{"id":130,"date":"2020-05-12T13:54:04","date_gmt":"2020-05-12T13:54:04","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=130"},"modified":"2020-05-12T13:55:37","modified_gmt":"2020-05-12T13:55:37","slug":"statwi-fil-pjazez-u-toroq-ta-bormla-it-2-parti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=130","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta&#8217; Bormla &#8211; It-2 Parti"},"content":{"rendered":"\n<h2><strong>L-Istatwa Tal &#8211; Kun\u010bizzjoni<\/strong><\/h2>\n\n\n\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dan l-artiklu se nkomplu nitkellmu fuq statwi kbar li j\u017cejnu t-toroq u l-pjazez ta\u2019 Bormla.&nbsp; Statwi sbie\u0127 u artisti\u010bi li g\u0127andna napprezzaw u nie\u0127du \u0127siebhom.&nbsp; Huma wirt ta\u2019 beltna u tag\u0127na l-Bormli\u017ci.&nbsp; Fl-ewwel artiklu ta\u2019 qabel dan bdejna bl-istatwi ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni ta\u2019 quddiem il-Knisja Parrrokkjali u dik li kienet qrib il-mina ta\u2019 Santa Liena, li sfortunatament inqerdet wara l-gwerra.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dan it-tieni artiklu se niktbu fuq statwa o\u0127ra tal-Kun\u010bizzjoni, dik li qieg\u0127da fi triq imsemmija g\u0127aliha; Triq il-Kun\u010bizzjoni, fit-tara\u0121 ftit \u2018il fuq mill-ka\u017cin tas-St. Thomas S.C.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/StatwaMadonnaTriqKuncizzjoni.jpg\" alt=\"Statwa tal-Madonna f'kantuniera ta' Triq il-Kun\u010bizzjoni (\u0127dejn il-Ka\u017cin tas-St. Thomas S.C.)\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa twaqqfet fis-seklu tmintax kif jikteb Michele Grech Taylor fil-ktieb tieg\u0127u \u2013&nbsp;<em>Storja ta\u2019 Bormla&nbsp;<\/em>(1924):<\/p>\n\n\n\n<p>\u2018Il-Madonna tal-Kun\u010bizzjoni li qieg\u0127da fuq pedestal mal-\u0127ajt, fi&nbsp;<em>Strada Concezione&nbsp;<\/em>(it-triq ta\u2019 Kozzu) saret fl-1788.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa tinsab f\u2019parti mill-eqdem ta\u2019 Bormla.&nbsp; Hija statwa ma\u0127duma fi stil barokk u bis-simboli ta\u2019 l-Immakulata; ir-ras imdawra bil-kwiekeb, bir-ri\u0121el fuq ras is-serp bit-tuffie\u0127a f\u2019\u0127alqu u l-qamar.&nbsp; L-idejn huma mag\u0127qudin ma\u2019 xulxin f\u2019g\u0127aqda simbolika ta\u2019 talb u g\u0127andha wi\u010b\u010b hieni li jirrifletti qdusija u umilta&#8217;.<\/p>\n\n\n\n<p>Tinsab fuq pedestal g\u0127oli li f\u2019nofsu, fuq quddiem, insibu r\u0127ama b\u2019kitba li tfakkar l-indul\u0121enza ta\u2019 40 jum li ng\u0127atat minn Mons. Labini \u2018Isqof ta\u2019 Malta\u2019 fit-8 ta\u2019 April, 1801, lil min jg\u0127id \u2018Salve Regina\u2019 quddiema.&nbsp; Ninteb\u0127u li din l-indul\u0121enza ng\u0127atat e\u017cattament 200 sena ilu u l-istatwa g\u0127andha aktar minn mitejn sena.&nbsp; L-istatwa, flimkien mal-kantuniera fejn qieg\u0127da, li turi l-qedem tag\u0127ha, \u0127elsitha \u0127afif mill-qerda tal-gwerra.&nbsp; Hekk g\u0127adna nistg\u0127u narawha, ingawduha u ng\u0127idu xi talba quddiema.<br>Din l-istatwa tinsab f\u2019nofs it-tara\u0121 li \u0121ej fit-tond f\u2019kantuniera.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Quddiem il-pedestall huwa mag\u0127luq b\u2019\u0127adid ornamentali u prominenti fih hemm emblema tal-Madonna.&nbsp; Illum ma tantx g\u0127adek tara b\u0127alu.&nbsp; Hemm ukoll \u017cew\u0121 gastri bil-qsari fuqhom u fuq il-pedestall, f\u2019ri\u0121lejn il-Madonna, va\u017cun bil-fjuri u fanal jixg\u0127el fin-nofs.&nbsp; In-nies jie\u0127du \u0127siebha, hekk li n\u017cebg\u0127et dan l-a\u0127\u0127ar.&nbsp; Fl-1924 sar xog\u0127ol ta\u2019 rikostruzzjoni u dan dokumentat.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Fix-xellug ta\u2019 dan il-pedestall, ma\u2019 \u010bint mibni ma\u2019 \u0121enb il-pedestall hemm ir\u0127ama o\u0127ra li tfakkar il-promuturi Salvu Darmanin, li g\u0127amel ukoll id-disinn u x-xog\u0127ol li sar minn \u010aikku Zahra u Pawlu Aquilina.<\/p>\n\n\n\n<p><img loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/StatwaMadonnaTriqKuncizzjoni2.jpg\" alt=\"Statwa tal-\u0121ebel fi Triq il-Kun\u017cizzjoni Bormla\" width=\"200\" height=\"424\">\u2018Memorja tal-promuturi S. Darmanin, F. Zahra, P. Aquilina u n-nies tat-triq, disinn ta\u2019 l-istess Darmanin, tlesta fl-1 ta\u2019 Frar, 1924.\u2019<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa hija mi\u017cmuma tajjeb u fl-g\u0127o\u017c\u017ca, hekk li nsibu r\u0127ama \u017cg\u0127ira o\u0127ra li tixhed dan.&nbsp; \u2018id-devoti b\u2019qima kbira lejn Marija Santissima, kul\u0127add huwa mitlub biex ma j\u0127allix dan il-lok ji\u0121i mkag\u0127bar.\u2019<\/p>\n\n\n\n<p>L-istoriku Tony Terribile fil-ktieb \u2018Ni\u010be\u010b u Statwi fit-Toroq Maltin\u2019 (Pin 2000) jikteb li x-xog\u0127ol li semmejna sar fl-1929, imma d-data fuq il-lapida hija \u010bara 1924, u jkompli li dan sar f\u2019g\u0127eluq il-75 sena mill-proklama tad-Domma ta\u2019 l-Immakulata nhar it-8 ta\u2019 Di\u010bembru, 1854 meta f\u2019Bormla saru \u010belebrazzjonijiet spe\u010bjali.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-fatt sar \u0127ames snin qabel, f\u2019g\u0127eluq is-70 sena.&nbsp; Fuq l-istatwa nnifisha Tony Terribile jikteb li din l-istatwa kbira tal-Kun\u010bizzjoni hi wa\u0127da mill-isba\u0127 statwi li nsibu f\u2019dawn il-g\u017cejjer.&nbsp; Wie\u0127ed jista\u2019 jg\u0127id dan, wara li jifli sew l-iskultura li fiha, b\u2019mod spe\u010bjali fil-panne\u0121\u0121i tal-libsa tag\u0127ha.&nbsp; Hi statwa devota \u0127afna u g\u0127alhekk mi\u017cmuma tajjeb min-nies ta\u2019 l-in\u0127awi.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-istatwa sabi\u0127a hija f\u2019ambjent Malti ta\u2019 l-antik, tixhed \u017cminijiet ta\u2019 l-img\u0127oddi.&nbsp; It-tara\u0121 ukoll huwa tipiku ta\u2019 Bormla ta\u2019 dari.&nbsp; U dan g\u0127andu sinifikat, kif g\u0127idna l-istess isem tat-triq hu g\u0127all-patruna spe\u010bjali tal-Belt Cospicua.<\/p>\n\n\n\n<p>Tajjeb li dan il-patrimonju&nbsp;&nbsp; tag\u0127na, nag\u0127rfuh, ng\u0127o\u017c\u017cuh, nie\u0127du \u0127siebu u ng\u0127adduh fi stat tajjeb lil uliedna u lil dawk li ji\u0121u warajna.&nbsp; Dawn l-istatwi pittoreski jixhdu wkoll id-devozzjoni popolari ta\u2019 niesna.&nbsp; \u0126elwa u tajba t-tradizzjoni li ng\u0127idu talba \u017cg\u0127ira meta ng\u0127addu minn quddiemhom.&nbsp; Mhux b\u2019qima lejn l-istatwa imma lejn il-Madonna, dik l-Omm li dejjem t\u0127arisna.&nbsp; \u201cO Marija li d\u0127alt fid-dinja ming\u0127ajr tebg\u0127a, aqlag\u0127lna l-grazzja li no\u0127or\u0121u minnha ming\u0127ajr \u0127tija.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Referenzi<br>Michele Grech Taylor,&nbsp;<em>\u2018Storja ta\u2019 Bormla\u2019&nbsp;<\/em>ms. 1924<br>Tony Terribile,&nbsp;<em>\u2018Ni\u010be\u010b u Statwi fit-Toroq Maltin\u2019&nbsp;<\/em>&nbsp;(Pin 2000)<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Istatwa Tal &#8211; Kun\u010bizzjoni Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina F\u2019dan l-artiklu se nkomplu nitkellmu fuq statwi kbar li j\u017cejnu t-toroq u l-pjazez ta\u2019 Bormla.&nbsp; Statwi sbie\u0127 u artisti\u010bi li g\u0127andna napprezzaw u nie\u0127du \u0127siebhom.&nbsp; Huma wirt ta\u2019 beltna u tag\u0127na l-Bormli\u017ci.&nbsp; Fl-ewwel artiklu ta\u2019 qabel dan bdejna bl-istatwi ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni ta\u2019 quddiem il-Knisja Parrrokkjali u dik li kienet qrib il-mina ta\u2019 Santa Liena, li sfortunatament &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=130\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta&#8217; Bormla &#8211; It-2 Parti<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[6],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/130"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=130"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/130\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=130"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=130"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=130"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}