Monthly Archives: August 2020

Avviżi 09-08-2020

  1. Nhar is-Sibt li ġej niċċelebraw il-Festa għażiża tat-Tlugħ ta’ Marija Ssma. fis-Sema – Santa Marija. Peress li hija festa kmandata, il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal nhar ta’ Ħadd. Anke l-Ġimgħa lejliet, il-quddies ikun bħas-Sibt. Jiġifieri nhar il-Ġimgħa fil-għaxija jkollna żewġ quddisiet fil-4.45 u fis-6.00. Is-Sibt il-quddies ikun fis-7.00, fid-9.00 u fil-11.30 filgħodu u fil-5.00 pm bħal nhar ta’ Ħadd. Jiġifieri nhar is-Sibt fil-għaxija jkollna quddiesa waħda fil-5.00 bħall-Ħdud. Imbagħad il-Ħadd il-quddies ikun fil-ħinijiet normali.
  2. Nhar is-Sibt ukoll se jkollna il-Magħmudija fl-10.00 am.
  3. Kif nafu l-każijiet tal-COVID-19 qed jerġgħu jiżdiedu. Nitlobkom biex meta niġu l-Knisja nilbsu l-maskli jew il-visor, nieħdu t-temperatura, nużaw is-sanitizer kif nidħlu u nżommu d-distanzi. Jekk jogħġobkom tressqux siġġijiet ħalli jibqgħu b’dawn id-distanzi għas-saħħa ta’ kulħadd. It-tqarbin jibqa’ jsir kif qed isir jiġifieri billi jinżel is-saċerdot ħdejkom u jqarbinkom.
  4. R.I.P.: Pawlu Pace.