{"id":134,"date":"2020-05-12T17:05:23","date_gmt":"2020-05-12T17:05:23","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=134"},"modified":"2020-05-12T17:08:46","modified_gmt":"2020-05-12T17:08:46","slug":"statwi-fil-pjazez-u-toroq-ta-bormla-monument-tal-pellegrinagg-1944","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=134","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Il-5 Parti &#8211; Monument Tal-Pellegrina\u0121\u0121 1944"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>Is-sena, 2004, kienet wa\u0127da spe\u010bjali g\u0127all-Parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bormla billi \u010b\u010belebrajna g\u0127eluq il-150 Sena mid-Domma ta\u2019 l-Immakulata, meta nhar it-8 ta\u2019 Di\u010bembru, 1854, il-Q.T. il-Papa Beatu Piju IX pproklama li Marija sa mill-ewwel waqt tat-tnissil tag\u0127ha kienet bla ebda \u0127tija; Immakulata!&nbsp; G\u0127alhekk bix-xieraq li f\u2019din is-serje ta\u2019 artikli nitkellmu fuq statwi u ni\u010be\u010b tal-Madonna li g\u0127andna jew kellna \u0121ewwa l-\u2018Belt Cospicua\u2019, mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala \u2018Belt l-Immakulata\u2019.&nbsp; Billi l-akbar g\u0127add ta\u2019 statwi u ni\u010be\u010b f\u2019Bormla huma dedikati lill-Madonna se nsemmu w\u0127ud minnhom din is-sena u nkomplu s-sena d-die\u0127la, jekk Alla jrid, billi tkun ukoll is Sena ta\u010b-\u010aentinarju mill-Inkurunazzjoni tas-Santwarju Cospicuan ta\u2019 Marija Immakulata, Omm Beltna!<\/p>\n\n\n\n<p>L-istoriku Tony Terribile jikteb li:<br><em>\u2018Il-knisja kolle\u0121\u0121jata, wa\u0127da mill-isba\u0127 f\u2019dawn il-g\u017cejjer, hi l-aqwa monument ta\u2019 m\u0127abba li l-Bormli\u017ci g\u0127andhom lejn Marija Immakulata.&nbsp; Din il-qima hi mifruxa wkoll fit-toroq ta\u2019 Bormla permezz ta\u2019 numru ta\u2019 ni\u010be\u010b u statwi li nsibu f\u2019\u0121ie\u0127 il-Madonna.&nbsp; Kienet tabil\u0127aqq \u0127asra li l-gwerra kissret (1) u \u0127arbtet bosta minnhom.&nbsp; L-istess nistg\u0127u ng\u0127idu g\u0127al dawk li ntilfu, mhux bil-bombi ta\u2019 l-g\u0127adu i\u017cda waqt ix-xog\u0127ol tat-tiswija tal-\u0127sarat tal-gwerra.&nbsp; Fost dawn it-telfiet kien hemm l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni qrib il-Bieb ta\u2019 Santa Liena.\u2019i<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>Statwa Tal-Kun\u010bizzjoni Li<br>Kienet Fi Pjazza Paolino Vassallo (Is-Suq)<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dan l-artiklu se nibdew billi nsemmu statwa tal-Kun\u010bizzjoni f\u2019ni\u010b\u010ba eleganti u sabi\u0127a, l-istess kif kienet id-dar li kienet tag\u0127mel parti minnha.&nbsp; In-ni\u010b\u010ba kellha lavur mill-isba\u0127 fil-\u0121ebla Maltija li kien i\u017cejjen kantuniera s\u0127i\u0127a bejn Sqaq il-Kun\u010bizzjoni u s-Suq il-Qadim, Pjazza Paolino Vassallo (fejn llum insibu l-\u0127anut ta\u2019 Caruana).&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Naturalment il-pjazza ma kenitx kif inhi l-lum, imma \u0127afna i\u017cg\u0127ar.&nbsp; John Vella kiteb li l-istoriku Castagna jg\u0127arrafna li din in-ni\u010b\u010ba bl-istatwa hekk sabi\u0127a saret fl-1756 imma Michele Grech Taylor kiteb hekk: \u2018Il-Madonna tal-Kun\u010bizzjoni li qieg\u0127da mal-\u0127ajt fil-kantuniera ta\u2019 Vicolo Concezione, is-Suq il-Qadim, saret fl-1790\u2019.&nbsp; Kienet statwa f\u2019ni\u010b\u010ba b\u2019karatteristika Maltija li kienet issebba\u0127 il-Pjazza b\u2019mod eleganti li ma tantx kien hawn b\u0127alha.&nbsp; Hija \u0127asra li din intilfet u sa snin wara l-gwerra l-Bormli\u017ci kienu g\u0127adhom jiktbu biex ter\u0121a\u2019 ssib postha, imma kien kollu g\u0127alxejn. (2)<\/p>\n\n\n\n<p>Ni\u010b\u010ba Tal-Kwadru<br>Ta\u2019 L-Immakulata Mal-Knisja Ta\u2019 Santa Tere\u017ca<\/p>\n\n\n\n<p>Ni\u010b\u010ba tassew sabi\u0127a u eleganti nsibuha mal-\u0127ajt tal-\u0121enb tal-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca.&nbsp;&nbsp;<img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/NiccakuncizzjoniStaTereza.jpg\" alt=\"Ni\u010b\u010ba tal-kun\u010bizzjoni ma\u0121enb Santa Tere\u017ca\" width=\"284\" height=\"422\">Qabel din kien hemm o\u0127ra li kienet ta\u2019 l-injam.&nbsp; Dik li hemm issa hija tal-\u0121ebel u g\u0127andha disinn u xog\u0127ol fil-\u0121ebla Maltija tassew mirqumin, b\u2019mensola, \u017cew\u0121 pilastri bil-mazzettuni b\u2019ornamenti ta\u2019 ward li jispi\u010b\u010baw bil-\u0121ilju, u fuqhom fri\u017c b\u2019disinji eleganti. Fuq nett is-salib u ta\u0127tu l-kuruna b\u2019tifkira ta\u2019 l-Inkurunazzjoni.&nbsp; Il-kuruna, f\u2019post prominenti, tfakkar li dan is-Santwarju \u0121ie nkurunat mill-Kardinal Ferrata, Legat tal-Q.T. l-Papa San Piju X, nhar il-25 ta\u2019 \u0120unju,1905, billi fin-ni\u010b\u010ba nsibu kopja tal-kwadru nkurunat li hemm fis-Santwarju Cospicuan.&nbsp; Fuq il-kwadru hemm skolpita \u2018Nome di Maria\u2019 u ta\u0127t il-mensola skrizzjoni bit-Taljan li ssemmi l-indulgenzi mog\u0127tija mill-Ar\u010bisqof Pietro Pace Forno g\u0127al min jitlob quddiem din ix-xbieha.&nbsp; L-iskrizzjoni ma tinqarax sewwa.&nbsp; Je\u0127tie\u0121 titnaddaf \u0127alli tkun tista\u2019 tinqara. Fis-sena 1903, il-Papa kien \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex issir t\u0127ejjija g\u0127all-&nbsp; g\u0127eluq il-50 Sena mid-Domma ta\u2019 l-Immakulata.&nbsp; L-istoriku Tony Terribile jikteb li d-disinn ta\u2019 din in-ni\u010b\u010ba jixba\u0127 \u0127afna l-istil ta\u2019 l-artist Bormli\u017c Abram Gatt u jista\u2019 jkun li din in-ni\u010b\u010ba saret fuq disinn tieg\u0127u. (3)&nbsp; Din hija wa\u0127da mill-isba\u0127 ni\u010be\u010b li g\u0127andna u g\u0127alhekk nie\u0127du \u0127siebha.&nbsp; Hija fi triq u f\u2019post prominenti imma g\u0127andna ng\u0127o\u017c\u017cu kull statwa u kull ni\u010b\u010ba li g\u0127andna j\u017cejnu lil beltna.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;Ni\u010b\u010ba Tal-Kun\u010bizzjoni Fi Triq San Pawl<\/p>\n\n\n\n<p><img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/NiccakuncizzjoniTriqSanPawl.jpg\" alt=\"Ni\u010b\u010ba tal-Kun\u010bizzjoni fi Triq San Pawl.\" width=\"204\" height=\"340\">Ni\u010b\u010ba ftit i\u017cg\u0127ar fi stil Barokk, b\u2019lavur sabi\u0127 u statwa mdaqqsa tal-Kun\u010bizzjoni nsibuha fi Triq San Pawl fuq il-postijiet numru 135-136.&nbsp; Il-lum fil-post 135 hemm is-Sorijiet Missjunarji ta\u2019 Madre Tere\u017ca. Din in-ni\u010b\u010ba tal-Kun\u010bizzjoni saret fis-Seklu Dsatax u \u0127allas g\u0127aliha Mastru Filippo Tabone, mag\u0127ruf b\u0127ala \u2018Lippin\u2019.&nbsp; Hija statwa \u0127elwa tal-\u0121ebel, bil-wi\u010b\u010b u l-idejn f\u2019bixra ta\u2019 talb, is-serp bit-tuffie\u0127a ta\u0127t ri\u0121lejha, warajhom il-qamar u stillarju ta\u2019 tnax-il kewkba madwar rasha.&nbsp; Hija mi\u017cbug\u0127a, b\u2019libsa bajda u mantell ik\u0127al li huwa skolpit naturali qisu qieg\u0127ed jittajjar mar-ri\u0127!&nbsp; In-ni\u010b\u010ba g\u0127andha \u017cew\u0121 pilastri ornati bil-mazzettuni, fuqhom fri\u017c bi tliet wardiet, fuq i\u010b-\u010binta n-\u2018Nome di Maria\u2019 b\u2019\u0121ilju fuq kull na\u0127a u fuq nett id-disinn jispi\u010b\u010ba bis-salib.&nbsp; In\u2013na\u0127a t\u2019isfel hemm ukoll skultura bi stilla fin-nofs u ta\u0127t nett lapida bit-Taljan li tg\u0127id:&nbsp; \u2018L-E\u010b\u010b. Rev. Tieg\u0127u Mons. F. Gaetano Pace Forno, b\u2019digriet tad-29 ta\u2019 Sett. 1859 jag\u0127ti 40 jum ta\u2019 indul\u0121enzi lil min jg\u0127id Salve Regina f\u2019\u0121ie\u0127 din ix-xbieha ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni ta\u2019 Marija Ver\u0121ni.\u2019&nbsp; Din hija ni\u010b\u010ba li wkoll irnexxielha te\u0127lisha mit-ti\u0121rif tal-gwerra u hija mi\u017cmuma tajjeb \u0127afna, prosit.<\/p>\n\n\n\n<p>Ni\u010b\u010ba Ta\u2019 Santa Marija Fi Triq Bieb Bormla&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p><img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/NicaaSantaMarijaTriqBiebBormla.jpg\" alt=\"Ni\u010b\u010ba Santa Marija - Triq Bieb Bormla\" width=\"245\" height=\"402\">Ni\u010b\u010ba o\u0127ra li hemm ukoll min jie\u0127u \u0127siebha hija dik ta\u2019 Santa Marija, jew Marija Assunta qrib fejn dari kien hemm \u2018Bieb Bormla\u2019, (Bormla Gate). Hawn kien jag\u0127ti g\u0127al G\u0127ajn Dwieli u wara li nbniet it-tarzna, sar bieb biex tid\u0127ol g\u0127aliha.&nbsp; F\u2019din in-ni\u010b\u010ba ma nsibux statwa imma kwadru li fih pittura ta\u2019 Santa Marija liebsa l-abjad, simbolu tas-safa u xi an\u0121li \u017cg\u0127ar mag\u0127ha.&nbsp; Il-Madonna tidher tiela\u2019 s-sema bir-ru\u0127 u l-\u0121isem. L-assunzjoni hija domma o\u0127ra Marjana tal-fidi pproklamata mill-Q.T. il-Papa Piju XII. Ta\u0127t il-kwadru hemm settijiet ta\u2019 gandlieri, appostli u fjuretti flimkien ma\u2019 \u017cew\u0121 lampieri \u017cg\u0127ar mal-\u0121nub.&nbsp; Fil-parti t\u2019isfel hemm ukoll in-\u2018Nome di Maria\u2019.&nbsp; Qabel ma twaqqg\u0127u partijiet mis-swar fil-bidu tas-seklu g\u0127oxrin biex inbnew il-ba\u010biri, f\u2019din in-na\u0127a ta\u2019 Bormla, fid-Da\u0127la tal-Fran\u010bi\u017ci, kien hemm \u0127ajja marittima s\u0127i\u0127a.&nbsp; Kien hemm ukoll Bieb San Pawl, skolpit, eleganti u sabi\u0127 b\u0127all-bibien l-o\u0127ra li nsibu fis-swar ta\u2019 Firenzuola u tal-Kottonera.&nbsp; In-na\u0127a ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli kien hemm ukoll knisja dedikata lil San Fran\u0121isk li l-qniepen tag\u0127ha ntu\u017caw g\u0127all-arlo\u0121\u0121 tal-knisja parrokkjali.&nbsp; Sal-lum b\u2019tifkira ta\u2019 dan kollu g\u0127andna \u2018Triq San Fran\u0121isk\u2019 u g\u0127ad hemm bieb jag\u0127ti g\u0127at-Tarzna a\u0127na u de\u0127lin l-Isla, f\u2019tarf Triq Pietru Pawl Caruana, (Imsemmija g\u0127all-pittur li pitter il-kwadru tal-kor).<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Madonna Bil-Bambin Fil-Mina Ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli<\/p>\n\n\n\n<p>Ta\u0127t il-Mina ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli, hemm da\u0127la \u017cg\u0127ira m\u0127affra fil-blat li fiha altar mejda b\u2019erba\u2019 kolonni u f\u2019nofshom \u2018Nome di Maria\u2019 bis-serp u l-qamar ta\u0127tha.&nbsp; Fuq l-altar, fin-nofs, hemm kwadru tal-Madonna bil-Bambin.&nbsp; Mal-\u0121nub ta\u2019 dan il-kwadru nsibu \u017cew\u0121 statwi, wa\u0127da tal-Madonna ta\u2019 Lourdes u l-o\u0127ra tal-Qalb ta\u2019 \u0120esu\u2019.&nbsp; Fuq l-altar u mal-\u0127itan hemm g\u0127add ta\u2019 kwadri \u017cg\u0127ar, fosthom wie\u0127ed ta\u2019 \u0120esu\u2019 Kristu, ie\u0127or tat-twelid ta\u2019 \u0120esu\u2019 Bambin u ta\u2019 Patri Piju.&nbsp; Din id-da\u0127la serviet ta\u2019 knisja fil-qilla tal-gwerra billi fiha saru quddies u anke mag\u0127mudijiet.&nbsp; Il-\u0127abib tieg\u0127i s-Surmast Carmelo Vella qalli li jiftakar lil Dun Edward Zerafa jqaddes fiha.&nbsp; Sa\u010berdot ie\u0127or li baqa\u2019 Bormla matul il-gwerra kien il-Kan. Dun \u0120u\u017cepp Cassar.&nbsp; Qassis ie\u0127or, li kien Kappillan tal-Gudja u wara Ar\u010bipriet ta\u017c-|urrieq, il-Kan. Vincent Balzan, tg\u0127ammed fiha fi \u017cmien il-gwerra.&nbsp; Hekk naraw li din id-da\u0127la fqajra m\u0127affra fil-blat g\u0127andha storja reli\u0121ju\u017ca u storika!&nbsp; Tista\u2019 ti\u0121i rran\u0121ata, g\u0127alkemm hemm min jie\u0127u \u0127siebha billi jkun hemm xemg\u0127at jixeg\u0127lu. Dil-kmajra, b\u0127al kappella m\u0127affra fil-blat, hija mag\u0127luqa b\u2019bieb tal-\u0127\u0121ie\u0121 u rixtellu.&nbsp; Tista\u2019 titwa\u0127\u0127al lapida li tfakkar li serviet ta\u2019 knisja fi \u017cmien il-gwerra.&nbsp; Tajjeb ukoll kieku jkun hemm xi dawl g\u0127ax ma tistax tara sewwa x\u2019fiha.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Monument Tal-Pellegrina\u0121\u0121 Tad-19 Ta\u2019 Novembru,<br>1944 U L-Vittmi Tal-Gwerra Bormli\u017ci<\/p>\n\n\n\n<p>U la semmejna l-gwerra bix-xieraq li ntemmu dan l-artiklu billi nitkellmu ftit fuq il-monument maestu\u017c li nsibu ta\u0127t il-knisja fi Triq ix-Xatt ta\u2019 Bormla.\u00a0 Dan kien \u0121ie nawgurat 10 snin ilu, fl-20 ta\u2019 Novembru,1994, fl-okka\u017cjoni ta\u2019\u00a0<em>G\u0127eluq il-50 Sena mill-Pellegrina\u0121\u0121 kolossali\u00a0minn\u00a0Birkirkara g\u0127al Bormla, meta n\u0121iebu bil-mixi l-istatwa u l-kwadru tal-Kor inkurunat, nhar id-19 ta\u2019 Novembru, 1944, fi tmiem il-gwerra.\u00a0\u00a0<\/em>Dan il-pellegrina\u0121\u0121 kien sar b\u2019weg\u0127da ma\u2019 Marija Immakulata billi l-knisja parrokkjali baqg\u0127et ma \u0121\u0121arfetx mill-bombi ta\u2019 l-g\u0127adu tul il-gwerra kollha!\u00a0 Bosta ritratti juru x-xmara ta\u2019 nies li \u0127adu sehem f\u2019dak il-pellegrina\u0121\u0121 bix-xbihat devoti ta\u2019 l-Immakulata 60 sena ilu!\u00a0 Min jista\u2019 jfisser il-fer\u0127 ta\u2019 missirijietna meta re\u0121g\u0127u da\u0127lu trijonfalment \u0121ewwa Bormla mfarrka bl-istatwa u l-kwadru fuq spallejhom.\u00a0 Fuq il-mina ta\u2019 G\u0127ajn Dwieli kien hemm miktub, \u2018<em>Bormla Fer\u0127ana tilqa\u2019<\/em>\u00a0\u00a0<em>lil<\/em>\u00a0\u00a0<em>Ommha<\/em>\u2019.\u00a0<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/MonumentPellegrinagg.jpg\" alt=\"Il-Monument tal-pellegrina\u0121\u0121 tad-19 ta' Novembru 1944 u l-vittmi tal-gwerra Bormli\u017ci.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Fi tmiem il-pellegrina\u0121\u0121, f\u2019diskors li kien g\u0127amel b\u2019tislima ta\u2019 m\u0127abba u radd il-\u0127ajr, l-Isqof Galea kien qal, \u201cIbqg\u0127u ftakru li kull meta tid\u0127lu f\u2019das-Santwarju tkunu d\u0127altu f\u2019miraklu!\u201d&nbsp; Dan g\u0127ax il-knisja parrokkjali lanqas biss intlaqtet.&nbsp; G\u0127alhekk twaqqaf dan il-monument, biex ifakkar il-pellegrina\u0121\u0121 b\u2019weg\u0127da u l-<em>vittmi kollha Bormli\u017ci li mietu fil-gwerra, mietu fejn mietu.&nbsp;<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>Jien li kelli l-unur li kont il-President tas-Sotto Kumitat, li fi \u0127dan il-Kumitat ta\u010b-\u010ainkwantinarju, twaqqaf biex sar dan il-monument nixtieq nuri l-apprezzament u r-ringrazzjament lill-mibki Kan. Dun Victor Cilia, dak i\u017c-\u017cmien Ar\u010bipriet tal-Kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 Bormla, lis-Sur William Galea u \u0127utu g\u0127all-g\u0127ajnuna kbira li taw, kif ukoll lil dawk kollha li kkontribwew u lill-membri kollha tal-kumitat&nbsp; ta\u010b-\u010binkwantinarju li \u0127a \u0127sieb i\u010b-\u010belebrazzjonijiet kbar li saru fl-1994.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-monument kien \u0121ie nawgurat mill-E\u010b\u010b. Tieg\u0127u Dr. Ugo Mifsud Bonnici, dak i\u017c-\u017cmien President ta\u2019 Malta, li kiteb ukoll poe\u017cija g\u0127all-okka\u017cjoni; tbierek mill-Ar\u010bipriet il-Kan. V. Cilia u sar diskors mis-Sinjorina Cettina Zammit. Is-Sur William Galea qara t-talba ta\u010b-\u010binkwantinarju.&nbsp; Il-monument huwa l-akbar xog\u0127ol ta\u2019 Michael Camilleri Cauchi u nistg\u0127u ng\u0127idu b\u2019wi\u010b\u010bna minn quddiem li g\u0127andna l-ikbar u l-isba\u0127 monument artistiku minn dawk li twaqqfu biex ifakkru l-vittmi tal-gwerra f\u2019Malta u G\u0127awdex.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Dan il-mafkar, b\u2019sinifikat sublimi&nbsp; jfakkar it-trijonf f\u2019dak il-pellegrina\u0121\u0121 kbir, devot u uniku li kien il-fjamma biex Bormla ter\u0121a\u2019 tqum mit-tifrik ta\u2019 gwerra \u0127arxa.&nbsp; Fil-monument dan jidher fil-figura imponenti tan-nofs li turi r-reb\u0127 tat-tajjeb fuq il-\u0127a\u017cen bl-inter\u010bessjoni ta\u2019 Alla u l-Madonna; it-trijonf tal-pa\u010bi fuq il-gwerra!&nbsp; Kif xieraq, il-monement ifakkar ukoll lil dawk il-Bormli\u017ci kollha li tilfu \u0127ajjithom u dan jidher fil-figura allegorika ta\u2019 Bormla ssellem lil uliedha li mietu fil-gwerra, kif turi wkoll il-vittma fuq in-na\u0127a tax-xellug, ra\u0121el mejjet mirdum ta\u0127t it-ti\u0121rif.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-figura l-o\u0127ra ta\u2019 mara fuq il-lemin tissimbolizza l-pellegrina\u0121\u0121 tad-19 ta\u2019 Novembru, 1944, kif jidher mill-kitba fuq l-ir\u0127ama, b\u2019an\u0121lu \u017cg\u0127ir \u0127dejha li juri l-pa\u010bi hekk mixtieqa, bil-\u0127amiema simbolu tas-sliem!&nbsp; Ta\u0127t, fin-nofs, l-Arma ta\u2019 Bormla, b\u2019ornament fuq kull na\u0127a li jg\u0127aqqad il-monument kollu fi trijanglu klassiku.&nbsp; L-Arma ta\u2019 Bormla turi kontinwita\u010b u ti\u0121bor fis-sinifikat tag\u0127ha l-Bormli\u017ci kollha.&nbsp; J\u2019Alla nkunu kif kienu missirijietna fil-pellegrina\u0121\u0121, ilkoll mag\u0127qudin flimkien, b\u2019Ommna Marija dejjem t\u0127arisna!&nbsp; G\u0127andna dejjem nie\u0127du \u0127sieb mill-a\u0127jar li nistg\u0127u dan il-wirt g\u0127ani ta\u2019 Beltna u ng\u0127adduh lil uliedna!<\/p>\n\n\n\n<p>(1) Terribile Tony, \u2018Ni\u010be\u010b u Statwi Fit-Toroq Maltin\u2019 PIN (2000) p.25.<br>(2) Ara il-\u2018Cospicua\u2019 Nru 41, 1959, p3 u Nru 51, 1960, p.3.&nbsp;<br>(3) Terribile Tony, Op.cit. p.27.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina Is-sena, 2004, kienet wa\u0127da spe\u010bjali g\u0127all-Parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bormla billi \u010b\u010belebrajna g\u0127eluq il-150 Sena mid-Domma ta\u2019 l-Immakulata, meta nhar it-8 ta\u2019 Di\u010bembru, 1854, il-Q.T. il-Papa Beatu Piju IX pproklama li Marija sa mill-ewwel waqt tat-tnissil tag\u0127ha kienet bla ebda \u0127tija; Immakulata!&nbsp; G\u0127alhekk bix-xieraq li f\u2019din is-serje ta\u2019 artikli nitkellmu fuq statwi u ni\u010be\u010b tal-Madonna li g\u0127andna jew kellna \u0121ewwa l-\u2018Belt Cospicua\u2019, mag\u0127rufa &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=134\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Il-5 Parti &#8211; Monument Tal-Pellegrina\u0121\u0121 1944<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[6],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/134"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=134"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/134\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=134"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=134"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=134"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}