Monthly Archives: July 2020

Avviżi 5 – 7 – 20

Nhar il-Ħadd li ġej, jekk Alla jrid, se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof fl-10.00 am. Nitolbu għal dawn it-tfal u l-ġenituri tagħhom biex l-Ispirtu s-Santu jgħinhom permezz tad-Doni tiegħu. Il-quddiesa tal-11.00 am toħroġ ftit tard.

Għalhekk għada it-Tnejn se ssir laqgħa għall-ġenituri biex tingħata l-aħħar informazzjoni dwar il-Griżma. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja fis-6.30 pm.

  • Kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa fis-6.30 pm qed issir il-laqgħa tal-Grupp taż-Żgħażagħ. Ħajjruhom jattendu. Jagħmlu ħafna laqgħat interessanti għaż-żgħażagħ. It-Tnejn, per eżempju, se jmorru l-Irnella ħdejn il-baħar u jagħmlu water-games.
  • Il-Ħamis 16 ta’ Lulju se ssir ġurnata l-Armier għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  • Ippermettuli wkoll infakkarkom fil-€5 tax-xahar. Kemm ilna bil-pandemija, l-flus nixfu. Nitlobkom tgħinuna.