{"id":131,"date":"2020-05-12T13:56:59","date_gmt":"2020-05-12T13:56:59","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=131"},"modified":"2020-05-12T13:57:41","modified_gmt":"2020-05-12T13:57:41","slug":"statwi-fil-pjazez-u-toroq-ta-bormla-it-3-parti-san-guzepp","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=131","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 It-3 Parti &#8211; San \u0120u\u017cepp"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019Bormla, il-Belt Cospicua, meta nsemmu San \u0120u\u017cepp mill-ewwel ti\u0121i f\u2019mo\u0127\u0127na l-vara artistika u mirquma, kapolavur ta\u2019 l-artist u disinjatur Bormli\u017c Abram Gatt (1863-1944) li f\u2019Malta u G\u0127awdex, u b\u2019mod spe\u010bjali f\u2019Bormla, \u0127allielna tant \u0121ojjelli artisti\u010bi.\u00a0 Din il-vara tal-missier putattiv ta\u2019 \u0120esu\u2019 hija mill-isba\u0127, \u0127afna ja\u0127sbuha tal-kartapesta u mhux ta\u2019 l-injam!\u00a0 Il-vara tirrappre\u017centa lil San \u0120u\u017cepp, il-kustodju matur, kast u \u0121ust, bil-\u0121ilju fuq il-bastun iserra\u0127 fuq is-serp simbolu tad-dnub u l-\u0127a\u017cen mirbu\u0127.\u00a0 San \u0120u\u017cepp qieg\u0127ed jag\u0127ti \u0127arsa fuq il-Bambin di\u0121a tfajjel, u b\u2019idu l-leminija fuq spallet \u0120esu\u2019 li g\u0127andu salib \u017cg\u0127ir f\u2019idu li juri li \u0121ie fid-dinja biex jifdina bil-mewt tas-salib!\u00a0 Il-Bambin ukoll qieg\u0127ed jag\u0127ti \u0127arsa \u0127elwa lil San \u0120u\u017cepp.\u00a0 Hemm rabta intima\u00a0bejniethom kif qeg\u0127din fuq s\u0127ab bajdan tas-sema.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019nofs dan is-s\u0127ab hemm ukoll knisja \u017cg\u0127ira billi l-Papa Piju IX kien ipproklama lil San \u0120u\u017cepp\u00a0<em>Patrun tal-Knisja universali\u00a0<\/em>nhar it-8 ta\u2019 Di\u010bembru, 1870,\u00a0<em>Jum l-Immakulata Kun\u010bizzjoni!\u00a0\u00a0<\/em>Fl-1920 kienu saru festi spe\u010bjali f\u2019Bormla f\u2019g\u0127eluq il-50 Sena ta\u2019 din il-proklama.\u00a0 G\u0127a\u017cilt li nikteb fuq statwi ta\u2019 San \u0120u\u017cepp billi din il-vara li nsibu fil-knisja parrokkjali saret minn Abram Gatt meta kellu 40 sena, fl-1903 u g\u0127alhekk is-sena d-die\u0127la, 2003, tag\u0127laq 100 sena.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/SanGuzepp.jpg\" alt=\"San \u0120u\u017cepp ta\u0127t il-mant l-antk f'g\u0127eluq il-50 sena Patrun tal-Knisja Universali fl-1920.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Fil-Belt Cospicua, id-devozzjoni lejn San \u0120u\u017cepp, l-g\u0127arus kastissimu ta\u2019 Marija Ver\u0121ni, mhix nieqsa.&nbsp; Insibu Triq San \u0120u\u017cepp qrib fejn kien hemm il-Konservatorju ta\u2019 San \u0120u\u017cepp li l-kappella tieg\u0127u g\u0127adha tintu\u017ca wara li \u0121iet restawrata.&nbsp; Flok il-konservatorju llum hemm id-Dar ta\u2019 l-Anzjani.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Fl-1716 il-mastrudaxxi kienu di\u0121a jag\u0127mlu l-festa tal-patrun tag\u0127hom San \u0120u\u017cepp fil-knisja parrokkjali u l-Fratellanza ta\u2019 San \u0120u\u017cepp kienet di\u0121a twaqqfet fl-1728 u kienu jag\u0127mlu l-festa nhar id-19 ta\u2019 Marzu u kellhom vara g\u0127all-pur\u010bissjoni. (1)&nbsp; Fl-1780 twaqqfet Konfraternita&#8217; o\u0127ra fil-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca fejn wkoll hemm vara ta\u2019 San \u0120u\u017cepp. Qabel saret il-vara ta\u2019 San \u0120u\u017cepp minn Abram Gatt kien hemm o\u0127ra li kienet skolpita mill-iskultur Pawlu Azzopardi fl-1843 u wara li saret il-\u0121dida ng\u0127atat lill-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Marsaxlokk.<\/p>\n\n\n\n<p>Kif Saret Il &#8211; Vara<\/p>\n\n\n\n<p>Dwar kif saret il-vara ta\u2019 San \u0120u\u017cepp kien g\u0127addieli tag\u0127rif interessanti Noe Farrugia, li kien i\u0127obb lill-qaddis kif ukoll lil Bormla.&nbsp; Kitibli li Abram kien i\u0127obb ukoll lil San \u0120u\u017cepp hekk illi ried jag\u0127mel ie\u0127or flok dak li kien hemm.&nbsp; Kien ta\u2019 fommu sieket u g\u0127alhekk qabad ja\u0127dem fuq abbozz bla ma qal xejn g\u0127alkemm mal-Fratellanza ntwera\u2019 l-\u0127sieb li ssir vara \u0121dida, imma din riedet li l-ewwel isir ventartal tal-fidda.&nbsp; Meta l-Fratellanza rat li Abram ma riedx jag\u0127mel disinn ordnaw wie\u0127ed l-Isla imma meta dan wasal kien hemm \u0127afna li bdew igergru.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Minn hemm u minn hawn re\u0121g\u0127u kellmu lil Abram u sar arran\u0121ament li jag\u0127mel San \u0120u\u017cepp u tahom il-kelma li jag\u0127mlilhom abbozz.&nbsp; Dan \u0121eneralment jie\u0127u \u010bertu \u017cmien imma Abram kien di\u0121a la\u0127aq lesta l-abbozz.&nbsp; Meta fi \u017cmien qasir urihulhom kul\u0127add baqa\u2019 skantat u kien hemm min t\u0127asseb jekk Abram jasalx biex ilesti dik il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol!&nbsp;&nbsp; Imma Abram di\u0121a kellu l-pjan lest, talab lill-Ammirall biex jixtri njama kbira u tajba kif xtaq hu.&nbsp; Malli waslet beda x-xog\u0127ol u wie\u0127ed jista\u2019 jobsor kif Abram intilef fil-\u0127idma biex il-\u0127olma li kellu sse\u0127\u0127.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar din l-istatwa meqjusa b\u0127ala kapolavur tlestiet u kul\u0127add stag\u0127\u0121eb bir-reqqa u l-\u0127ila fix-xog\u0127ol minn kull na\u0127a.&nbsp; Kien tant \u0127are\u0121 li w\u0127ud qalu li dnub jin\u017cebag\u0127, \u0127afna kienu tal-fehma li xog\u0127ol hekk mirqum kien jo\u0127ro\u0121 aktar kieku kellu jibqa\u2019 njam.&nbsp; Il-vara ttie\u0127det g\u0127all-wirja l-Belt u refug\u0127ha x-<em>shipwrights&nbsp;<\/em>Bormli\u017ci, li wkoll \u0121abuha lura.&nbsp; Jing\u0127ad ukoll li din il-vara n\u017cebg\u0127et mill-istess Abram.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa famu\u017ca g\u0127adha tista\u2019 titgawda fil-knisja parrokkjali ta\u2019 Bormla u kull sena ssir il-festa f\u2019Mejju (2).&nbsp;Fil-bidu tas-snin tmenin kienu serqu d-deheb ta\u2019 din il-vara li kienet ing\u0127atat sett&nbsp; ta\u2019 l-g\u0127odda \u017cg\u0127ir miksi bid-deheb b\u2019weg\u0127da.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dawn l-artikli qieg\u0127ed nikteb fuq statwi li nsibu barra, fil-pjazez u t-toroq ta\u2019 Bormla, imma f\u2019dan i\u010b-\u010bentinarju ma stajtx ma ssemmix&nbsp; ukoll din l-istatwa hekk devota u mfa\u0127\u0127ra!&nbsp; F\u2019Malta n\u0127oss li g\u0127andna l-kult tal-vari qawwi wisq l-aktar fejn jid\u0127lu l-vari titulari fi\u010b-\u010belebrazzjonijiet tal-festi tag\u0127na.&nbsp; Kull vara jew statwa, sabi\u0127a u artistika kemm tista\u2019 tkun, hija biss xbieha.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Je\u0127tie\u0121 li naraw aktar \u2018l fuq bl-g\u0127ajnejn ta\u2019 fidi u twemmin.&nbsp; L-istatwi qeg\u0127din hemm biex ifakkruna f\u2019\u0120esu\u2019, f\u2019Marija u fil-qaddisin li hemm igawdu \u2018l Alla u biex in\u0127arsu lejhom b\u0127ala mudelli li jg\u0127inuna fil-mixja tag\u0127na fuq din l-art lejn is-salvazzjoni.&nbsp; Il-kuntrarju tat-tmaqdir u l-piki! \u0120esu\u2019 wie\u0127ed u Madonna wa\u0127da hemm u Alla wie\u0127ed fuq kollox u fuq kul\u0127add!<\/p>\n\n\n\n<p>Statwi Fit &#8211; Toroq<\/p>\n\n\n\n<p>Dari kien hemm statwa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp li llum m\u2019g\u0127adhiex te\u017cisti.&nbsp; Jidher li din kienet fi Triq il-\u0120dida billi Michele Grech Taylor \u0127allielna dan it-tag\u0127rif dwarha.<\/p>\n\n\n\n<p>\u2018San \u0120u\u017cepp, li qieg\u0127ed f\u2019ni\u010b\u010ba mal-\u0127ajt fit-Telg\u0127a ta\u2019 Santa Liena, fuq il-bieb ta\u2019 Giuseppe Buttigieg, (Tal-\u0126all), mag\u0127mul fis-sena 1872 a spejje\u017c tieg\u0127u u ma\u0127dum minn Mastru Antonio Busuttil tar-Rabat.\u2019 (3)<\/p>\n\n\n\n<p>Statwa Ta\u2019 San \u0120u\u017cepp Li G\u0127adha Te\u017cisti<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019kantuniera fi Triq Feli\u010b ma\u2019 Sqaq Feli\u010b insibu ni\u010b\u010ba b\u2019\u017cew\u0121 pilastri li fiha hemm statwa\u00a0mdaqqsa ta\u2019 San \u0120u\u017cepp bil-Bambin.\u00a0 Hija wa\u0127da mill-bosta ni\u010be\u010b bil-lavur fil-\u0121ebla Maltija li nsibu fit-toroq tag\u0127na.\u00a0 San \u0120u\u017cepp jidher wieqaf, dritt b\u2019\u0127arstu mistika \u2018l quddiem bi\u010b-\u010bkejken Bambin fuq drieg\u0127u tax-xellug.\u00a0 Il-Bambin \u0120esu\u2019 g\u0127alkemm \u017cg\u0127ir, ukoll g\u0127andu bixra \u017cvelta u jidher wieqaf.\u00a0 Wi\u010b\u010bu b\u2019\u0127arsa dritta quddiemu b\u0127allikieku juri li huwa tarbija spe\u010bjali.\u00a0 F\u2019din l-istatwa b\u2019arti popolari nilm\u0127u \u017cew\u0121 temi li jistg\u0127u jidhru kontra xulxin.\u00a0<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/SanGuzepp2.jpg\" alt=\"In-ni\u010b\u010ba bl-istatwa ta' San \u0120u\u017cepp fi Triq Feli\u010b. Ritratt - Sunny Aquilina\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Hemm l-g\u0127aqda ta\u2019 \u0120esu\u2019 mal-missier putattiv tieg\u0127u san \u0120u\u017cepp li tin\u0127ass xi ftit iebsa, u fl-istess waqt kemm \u0120esu\u2019 kif ukoll San \u0120u\u017cepp jin\u0127assu distakkati qishom it-tnejn mexjin fi triq g\u0127alihom, kull wie\u0127ed b\u2019missjoni g\u0127alih!&nbsp; G\u0127andi l-impressjoni li din in-ni\u010b\u010ba mhix daqshekk mag\u0127rufa u l-\u0127sieb ta\u2019 dawn l-artikli huwa biex inkunu nafu x\u2019hawn fl-g\u0127a\u017ci\u017ca belt tag\u0127na, napprezzaw u nie\u0127du \u0127sieb dak li \u0127allewlna missirijiet.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Dawn l-istatwi u ni\u010be\u010b li g\u0127andna fit-toroq tag\u0127na g\u0127andna nie\u0127du \u0127siebhom.&nbsp; Ma\u2019 din in-ni\u010b\u010ba hemm qabda&nbsp;<em>cables&nbsp;<\/em>imwa\u0127\u0127lin e\u017catt ta\u0127tha li j\u0127assru d-dehra ta\u2019 din in-ni\u010b\u010ba u jkerrhu l-ambjent, tajjeb li kieku dawn jitpo\u0121\u0121ew aktar bil-galbu u mhux man-ni\u010b\u010ba!<br>Referenzi<\/p>\n\n\n\n<p>(1) Galea Scannura Charles,&nbsp;<em>Tag\u0127rif Storiku Dwar il-Knisja Parrokkjali ta\u2019 Bormla,&nbsp;<\/em>(1983) p.10.<\/p>\n\n\n\n<p>(2) Farrugia Noe, Tag\u0127rif mg\u0127oddi lili.<\/p>\n\n\n\n<p>(3) Grech Taylor Michele,&nbsp;<em>Storja ta\u2019 Bormla,&nbsp;<\/em>1924 ms. p.43.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina F\u2019Bormla, il-Belt Cospicua, meta nsemmu San \u0120u\u017cepp mill-ewwel ti\u0121i f\u2019mo\u0127\u0127na l-vara artistika u mirquma, kapolavur ta\u2019 l-artist u disinjatur Bormli\u017c Abram Gatt (1863-1944) li f\u2019Malta u G\u0127awdex, u b\u2019mod spe\u010bjali f\u2019Bormla, \u0127allielna tant \u0121ojjelli artisti\u010bi.\u00a0 Din il-vara tal-missier putattiv ta\u2019 \u0120esu\u2019 hija mill-isba\u0127, \u0127afna ja\u0127sbuha tal-kartapesta u mhux ta\u2019 l-injam!\u00a0 Il-vara tirrappre\u017centa lil San \u0120u\u017cepp, il-kustodju matur, kast u \u0121ust, bil-\u0121ilju &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=131\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta\u2019 Bormla \u2013 It-3 Parti &#8211; San \u0120u\u017cepp<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[6,5],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/131"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=131"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/131\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=131"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=131"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=131"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}