Category Archives: Tagħrif dwar il-parroċċa

Artikli dwar il-Parroċċa ta’ Bormla

Il-Bormliżi ta’ Kull Żmien

Websajt ġiet kreata bl-iskop ewlieni li sservi bħala reġistru uniku tal-Bormliżi ta’ kull żmien.

​Li tiftakar ifisser li tħobb u li tgħożż il-memorja.

​F’din il-websajt hemm id-dettalji u r-ritratti tal-għeżież tagħna, kemm dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem kif ukoll dawk li għadhom fostna.

​Wieħed irid japprezza l-fatt li dan il-proġett, huwa vast u, se jkun maqsum f’diversi stadji bil-websajt tiġi aġġornata ta’ spiss.

https://bormlizitakullzmien.wixsite.com/bormlizitakullzmien

Bormliżi ta’ Kull Żmien

Ġabra ta’ ritratti ta’ Bormliżi mejtin u ħajjin bħala parti mill-istorja ta’ Beltna għal ġenerazzjonijiet li jiġu warajna.

Ir-ritratti se jkunu fi ktieb biex fi żmien il-festa tal-Immakulata jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-Parroċċa. Minbarra hekk, dawn ir-ritratti se jkunu fuq l-Internet. B’mod partikolari fi żmien il-festa, l-ktieb se jiġi ppreżentat waqt quddiesa li tkun offruta għal maħbubin tagħna mejta.

Jistgħu japplikaw dawk li tgħammdu Bormla, għexu Bormla għal żmien twil u jqisu ruħhom Bormliżi u dawk li għandhom konnessjoni ma’ Bormla. Persuni ħajjin u għandhom ‘il fuq minn tmintax-il sena jistgħu japplikaw. 

Huwa importanti li timtela l-applikazzjoni b’konformità mal-Protezzjoni tad-Data.

Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 79619867, 99460104 jew 99805088.