{"id":132,"date":"2020-05-12T17:03:08","date_gmt":"2020-05-12T17:03:08","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=132"},"modified":"2020-05-12T17:06:16","modified_gmt":"2020-05-12T17:06:16","slug":"statwi-fil-pjazez-u-toroq-ta-bormla-ir-4-parti-il-madonna-ta-trapani-u-sant-elija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=132","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Ir-4 Parti \u2013 Il-Madonna ta&#8217; Trapani u Sant&#8217; Elija"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dan l-artiklu se nitkellmu fuq \u017cew\u0121 statwi li g\u0127andhom x\u2019jaqsmu ma\u2019 l-Ordni Karmelitan Tere\u017cjan.&nbsp; L-ewwel patrijiet \u0121ew \u0121ewwa Bormla wara l-ewwel kwart tas-Seklu Sbatax u bnew knisja u kunvent li g\u0127al bosta snin kien ukoll wie\u0127ed internazzjonali.&nbsp; Ta\u0127t l-arma Karmelitana, fuq il-bieb tal-kunvent hemm minquxa s-sena 1626.<\/p>\n\n\n\n<p>Statwi Fil-Knisja Ta\u2019 Santa Tere\u017ca<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-knisja nisbu bosta xog\u0127lijiet artisti\u010bi fosthom statwi sbie\u0127 ta\u2019 Santa Tere\u017ca ta\u2019\u00a0Avila, li sawwar fil-kartapesta s-Surmast \u0120u\u017ceppi Caruana (ta\u2019 Mar\u010bjol), ta\u2019 Santa Tere\u017ca tal-Bambin \u0120esu\u2019 li r-relikwa tag\u0127ha n\u0121iebet Malta din is-sena, tal-Madonna tal-Karmnu, ta\u2019 San \u0120wann tas-Salib li hija xog\u0127ol Spanjol tabil\u0127aqq artistiku u o\u0127rajn i\u017cg\u0127ar ta\u2019 San \u0120u\u017cepp fuq dak li nsibu fil-knisja parrokkjali, il-Madonna ta\u2019 Lourdes, id-Duluri u l-Bambin ta\u2019 Praga bl-ilbies irrakkmat.\u00a0 Minbarra dawn fl-intrata tal-kunvent fuq il-bieb kif tid\u0127ol hemm statwa mdaqqsa ta\u2019 San Elija li hija wkoll interessanti mhux biss g\u0127ax sabi\u0127a, imma wkoll g\u0127all-istorja tag\u0127ha. \u00a0Din l-istatwa hija xog\u0127ol fl-injam ta\u2019 l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi u fl-antik kienet fil-kappella tal-Madonna tal-Karmnu billi kien hemm il-Fratellanza ta\u2019 dan il-qaddis ewlieni ta\u2019 l-Ordni Tere\u017cjan.\u00a0 Imma f\u2019dawn l-artikli a\u0127na qeg\u0127din nitkellmu aktar fuq statwi ta\u2019 barra u b\u2019rabta ma\u2019 din il-knisja u t-Tere\u017cjani nsibu tnejn; wa\u0127da fil-fa\u010b\u010bata tal-knisja u l-o\u0127ra fil-pjazzetta ta\u2019 quddiemha.\u00a0<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/MadonnaTaTrapani.jpg\" alt=\"Statwa tal-\u0121ebel tal-Madonna ta' Trapani fuq il-bieb ta' barra tal-knisja ta' Santa Tere\u017ca\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Statwa Tal-Madonna Ta\u2019 Trapani<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa mdaqqsa, li \u0127afna ja\u0127sbu li hija l-Madonna tal-Karmnu hija fil-fatt il-Madonna ta\u2019 Trapani, belt fi Sqallija.&nbsp; Fl-Ordni Tere\u017cjan insibu devozzjoni lejn il-Madonna ta\u0127t dan it-titlu u hemm diversi knejjes li g\u0127andom xbieha tag\u0127ha. (1) &nbsp; L-istatwa tal-Madonna ta\u2019 Trapani li nsibu f\u2019Bormla qeg\u0127da f\u2019ni\u010b\u010ba skulturata fuq il-bieb ewlieni tal-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca.&nbsp; Tirrappre\u017centa lill-Madonna bil-Bambin.&nbsp; Il-Madonna g\u0127andha l-kuruna fuq rasha bil-mant \u0127iere\u0121 minnha, u qieg\u0127da \u017c\u017comm il-Bambin f\u2019idha x-xellugija.&nbsp; L-id l-o\u0127ra qieg\u0127da \u017c\u017comm id \u0120esu\u2019 Bambin bil-\u0127lewwa, l-omm g\u0127aqlija u qaddisa t\u0127ares lit-tarbija divina tag\u0127ha!&nbsp; Dan is-sentiment fil-\u0127arsa u l-id ta\u2019 l-omm i\u017c\u017comm l-id \u010bkejkna tat-tarbija jag\u0127mlu g\u0127alija l-element artistiku f\u2019din l-istatwa minquxa fil-\u0121ebel.<\/p>\n\n\n\n<p>Statwa Ta\u2019 Sant\u2019&nbsp; Elija<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa kbira, sabi\u0127a, mirquma fl-istil Barokk hija taqbil\u0127aqq xog\u0127ol artistiku mill-aqwa mhux biss f\u2019Bormla, imma f\u2019Malta u G\u0127awdex.\u00a0 Hija xog\u0127ol minqux fil-\u0121ebla Maltija ta\u2019 l-iskultur ewlieni Vincenzo Dimech (1768-1831).\u00a0 Bix-xieraq li nsibu din l-istatwa t\u0127ares fuq il-pjazzetta ta\u2019 quddiem il-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca billi San Elija huwa meqjus qaddis fundatur u missier il-Karmelitani u t-Tere\u017cjani u g\u0127alhekk g\u0127andhom devozzjoni lejh.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/SanElija.jpg\" alt=\"San Elija, statwa tal-\u0121ebel ta' Vincenzo Dimech.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>San Elija g\u0127ex f\u2019I\u017crael fis-Seklu 9 q.K. u sar figura le\u0121\u0121endarja u qaddisa billi tkellem u widdeb kontra l-idolatrija u favur it-twemmin f\u2019Alla veru.&nbsp; \u0126adha kontra s-Sultana Feni\u010bja \u0120e\u017cabel u \u017cew\u0121ha A\u0127ab, Sultan ta\u2019 I\u017crael, li \u0127allew jid\u0127ol il-kult ta\u2019 Bag\u0127al, alla falz tal-Feni\u010bi.&nbsp; Il-Profeta Elija \u0127adha kontriehom u ppriedka t-twemmin f\u2019Alla veru hekk li sar simbolu tas-sewwa b\u0127alma sekli wara kien \u0120wanni l-Battista, il-Prekursur ta\u2019 Kristu.(2) &nbsp; Wara tliet snin ta\u2019 nixfa, sfida lill-profeti ta\u2019 Bag\u0127al u fuq l-G\u0127olja tal-Karmelu, talab lil Alla li bag\u0127at xita kbira u Elija qered il-profeti foloz u wera\u2019 l-qawwa ta\u2019 Alla!&nbsp; Mhux biss \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex in-nies iddur lejn Alla imma g\u0127ex fil-faqar, fl-imwarrab fil-penitenza u mieg\u0127u ng\u0127aqdu o\u0127rajn li bdew jg\u0127ixu \u0127ajja spiritwali fuq l-G\u0127olja tal-Karmelu.&nbsp; G\u0127alhekk huwa meqjus b\u0127ala missier u fundatur. Fi tmiem \u0127ajtu ttie\u0127ed lejn is-sema fuq karru tan-nar bi\u017c-\u017cwiemel g\u0127ax g\u0127al I\u017crael Elija kien jiswa daqs e\u017cer\u010bitu ta\u2019 karrijiet bir-rikkieba tag\u0127hom!&nbsp; Eli\u017cew, li kien mieg\u0127u baqa\u2019 j\u0127ares u jg\u0127ajjat, \u201cMissieri, Missieri, il-karru ta\u2019 I\u017crael u r-rikkieb tieg\u0127u.\u201d&nbsp; (2 Slaten 2,12)<br>B\u2019simboli\u017cmu dan narawh fl-istatwa ta\u2019 San Elija billi d-drieg\u0127 tax-xellug qieg\u0127ed iserra\u0127 fuq rota ta\u2019 karru tan-nar kif jidher mill-ilsna tan-nar mar-rota u l-fjamma li hemm ta\u0127tha.&nbsp; Fl-istess id g\u0127andu xabla tan-nar mg\u0127ollija \u2018l fuq.&nbsp; Din l-istatwa hija xog\u0127ol tassew artistiku, validu u mirqum b\u2019seng\u0127a kbira fl-arti barokka.&nbsp; Hija xog\u0127ol mill-isba\u0127 ta\u2019 l-iskultur Belti Vincenzo Dimech (1768-1831) li g\u0127amel bosta xog\u0127ol ie\u0127or.&nbsp; Tieg\u0127u huma l-vari titulari ta\u2019 Santa Marija tal-Gudja (1807) u San Publiju tal-Floriana (1811), u l-istatwi ta\u2019&nbsp; San \u0120u\u017cepp ta\u017c-|urrieq (1825) u dak ta\u2019 Birkirkara (1826), u l-Madonna \u2018tan-nofs\u2019 ta\u2019 l-Isla (1814).&nbsp; G\u0127amel ukoll il-monument l-antik ta\u2019 Sir Alexander Ball (1810) u dak ta\u2019 Zammitellu fil-Barrakka ta\u2019 fuq (1816). Barra f\u2019Malta Vincenzo Dimech studja wkoll f\u2019Napli u x-xog\u0127lijiet li semmejna huma bi\u017c\u017cejjed biex juru l-livell g\u0127oli artistiku li rnexxielu jil\u0127aq.&nbsp; Sant\u2019 Elija mhux e\u010b\u010bezzjoni, anzi huwa kapolavur minqux fil-\u0121ebla Maltija.&nbsp; Hija statwa \u0127ajja u dinamika bil-profeta wieqaf jippontga sebg\u0127u u jwiddeb.&nbsp; Fuq wi\u010b\u010bu naraw il-\u0127arsa soda u mqanqla jwassal il-kelma tal-Mulej mill-fomm imbexxaq, bla bi\u017ca\u2019!<\/p>\n\n\n\n<p>Il-bixra, l-anatomija, il-panne\u0121\u0121I fil-mantell u d-drapp tal-libsa huma xog\u0127ol tassew fin u mirqum.&nbsp; Il-wi\u010b\u010b tal-profeta jonqsu biss il-kliem!&nbsp; Id-daqna mimlija u x-xag\u0127ar twil, b\u0127allikieku qeg\u0127din jit\u0127arrku mar-ri\u0127, jag\u0127tu \u0127jiel ta\u2019 dehen u awtorita\u010b.&nbsp; Il-moviment dinamiku li fiha u l-perfezzjoni fl-esekuzzjoni jag\u0127mlu din l-istatwa mhux biss wa\u0127da mill-isba\u0127 \u0121ewwa Bormla imma fil-g\u017cejjer Maltin!<\/p>\n\n\n\n<p>L-istoriku Tony terribile, li g\u0127amel studji fuq bosta knejjes, statwi u ni\u010be\u010b kiteb li, \u2018Fl-istatwa ta\u2019 Sant\u2019 Elija tin\u0127ass il-qawwa u l-maestrija ta\u2019 l-iskultur li \u0127adimha, Vincenzo Dimech\u2019, u jkompli li, \u2018Bla dubju ta\u2019 xejn din l-istatwa hi wa\u0127da mill-isba\u0127 statwi tal-\u0121ebel li nsibu fit-toroq tag\u0127na.(3)&nbsp; &nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa hekk mirquma u artistika saret fl-1818 u tinsab fuq pedestall g\u0127oli, eleganti u proporzjonat. Fuq lapida li hemm mal-fa\u010b\u010bata ta\u2019 dan il-pedestall naqraw li l-Isqof Ferdinando Mattei jag\u0127ti indul\u0121enza ta\u2019 40 jum lil dawk id-devoti Kristjani&nbsp; li jg\u0127idu Missierna u Sliema quddiem din ix-xbieha mirakolu\u017ca tal-Profeta Sant\u2019 Elija, protettur tal-barklori.&nbsp; Kellhom ikunu dawn in-nies, li kienu&nbsp; jaqilg\u0127u l-g\u0127ajxien fuq id-dg\u0127ajjes bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 dirg\u0127ajhom fuq l-imqadef, li \u0127adu l-inizjattiva u nkarigaw lill-iskultur V. Dimech biex jiskolpi din l-istatwa.&nbsp; Fl-1812 il-barklori u qaddiefa Bormli\u017ci waqqqfu l-Fratellanza ta\u2019 Sant\u2019 Elija fil-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca, li hija mibnija fuq ix-Xatt ta\u2019 Bormla.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa g\u0127alkemm dejjem baqg\u0127et fl-istess in\u0127awi bidlulha postha tliet darbiet.&nbsp; L-ewwel kienet f\u2019nofs in-ni\u017cla bejn \u2018Admirality Gate\u2019 li qabel minnu kont tid\u0127ol il-Birgu, u l-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca, li lejha kienet t\u0127ares.&nbsp; Damet hemm sas-snin \u0127amsin, meta wara li rran\u0121aw u&nbsp; nfeta\u0127 ix-Xatt ta\u2019 Bormla tpo\u0121\u0121iet fuq il-bankina n-na\u0127a l-o\u0127ra tat-triq ta\u2019 fejn qieg\u0127da llum.&nbsp; Wara li saret rikostruzzjoni fl-1979, l-istatwa ta\u2019 Sant\u2019 Elija tpo\u0121\u0121iet fejn tinsab illum, madwar 20 sena ilu.&nbsp; Kemm-il darba sar restawr fuq partijiet minnha li nkisru u tidher id-differenza fix-xog\u0127ol fil-partijiet restawrati, imma hekk tidher komplita.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa, flimkien ma\u2019 statwi u monumenti o\u0127ra hija parti mill-wirt artistiku u kulturali tag\u0127na l-Bormli\u017ci u l-Maltin.&nbsp; Nie\u0127du \u0127sieb dan il-patrimonju g\u0127ani, napprezzawh u nib\u017cg\u0127u g\u0127alih g\u0127ax huwa dmir tag\u0127na lkoll li nag\u0127adduh lil ta\u2019 warajna.<\/p>\n\n\n\n<p>Riferenzi<\/p>\n\n\n\n<p>(1) Rev. Patri Martin Borg tani din l-informazzjoni fuq il-Madonna ta\u2019 Trapani meta staqsejtu kif tinsab fil-fa\u010b\u010bata tal-knisja.<br>(2) 1 Slat 1,&nbsp; Nota 1 p.348 G]. Bibilika Maltija (Media centre 1984)<br>(3) Tony Terribile, \u2018L-istatwa ta\u2019 sant\u2019 Elija ta\u2019 \u0126dejn il-Knisja\u2019,&nbsp;kalendarju 1996&nbsp;&nbsp;Knisja&nbsp;ta\u2019 Santa Tere\u017ca- Bormla. Ara wkoll artiklu ppublikat fir-rivista \u2018Le\u0127en il-Banda S. \u0120or\u0121, Bormla,&nbsp; Nru. 27, Di`. 1995, pp.157, 158.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina F\u2019dan l-artiklu se nitkellmu fuq \u017cew\u0121 statwi li g\u0127andhom x\u2019jaqsmu ma\u2019 l-Ordni Karmelitan Tere\u017cjan.&nbsp; L-ewwel patrijiet \u0121ew \u0121ewwa Bormla wara l-ewwel kwart tas-Seklu Sbatax u bnew knisja u kunvent li g\u0127al bosta snin kien ukoll wie\u0127ed internazzjonali.&nbsp; Ta\u0127t l-arma Karmelitana, fuq il-bieb tal-kunvent hemm minquxa s-sena 1626. Statwi Fil-Knisja Ta\u2019 Santa Tere\u017ca Fil-knisja nisbu bosta xog\u0127lijiet artisti\u010bi fosthom statwi sbie\u0127 ta\u2019 &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=132\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 Ir-4 Parti \u2013 Il-Madonna ta&#8217; Trapani u Sant&#8217; Elija<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[6,5],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/132"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=132"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/132\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=132"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=132"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=132"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}