{"id":136,"date":"2020-05-12T17:08:19","date_gmt":"2020-05-12T17:08:19","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=136"},"modified":"2020-05-12T17:08:38","modified_gmt":"2020-05-12T17:08:38","slug":"statwi-fil-pjazez-u-toroq-ta-bormla-is-6-parti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=136","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Is-6 Parti"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019din is-sena \u010aentinarja se nkomplu nitkellmu fuq statwi u ni\u010be\u010b tal-Madonna \u0121ewwa Bormla, il-\u2018Belt ta\u2019 l-Immakulata\u2019.&nbsp; Fil-fatt f\u2019artikli fis-snin l-img\u0127oddija di\u0121a tkellimna fuq l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni ta\u2019 quddiem il-knisja kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 Bormla, statwa o\u0127ra tal-Kun\u010bizzjoni li kien hemm Santa Liena, o\u0127ra tal-Kun\u010bizzjoni fi Triq il-Kun\u010bizzjoni u n-ni\u010b\u010ba li kien hemm ta\u2019 l-Immakulata fi Pjazza Paolino Vassallo kantuniera ma\u2019 Sqaq il-Kun\u010bizzjoni. Ktibna wkoll fuq in-ni\u010b\u010ba tal-Kun\u010bizzjoni li hemm fi Triq San Pawl, il-Madonna ta\u2019 Trapani fil-fa\u010b\u010bata tal-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca u n-ni\u010b\u010ba tal-Kwadru tal-Kor ma\u2019 \u0121enb l-istess knisja, In-ni\u010b\u010ba ta\u2019 Santa Marija f\u2019Bieb Bormla, u l-Madonna bil-Bambin fid-da\u0127la fil-blat ta\u0127t il-Mina ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli li fiha hemm ukoll statwa mdaqqsa tal-Madonna ta\u2019 Lourdes.<\/p>\n\n\n\n<p>Monument Ta\u010b-\u010aentinarju Mill-Inkurunazzjoni<\/p>\n\n\n\n<p>Minn dan naraw kemm il-poplu Bormli\u017c huwa marbut mal-Patruna Spe\u010bjali tieg\u0127u<img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/MonumentCentinarju.jpg\" alt=\"Il-Monument ta\u010b-\u010aentinarju mill-Inkurunazzjoni fi Pjazza Gavino Gulia.\" width=\"250\" height=\"163\">&nbsp;Marija Immakulata u biex inkomplu nuru din id-devozzjoni se nsemmu aktar statwi u ni\u010be\u010b tal-Madonna f\u2019Bormla.&nbsp; Bix-xieraq f\u2019din is-sena nibdew bil-Monument li sar b\u2019tifkira ta\u010b-\u010aentinarju mill-inkurunazzjoni bix-xbieha tal-Madonna Inkurunata indurata bid-deheb.&nbsp; |ejjen Pjazza Gavino Gulia u l-inawgurazzjoni tieg\u0127u saret nhar il-}add 19 ta\u2019 \u0120unju, 2005 u n-nies attendiet bi \u0127\u0121arha.&nbsp; Huwa xog\u0127ol tal-marmista Ronald Pisani, skultura u funditura tal-Madonna u l-panewijiet ta\u2019 Joe Chetcuti, induratura minn John Pace, il-Perit kien Joseph Cassar, u dawl mid-Ditta Nexos.&nbsp; Il-Kunsill Lokali ta\u2019 Bormla wkoll ta l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u u kul\u0127add fa\u0127\u0127ar dan il-monument artistiku! Grazzi wkoll lill-benefatturi kollha.<\/p>\n\n\n\n<p>Statwi Tad-Duluri Fi Triq<br>L-Oratorju U Fi\u010b-\u010aimiterju<\/p>\n\n\n\n<p>Ma\u2019 \u0121enb il-bieb ta\u2019 l-Oratorju hemm ma\u0127\u017cen u fuqu naraw xbieha \u017cg\u0127ira tad-Duluri.&nbsp;&nbsp;<img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/StatwaDuluriOratorju.jpg\" alt=\"Statwa tad-Duluri ma \u0121enb l-Oratorju\" width=\"198\" height=\"306\">Statwa sabi\u0127a tad-Duluri tinsab mal-\u0121enb ta\u2019 l-Oratotju, e\u017catt ta\u0127t il-kampnar.&nbsp; Din hija statwa antika. Mil-lapida li tfakkar l-indul\u0121enzi mog\u0127tija mill-Isqof Bartolomeo Rull fl-1759, li hemm mal-pedestall g\u0127oli naqraw li 40 jum ta\u2019 indul\u0121enzi jing\u0127ataw lil min jg\u0127id \u2018Ave Maria\u2019 quddiem din ix-xbieha ta\u2019 Sidtna Marija Addolorata.&nbsp; L-istatwa tad-Duluri li naraw illum qabel kienet fi\u010b-\u010aimiterju ta\u2019 l-Erwie\u0127 li hemm fi sqaq \u2018il fuq mill-knisja ta\u2019 San Pawl.&nbsp; Tpo\u0121\u0121iet f\u2019postha fl-1897 flok l-o\u0127ra li kienet saret fl-1759 mill-iskultur Gaetano Fabri u swiet 46 skud u 9 tarin.&nbsp; Dan il-bdil sar b\u2019de\u010bi\u017cjoni tal-Fratellanza tal-Kur\u010bifiss.&nbsp; L-istatwa g\u0127andha s-sejf jinfdilha qalbha u kuruna tax-xewk f\u2019idha l-leminija. Qieg\u0127da fuq pedestal g\u0127oli u eleganti li fih simboli tal-passjoni b\u0127all-kuruna tax-xewk, il-lanza u l-ispon\u017ca. Fuq kartella bis-simbolu tal-qalb ta\u2019 Marija minfuda bis-sejf naqraw dawn Il-kelmiet \u2018Attendite universi populi, et videte dolorem meum. Hier: Cap.1 \u2019- }arsu lejja \u0121nus kollha u araw in-niket tieg\u0127i.\u2019&nbsp; L-istatwa ta\u2019 Gaetano Fabri, li kien hemm qabel, tpo\u0121\u0121iet flok l-o\u0127ra fi\u010b-\u010aimitarju ta\u2019 l-Erwie\u0127 li di\u0121a semmejna.&nbsp; Sfortunatament dan i\u010b-\u010bimiterju, li kien inbena g\u0127all-pesta ta\u2019 l-1676, jinsab mag\u0127luq u ma tistax tara sewwa din l-istatwa antika li hija sabi\u0127a wkoll. Fabri kien skultur tajjeb u tieg\u0127u g\u0127andna xog\u0127ol fl-Oratorju.<\/p>\n\n\n\n<p>Ni\u010b\u010ba Tad-Duluri Fi Triq Santa Liena<\/p>\n\n\n\n<p>Ta\u2019 min isemmi wkoll li hemm ni\u010b\u010ba ta\u2019 Marija Addolorata, bi kwadru bix-xbieha tad-duluri mlibbsa bid-drapp, li tinsab fi Triq Santa Liena mal-\u0127ajt ftit \u2018il fuq mill-Mina ta\u2019 Santa&nbsp; Liena int u tiela lejn in-na\u0127a ta\u2019 Verdala.&nbsp; Naraw ukoll santa kbira tad-Duluri fin-ni\u010b\u010ba ta\u2019 l-aluminjum li hemm fi Triq San Mikiel, imma din hija ni\u010b\u010ba tal-Kun\u010bizzjoni.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Ni\u010be\u010b Tal-Kun\u010bizzjoni Fi Triq San Mikiel,<br>Id-Dejqa, Il-Pellegrina\u0121\u0121,<br>U Statwa Tal-Kun\u010bizzjoni F\u2019<em>Hubbard Flats<\/em><\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Din in-ni\u010b\u010ba moderna fi Triq San Mikiel tinsab bejn il-postijiet nru 29 u 30.&nbsp; Fiha naraw stampa mdaqqsa kopja ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni ta\u2019 Murillo, pittur famu\u017c Spanjol.&nbsp; Kif g\u0127idna hemm ukoll santa tad-Duluri u \u0127afna santi ta\u2019 nies li mietu.&nbsp; Hija devota man-nies tal-post hekk li jkun hemm xemg\u0127at u va\u017cuni bil-fjuri quddiem dawn ix-xbihat.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019wesg\u0127a li tid\u0127ol g\u0127aliha mill-mina ewliena ta\u2019 Hubbard Flats, madwar g\u0127axar snin ilu saret ni\u010b\u010ba kbira u moderna bi statwa tal-Kun\u010bizzjoni f\u2019post \u010bentrali.&nbsp; Dan sar meta r-residenti \u0127adu inizjattiva li jirran\u0121aw l-in\u0127awi li \u0121ew ferm isba\u0127 milli kienu.&nbsp; L-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni li nsibu f\u2019din in-ni\u010b\u010ba hija ta\u2019 daqs naturali u saret u n\u017cebg\u0127et mill-a\u0127wa Mario u Gino Vassallo.&nbsp; Hija statwa sabi\u0127a u fin-ni\u010b\u010ba hemm ukoll pavaljun ik\u0127al.&nbsp; In-ni\u010b\u010ba u l-istatwa mi\u017cmumin tajjeb u j\u017cejnu l-in\u0127awi.<\/p>\n\n\n\n<p>Fi Triq il-Pellegrina\u0121\u0121 qabel taqbad Triq San Mark insibu ni\u010b\u010ba \u017cg\u0127ira li fiha hemm santa tal-kwadru tal-Madonna tal-Kor.&nbsp; Ta\u0127tha hemm lapida \u017cg\u0127ira ta\u2019 l-ir\u0127am f\u2019g\u0127amla trijangolari li fiha naqraw li l-Isqof Mons. Carmelo Scicluna kien ta indul\u0121enzi lil min jg\u0127id \u2018<em>Salve&nbsp;<\/em><em>Regina<\/em><em>\u2019&nbsp;<\/em>b\u2019devozzjoni quddiem din ix-xbieha ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni.&nbsp; Din in-ni\u010b\u010ba je\u0127tie\u0121 li tkun restawrata u l-istampa tinbidel g\u0127ax mitfija.<\/p>\n\n\n\n<p>Fi Triq id-Dejqa, bejn il-postijiet nru 6 u 7, nsibu ni\u010b\u010ba \u0127elwa ta\u2019 l-injam.&nbsp; Hija wkoll ni\u010b\u010ba ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni li fiha statwa \u0127elwa f\u2019abside li n-na\u0127a ta\u2019 fuq tispi\u010b\u010ba f\u2019g\u0127amla ta\u2019 arzella.&nbsp; G\u0127andha pizz li fih impin\u0121ija l-emblema tal-Madonna bit-tnax-il kewkba u mensola tal-\u0121ebel li fiha d-dawl elettriku, minbarra fjuri fin-ni\u010b\u010ba.&nbsp; Din kien jie\u0127u \u0127siebha Rafel il-Kurdar meta kien joqg\u0127od hemm, illum baqa\u2019 ibnu \u0120or\u0121 jie\u0127u \u0127sieb. Ma\u2019 \u0121enb in-ni\u010b\u010ba naraw erba\u2019 pilastri li jkomplu j\u017cejnu din in-ni\u010b\u010ba li hija mi\u017cmuma tajjeb.<\/p>\n\n\n\n<p>Ni\u010be\u010b Tal-Madonna U Sant\u2019 Anna Fi Triq Xandru<\/p>\n\n\n\n<p><img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/MadonnaBambinNiccaAntika.jpg\" alt=\"Il-Madonna bil-Bambin. Ni\u010b\u010ba antika fi Triq Xandru.\" width=\"200\" height=\"315\">Fit-triq bl-isem storiku ta\u2019 Xandru g\u0127al Sir Alexander Ball, li mexxa Malta wara t-tluq tal-Fran\u010bi\u017ci, insibu \u017cew\u0121 ni\u010be\u010b tal-Madonna u o\u0127ra tal-Madonna m\u2019ommha Sant\u2019 Anna.&nbsp; L-ewwel wa\u0127da jekk nimxu \u2018l \u0121ewwa min-na\u0127a ta\u2019 l-Iskola Primarja hija ni\u010b\u010ba \u017cg\u0127ira li g\u0127adha kif saret fil-kantuniera ma\u2019 Triq Nelson.&nbsp; Fiha naraw statwa \u017cg\u0127ira ta\u2019 Sant Anna qieg\u0127da&nbsp;<a href=\"file:\/\/omm\/\">\u017c\u017comm<\/a>&nbsp;id il-Madonna li g\u0127andha ktieb f\u2019idejha.<\/p>\n\n\n\n<p>In-na\u0127a l-o\u0127ra f\u2019tarf it-triq hemm ni\u010b\u010ba tal-\u0121ebel li tidher antika u fiha statwa mdaqqsa tal-Madonna, bil-kuruna fuq rasha u l-Bambin f\u2019idha l-leminija.&nbsp; F\u2019idha l-o\u0127ra g\u0127andha qisha \u0127ob\u017ca \u017cg\u0127ira, g\u0127andu mnejn biex turi l-providenza jew il-karita\u010b.&nbsp; Ta\u0127t ri\u0121lejn il-Madonna hemm qamar kbir u fuq pedestal sempli\u010bi naraw wi\u010b\u010b ta\u2019 an\u0121lu bil-\u0121wiena\u0127.&nbsp; Kemm l-istatwa li mhix komuni, u anke l-fa\u010b\u010bata fejn tinsab g\u0127andhom b\u017conn ta\u2019 restawr immedjat g\u0127ax inkella \u017cgur li din in-ni\u010b\u010ba tintilef u tkun \u0127asra kbira.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019nofs Triq Xandru bejn dawn i\u017c-\u017cew\u0121 ni\u010be\u010b li semmejna hemm ni\u010b\u010ba o\u0127ra ta\u2019 l-injam bil-pizz fuqha, li fiha statwa tal-Madonna tar-Ra\u0121\u0121i.&nbsp; ma\u2019 \u0121enbha nsibu \u017cew\u0121 fanali u d-dawl elettriku.&nbsp; Ta\u0127tha hemm ni\u010b\u010ba \u017cg\u0127ira \u0127afna tal-qalb ta\u2019 \u0120esu\u2019, \u017cew\u0121 da\u0127liet fil-\u0127ajt g\u0127ax-xemg\u0127at u mensola fejn jistg\u0127u jitpo\u0121\u0121ew il-va\u017cetti tal-fjuri jew mixg\u0127ela.<\/p>\n\n\n\n<p>Xbihat Tal-Madonna Tal-Midalja Jew Tar-Ra\u0121\u0121i&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Minbarra x-xbieha tal-Madonna tar-Ra\u0121\u0121i fi Triq Xandru, nsibu o\u0127ra mdaqqsa fi Triq Luigi Rosato qabel taqbad Triq San Mikiel.&nbsp; Hija statwa mi\u017cbug\u0127a bajda fuq sfond ik\u0127al u tinsab fuq xkaffa f\u2019kantuniera.&nbsp; Jkollha fjuri u xemg\u0127at quddiemha u ma\u2019 \u0121enbha hemm \u017cew\u0121 fanali tad-dawl.&nbsp; Statwa o\u0127ra tal-Madonna tar-Ra\u0121\u0121i jew tal-Midalja, narawha kif tid\u0127ol f\u2019dawk li kienu&nbsp;<em>barracks&nbsp;<\/em>ta\u2019 Verdala. Hija mdaqqsa, mi\u017cbug\u0127a b\u2019libsa bajda u bil-mant ik\u0127al, u tinsab quddiem il-post g\u0127all-Persuni b\u2019Di\u017cabilita\u010b. Fuq il-bejt ta\u2019 l-Azzjoni Kattolika ta\u2019 l-ir\u0121iel fi Triq l-Oratorju u fuq il-bejt tad-dar nru 14, Triq il-Polvrista hemm ukoll xbihat o\u0127ra tal-Madonna tar-Ra\u0121\u0121i.&nbsp; Dari kien hemm statwa tal-Madonna fuq bejt fi Triq l-Oratorju li llum m\u2019g\u0127adhiex hemm.<\/p>\n\n\n\n<p>Statwi U Ni\u010be\u010b Li M\u2019g\u0127adhomx<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dawn l-in\u0127awi kien hemm \u017cew\u0121 statwi u ni\u010b\u010ba li m\u2019g\u0127adhomx f\u2019posthom.&nbsp; Fi Triq il-Mit\u0127na kien hemm ni\u010b\u010ba tal-Madonna, skond in-nies tal-post, tal-Kun\u010bizzjoni u li kienet ta\u2019 sid id-dar qrib.&nbsp; Kienet ma\u2019 \u0121enb id-dar nru. 31 u kienet ta\u2019 l-injam.&nbsp; Fi Triq l-Oratorju, fuq nett, ma\u2019 l-a\u0127\u0127ar dar kantuniera ma\u2019 Triq Santa Margerita kien hemm statwa mdaqqsa tal-Madonna li kienet tixba\u0127 il-vara titulari tal-Kun\u010bizzjoni li kellna qabel l-1905, qabel ma saret tal-fidda.&nbsp; \u0126afna jiftakruha sewwa u kienet fuq dinja bis-simboli ta\u2019 l-erba\u2019 Evan\u0121elisti.&nbsp; Tne\u0127\u0127iet snin ilu x\u2019aktarx minn min \u0127a dik id-dar.&nbsp; Min ne\u0127\u0127ieha \u010ba\u0127\u0127adna minn parti minn wirt beltna!&nbsp; Tista\u2019 ssir o\u0127ra flokha.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Madonna Tal-Karmnu Fit-Triq Tal-Baqar U Triq Nelson&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Sal-bidu tas-snin \u0127amsin kienet g\u0127adha f\u2019postha statwa kbira tal-Madonna tal-<img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/NiccaStatwaMadonnaKarmnuTriqNelson.jpg\" alt=\"Ni\u010b\u010ba bi statwa tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq Nelson\" width=\"200\" height=\"289\">Karmnu, fuq pedestal g\u0127oli fit-Triq tal-Baqar (Triq il-Gendus), g\u0127alkemm kienet nofsha mfarrka bil-bombi tal-gwerra.&nbsp; Kienet xog\u0127ol ta\u2019 Mastru \u010aens Sammut (1810-1880), li l-iskultur Rabti \u0127adem fl-1854, is-sena li fiha saret id-Domma ta\u2019 l-Immakulata.&nbsp; Din l-istatwa kienet f\u2019nofs il-pjazza li \u0121ejja g\u0127an-ni\u017cla pre\u010bi\u017c quddiem l-Ispi\u017cerija \u2018<em>Verdala\u2019<\/em>.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Meta kont g\u0127adni tifel niftakarha, u g\u0127akemm imkissra, fil-festa tal-Karmnu kienu xorta jpo\u0121\u0121u xemg\u0127at u fjuri quddiema.&nbsp; Tne\u0127\u0127iet fis-snin \u0127amsin, l-a\u0127\u0127ar li niftakarha kien \u0127dejn il-Bieb&nbsp;<em>\u2018Notre Dame\u2019&nbsp;<\/em>jew&nbsp;<em>\u2018Bieb is-Sultan\u2019&nbsp;<\/em>li minn }a\u017c-|abbar jag\u0127ti g\u0127al Bormla.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Setg\u0127et \u0121iet irran\u0121ata jew saret o\u0127ra imma ntilfet m\u2019o\u0127rajn darba g\u0127al dejjem.&nbsp; Illum baqa\u2019 tifkira tag\u0127ha f\u2019xi ritratti rari.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;<br>Imma g\u0127ad g\u0127andna statwa mdaqqsa tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq Nelson, triq imsemmija g\u0127all-famu\u017c Ammiral In\u0121li\u017c Orazju Nelson li jing\u0127ad li meta \u0121ie Malta l-bastiment tieg\u0127u rabat qrib din it-triq.&nbsp; Hija statwa sabi\u0127a u movumentata li turi l-Madonna tal-Karmnu bil-Bambin f\u2019idha u bil-labtu tal-Karmnu.&nbsp; Qieg\u0127da fuq saljatura f\u2019ni\u010b\u010ba, f\u2019tarf l-ewwel indani ta\u2019 tara\u0121 fuq nett qabel iddur.&nbsp; Hija mi\u017cbug\u0127a bajda fuq sfond ik\u0127al u mi\u017cmuma tajjeb.&nbsp; Din in-ni\u010b\u010ba g\u0127andha wkoll karatteristika ta\u2019 dari billi quddiem l-istatwa hemm lumpier li jista\u2019 jittella\u2019 u jitni\u017c\u017cel bil-\u0127abel.&nbsp; Ta\u0127t din l-istatwa hemm kitba li tfakkar li Mons. Buhagiar ta 40 jum indul\u0121enzi&nbsp; g\u0127al min jg\u0127id&nbsp;<em>\u2018Ave Maria\u2019<\/em>&nbsp;quddiem din ix-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu.&nbsp; Ta\u2019 min isemmi d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu li fil-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca, barra li hemm statwa sabi\u0127a tag\u0127ha, issirilha l-festa tag\u0127ha f\u2019Lulju.<\/p>\n\n\n\n<p>Qalb Ta\u2019 \u0120esu\u2019 U Qalb Ta\u2019 Marija Fi Triq Matty Grima<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019nofs Triq Matty Grima, qabel bl-isem ta\u2019<em>\u2018Strada Buongiorno\u2019&nbsp;<\/em>li hija mtarr\u0121a nsibu ni\u010b\u010ba, ta\u0127t arkata pittoreska, li kienet inbidlet ix-xbieha ta\u2019 \u0121ewwa fiha.&nbsp; Qabel kien hemm santa sabi\u0127a tat-Trinita\u010b Qaddisa tinkuruna lill-Madonna u issa hemm inkwatru bix-xbihat tal-Qalb ta\u2019 \u0120esu\u2019 u l-Qalb ta\u2019 Marija.&nbsp; Ta\u0127t in-ni\u010b\u010ba nsibu lapida li tfakkar 40 jum indul\u0121enza mog\u0127tija mill-Isqof Gaetano Pace Forno fil-11 ta\u2019 Mejju, 1860, g\u0127ad-devoti li jg\u0127idu&nbsp;<em>\u2018Ave Maria\u2019<\/em>.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Madonna Ta\u2019 Lourdes<\/p>\n\n\n\n<p>Statwi tal-Madonna ta\u2019 Lourdes insibu tlieta f\u2019Bormla.&nbsp; Di\u0121a semmejna wa\u0127da li tinsab fil-fet\u0127a m\u0127affra fil-blat ta\u0127t il-Mina ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli fl-artiklu tas-sena l-o\u0127ra.&nbsp; Barra din insibu grotta bil-\u0121ebel tal-gagazza bl-istatwi tal-Madonna ta\u2019 Lourdes u Bernardetta fi pjazza li hemm \u0121ewwa Verdala.&nbsp; Din in\u0121abret min-nies tal-post li jie\u0127du \u0127siebha.&nbsp; Ma\u2019 \u0121enb il-grotta hemm il-bandiera Maltija u tal-Papa.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019g\u0127ar differenti fi Triq Hanover ftit \u2018il fuq mill-knisja parrokkjali, hemm ukoll xbihat tal-Madonna ta\u2019 Lourdes u Bernardetta.&nbsp; Din il-grotta, b\u2019arkata kienet saret bit-t\u0127abrik ta\u2019 Melda u \u017cew\u0121ha Rosario Spiteri, li g\u0127amel ukoll ix-xog\u0127ol me\u0127tie\u0121, kif ukoll bir-rieda tal-Kan. Dun \u0120u\u017cepp Bonello.&nbsp; Saret fl-1991 u fiha r\u0127amiet bil-kliem,&nbsp;<em>\u2018Jien il-Kun\u010bizzjoni Immakulata\u2019,&nbsp;<\/em>bl-ismijiet ta\u2019 dawk l<img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/MadonnaLourdesTriqHanover.jpg\" alt=\"Il-Madonna ta' Lourdes fi Triq Hanover, qrib il-knisja parrokjali.\" width=\"295\" height=\"205\">i \u0127adu \u0127sieb biex saret, li di\u0121a semmejniehom u bid-dati tad-dehriet tal-Madonna f\u2019Lourdes.&nbsp; Hemm ukoll kwadru b\u2019din it-talba,&nbsp;<em>\u2018Tkun imfa\u0127\u0127ra, imbierka, meqjuma, glorju\u017ca l-Qalb Imqaddsa Divina ta\u2019 \u0120esu\u2019 u ta\u2019 Marija Ver\u0121ni bla Tebg\u0127a, mid-dinja kollha issa u dejjem\u2019.&nbsp;&nbsp;<\/em>Fl-g\u0127ar insibu mdendlin \u017cew\u0121 lamnpieri, xemg\u0127at, qsari u fjuri.&nbsp; L-istatwi n\u017cebg\u0127u minn Louis Vassallo qabel ma tpo\u0121\u0121ew f\u2019dan l-g\u0127ar li qabel kien bir.&nbsp; Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 xbihat tal-Madonna ta\u2019 Lourdes huma mi\u017cmuma tajjeb, l-aktar dik ta\u2019 \u0127dejn il-knisja li g\u0127adu jie\u0127u \u0127siebha Rosario Spiteri.<\/p>\n\n\n\n<p>Barra minn dawn insibu bosta ni\u010be\u010b \u017cg\u0127ar o\u0127ra u xbihat mal-bibien, ornamenti bin-<em>nome di Maria&nbsp;<\/em>skolpitifuq bibien u fil-\u0127adid tal-gallariji, kif ukoll ismijiet tad-djar g\u0127al Sidtna Marija, b\u0127al,&nbsp;<em>\u2018Marija Immakulata\u2019, \u2018Omm Alla\u2019, \u2018Omm Beltna\u2019, \u20188 ta\u2019 Di\u010bembru\u2019,&nbsp;<\/em>u o\u0127rajn li jkomplu jag\u0127tu xhieda tad-devozzjoni li l-Bormli\u017ci dejjem kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom lejn Ommna Marija, kif urejna fi\u010b-\u010belebrazzjonijiet&nbsp; matul din is-Sena ta\u010b-\u010aentinarju mill-Inkurunazzjoni!<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina F\u2019din is-sena \u010aentinarja se nkomplu nitkellmu fuq statwi u ni\u010be\u010b tal-Madonna \u0121ewwa Bormla, il-\u2018Belt ta\u2019 l-Immakulata\u2019.&nbsp; Fil-fatt f\u2019artikli fis-snin l-img\u0127oddija di\u0121a tkellimna fuq l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni ta\u2019 quddiem il-knisja kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 Bormla, statwa o\u0127ra tal-Kun\u010bizzjoni li kien hemm Santa Liena, o\u0127ra tal-Kun\u010bizzjoni fi Triq il-Kun\u010bizzjoni u n-ni\u010b\u010ba li kien hemm ta\u2019 l-Immakulata fi Pjazza Paolino Vassallo kantuniera ma\u2019 Sqaq il-Kun\u010bizzjoni. Ktibna wkoll &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=136\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Is-6 Parti<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[6],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/136"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=136"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/136\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=136"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=136"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=136"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}