6.00 pm titkanta l-Ave Maris Stella, tingħad il-Kurunella u jitkanta s-Salve. Din is-sena is-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni se jsiru minn diversi kanonċi tal-Kolleġġjata tagħna.

Irrid inħabbrilkom ukoll li Mons. Arċisqof innomina tliet saċerdoti biex jingħaqdu bħala Kanonċi Effettivi mal-Kapitlu tagħna. Dawn huma: Dun Mario Sammut minn Ħaż-Żebbuġ li għamel żmien bħala Djaknu fil-parroċċa tagħna, Dun Anthony Fitzpatrick li ftit ilu kien viċi hawnhekk Bormla u Dun Noel Camilleri D’Amato miż-Żurrieq li ġieli ta l-għajnuna tiegħu fil-quddies hawnhekk. Nifirħulhom u ‘l quddiem inħabbru d-data ta’ meta l-aħjar li jkun jista’ jsir il-pussess tagħhom bħala Kanonċi.

R.I.P.: Mary Jourdan u Carmelo Cassar.

Avviżi 16 – 8 – 20 1.

Kif nafu l-każijiet tal-COVID-19 qed jerġgħu jiżdiedu. Ma jidhirx li hemm ghalfejn nibżgħu niġu l-Knisja. Basta meta niġu l-Knisja noqgħodu attenti u nieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Nitlobkom biex nilbsu l-maskli jew il-visor, nieħdu t-temperatura, nużaw is-sanitizer kif nidħlu, u nżommu d-distanzi. Tressqux siġġijiet ħalli jibqgħu b’dawn id-distanzi għas-saħħa ta’ kulħadd. It-tqarbin jibqa’ jsir kif qed isir jiġifieri billi jinżel is-saċerdot ħdejkom u jqarbinkom.

R.I.P.: Arthur Briffa.