M’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja.

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann Ġw 15, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni”.

Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

M’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja. Qari mill-Evanġelju skont San ĠwannĠw 15, 18-21F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni”. Il-Kelma tal-MulejR/. Tifħir lilek Kristu

Posted by RevCan Emmanuel Schembri on Friday, May 15, 2020

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *