{"id":129,"date":"2020-05-12T10:00:47","date_gmt":"2020-05-12T10:00:47","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=129"},"modified":"2020-05-12T10:02:25","modified_gmt":"2020-05-12T10:02:25","slug":"rikkardu-taylor-1818-1868-ghagna-ta-religjozita-u-didatticizmu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=129","title":{"rendered":"Rikkardu Taylor (1818 – 1868) G\u0127a\u0121na ta’ Reli\u0121jo\u017cita u Didatti\u010bi\u017cmu."},"content":{"rendered":"\n
Kitba ta’ Mario Attard<\/p>\n\n\n\n
Fuq na\u0127a o\u0127ra, Malta kienet ilha mal-\u0127mistax-il sena li waqg\u0127et uffi\u010bjalment f’idejn l-Imperu Ingli\u017c wara li l-istess imperu xejjen it-tentattivi Napoleoni\u010bi li se\u0127\u0127ew mill-Fran\u010bi\u017ci wara t-trattat ta’ Amiens li kien sar fl-1802. G\u0127alhekk, Rikkardu Taylor trabba fl-aqwa tar-realta’ kolonjali  u seta’ jmiss b’idejh il-polz tal-\u0127te\u0121ijiet li kienu j\u0127ossu l-kompaj\u017cani ta’ \u017cmienu bi b\u017conn u bi dritt tag\u0127hom fl-istess \u0127in ming\u0127and l-Ingli\u017ci. Kienu proprju dawn i\u017c-\u017cew\u0121 realtajiet li wittew it-triq lil dan il-kittieb Bormli\u017c biex beda jterraq fihom u jag\u0127ti diversi kontributi b’risqhom. Fl-istess waqt, Taylor kellu \u0121ibda lejn il-poe\u017cija. Fil-fatt, il-kontributi li semmejna kienu ppre\u017centati (fil-parti l-kbira tag\u0127hom) fil-forma ta’ poe\u017cija jew taqbila.<\/p>\n\n\n\n
Oliver Friggieri f’li Storja tal-Letteratura Maltija Vol.1, (p.28) jiddiskrivi lill-kontribut tal-poe\u017cija romantika li kiteb Rikkardu Taylor b\u0127ala t-tieni tentattiv fl-i\u017cviluppi li se\u0127\u0127ew fil-\u0121rajja tal-poe\u017cija romantika bejn is-seklu dsatax u l-ftu\u0127 nett tas-seklu g\u0127oxrin. Biex infisser ru\u0127i a\u0127jar, Taylor u kittieba o\u0127ra ta’ \u017cmienu kienu ju\u017caw id-djalogu f’kitbiethom. Inklinazzjoni o\u0127ra ta’ \u017cmienu u li Taylor ta sehmu wkoll fiha, kien l-irrakkuntar ta’ delitti (b’mod spe\u010bjali) u avvenimenti li jkexkxu jew iqanqlu l-opinjoni pubblika. Il-Mewt ta’ Salvu Farrugia u Salvu Saliba mlaqqmin “il-Voldieri” u “Iz-Zozz” mg\u0127allqin fis-7 ta’ Di\u010bembru 1857 hija xhieda ta’ dak li g\u0127adu kemm inkiteb. Ka\u017c ie\u0127or huwa Il-Karnival ta’ Malta tat-22 ta’ Frar 1846 li jservi ta’ e\u017cempju ta’ tqanqil fl-opinjoni pubblika.<\/p>\n\n\n\n
Meta ng\u0127idu li Rikkardu Taylor kien didattiku rridu nfissru li kien qieg\u0127ed jag\u0127ti palata lis-so\u010bjeta’ Maltija ta’ \u017cmienu biex tibda tinbidel psikolo\u0121ikament g\u0127all-isfidi tas-seklu l-\u0121did.<\/p>\n\n\n\n
Taylor u kittieba o\u0127rajn ta’ \u017cmienu setg\u0127u ji\u017cbroffaw bil-pinna tag\u0127hom f’dak li huwa stampar min\u0127abba li kienet da\u0127let legalment il-Li\u0121i ta’ l-Istampa f’Marzu 1839. F’dak i\u017c-\u017cmien Rikkardu Taylor kellu 20 sena. Irridu ng\u0127idu li meta Taylor taha g\u0127all-kitba, dan kien ftit wara li da\u0127let f’pajji\u017cna l-Li\u0121i ta’ l-Istampa, ji\u0121ifieri fl-ewwel snin tas-snin g\u0127oxrin ta’ Rikkardu Taylor. Din il-li\u0121i l-\u0121dida offriet plurali\u017cmu fil-media ta’ dawk i\u017c-\u017cminijiet – media komposta biss mill-istampa u xi mezzi ristretti o\u0127ra b\u0127al ng\u0127idu a\u0127na priedki jew diskorsi f’xi okka\u017cjoni. Bis-sa\u0127\u0127a ta’ hekk nibtu g\u0127add ta’ \u0121urnali li b’kitbiethom u l-fehmiet li bdew ixerrdu komplew jg\u0127inui sabiex tin\u0127oloq mentalita’ \u0121dida minflok il-passivita’ li l-poplu Malti kien imdorri jg\u0127ix fiha.<\/p>\n\n\n\n
Dawn il-\u0121urnali servew ta’ g\u0127ajn letterarja g\u0127al Rikkardu Taylor biex b’mod divulgattiv jil\u0127aq lill-poplu. Fil-fatt Taylor ikkontribwixxa b’kitbiet b’mod regulari fil-“\u0120a\u0127an” li deher fis-snin 1846-48 u 1854-61, “Il-\u0126mar” fl-1850, “L-G\u0127assies” fl-1855, “Ix-Xitan iz-Zopp” fl-1864, “Il-Giurnal Malti” bejn is-snin 1864-65 u “Is-Serduk” fl-1866. Fil-kontribut divulgattiv, Taylor huwa satiriku, karikaturista u folkloristiku. L-istess kontribut jo\u0127ro\u0121 fid-dieher ir-reazzjoni tieg\u0127u kontra l-pre\u017cenza kolonjali f’Malta. Fuq kollox il-kontribut tieg\u0127u fil-\u0121urnali ta’ \u017cmienu jtalla’ fil-wi\u010b\u010b esperjenzi personali, l-aktar in-niket tas-solitudni.<\/p>\n\n\n\n
Min ikun qieg\u0127ed jaqra jaf jistaqsi: x’wassal lil Rikkardu Taylor jaqleb it-tali kitbiet u mhux kitbiet o\u0127ra?
Il-Kant XXXIII mid-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri u Jum il-\u0126aqq ta’ Edward Young serqu l-intenzjoni ta’ Taylor li waslu biex \u0121ag\u0127luh jaqlibhom bil-Malti min\u0127abba d-diqa, jew biex inkun iktar spe\u010bifiku, il-mewt, il-\u0121udizzju, it-tra\u0121iku ta’ l-a\u0127\u0127ar jum u l-bi\u017ca’ li j\u0121ib mieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n
Il-\u0127sieb prin\u010bipali u kollettiv li kellu Taylor wara t-traduzzjonijiet li g\u0127amel kien li (a) ji\u017cra’ b’g\u0127eruq i\u017cjed b’sa\u0127\u0127ithom l-ilsien Malti fost il-Maltin \u0127alli japprezzaw a\u0127jar ilsienhom u (b) biex bis-sa\u0127\u0127a ta’ l-istess kitbiet barranija mi\u0121juba bil-Malti j\u0121edded il-kultura fi \u017cmienu u biex b’hekk ikunu jistg\u0127u jinfet\u0127u orizzonti \u0121odda g\u0127as-snin ta’ li kienu g\u0127ad iridu ji\u0121u.<\/p>\n\n\n\n
Dionligo Valdecio kiteb Lo Scoglio dell’Umanita’. L-aspett satiriku ta’ dan il-kittieb Sqalli kontra n-nisa \u0127\u017ciena seraq il-\u0127sieb ta’ Taylor u hekk qalbu bil-Malti.
Is-Salmi ta’ David u l-Lamentazzjonijiet ta’ \u0120eremija u testi mill-kotba Bibli\u010bi  jg\u0127inu biex jin\u0127are\u0121 l-aspett morali f’Rikkardu Taylor, f’dik li hija traduzzjoni.<\/p>\n\n\n\n
Din il-\u0127idma tressaq lejn xulxin fil-g\u0127an kulturali u i\u017cjed morali lil Taylor mal-Bormli\u017c l-ie\u0127or Ludoviku Mifsud Tommasi. Il-prova ta’ dan it-tqarrib nisiltuha mill-Inni Mqaddsa – l-Antifona tat-Tmiem tal-Brevjarju Ruman u s-Sekwenzi tal-Missal Mi\u0121jubin bil-Malti u li Mifsud Tommasi kien \u0127are\u0121 fl-1853 u It-Triq tal-\u0120enna : Talb g\u0127al kull Nisrani li jixtieq Isalva Ru\u0127u li Rikkardu Taylor \u0127are\u0121 fl-1842.<\/p>\n\n\n\n
B’danakollu, u fuq kollox, il-kitba reli\u0121ju\u017ca f’Taylor hija sinjal \u010bar tar-rabta li kellu mal-fidi Nisranija peress li, kif sejrin naraw i\u017cjed ‘il quddiem, g\u0127adda minn \u017cmien li fih kellu l-fehma li jsir qassis.<\/p>\n\n\n\n
Il-\u0126ajja Fil-Qossor Ta’ Rikkardu Taylor<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Meta nqabblu dak li kiteb Taylor fil-\u0127ar\u0121a 28 tal-\u0121urnal “\u0120a\u0127an” (skond kif \u0120u\u017ce’ Gatt kiteb fl-istudju tieg\u0127u “Richard Taylor – Wie\u0127ed mill-Bennejja tal-Malti” li dher f'”t-Tor\u010ba” tal-\u0126add, 6 ta’ Settembru 1970, pa\u0121na 9) u l-Karta tal-Mag\u0127mudija li kien \u0121abar \u0120u\u017ce’ Cassar Pullicino mill-Arkivju tal-Kolle\u0121\u0121jata ta’ Bormla (e\u017cattament Lib. Baptiz., vol.XII, p.311), insibu nuqqas ta’ qbil fil-\u0121urnata tat-twelid. F’ “\u0120a\u0127an” insibu mni\u017c\u017cel it-26 ta’ Marzu 1818, fil-waqt li fil-Karta tal-Mag\u0127mudija li \u0121abar il-folklorista Cassar Pullicino \u0121\u0121ib id-data tal-25 ta’ Marzu 1818. Lil dawn i\u017c-\u017cew\u0121 dati ma semmejthomx biex ni\u017cra’ d-dubju, i\u017cda biex nirre\u0121istra l-istorja kif inhija.<\/p>\n\n\n\n
Missier Rikkardu Taylor kien jismu \u0120u\u017ceppi, fil-waqt li ommu Giovanna kien kunjomha Farrugia meta kienet xebba. Dawn kienu jie\u0127du interess \u0127afna f’binhom Rikkardu. Fil-fatt kien bis-sa\u0127\u0127a tad-determinazzjoni u l-perseveranza tag\u0127hom li Rikkardu \u0127are\u0121 mill-fa\u017ci ta’ g\u0127a\u017c\u017c u \u0121iri ‘l hawn u ‘l hinn – \u0127wejje\u0121 li kienu jikkaratteri\u017c\u017caw lil tfulitu. U hekk, ta’ disa’ snin sar abbati u dda\u0127\u0127al fl-iskola tas-Saminarju b\u0127ala ri\u017cultat ta’ \u0127ajra li wera g\u0127as-sa\u010berdozju. B\u0127al bosta \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, \u017cg\u0127o\u017cit Rikkardu Taylor kienet ikkaratteri\u017c\u017cata mill-in\u010bertezzi u t-tibdil. Il-\u0127ajra fih g\u0127as-sa\u010berdozju \u010bediet postha g\u0127as-safar. Wara \u017cmien iba\u0127\u0127ar, tefa’ l-ankri f’Malta. Kien f’dan il-perjodu li kibset fih il-\u0127ajra g\u0127all-kitba bil-Malti. Bejn is-solitudni mnissla fih bil-mewt ta’ ommu u missieru, bejn xi dejn li kellu \u0127tija ta’ l-istampar u bejn li kien influwenzat minn min ried jaqtag\u0127lu qalbu, Taylor \u0127alla kollox warajh u telaq lejn l-E\u0121ittu fejn \u0127adem b\u0127ala pittur f’teatru. Lura f’Malta ttanta xortih fin-negozju tat-tabakk, u spi\u010b\u010ba minn ta\u0127t. Iddejjen ma’ Cumbo l-istampatur u spi\u010b\u010ba fil-\u0127abs tal-midjunin fuq dejn li kellu ma’ dan l-istess stampatur. U biex il-borma tieg\u0127u sserra\u0127 fuq tliet saqajn ba\u017cwija, \u0127are\u0121 il-qlib ta’ ktieb li je\u0127odha kontra n-nisa. Lil dan it-tielet pass \u017cmer\u010b li \u0127a Taylor jistqarru f’L-Iskoll tal-Bniedem. Kif jistqarr bil-poe\u017cija “Il-\u0126ajja u l-Vinturi ta’ \u0120a\u0127an” miktuba bil-vers tal-\u0127amsa m\u017cewwe\u0121, ommu u missieru mietu ftit wara li beda jag\u0127tiha g\u0127all-poe\u017cija.<\/p>\n\n\n\n
Dwar il-Karta tal-Mag\u0127mudija ta’ Taylor baqag\u0127lna xi \u0127a\u0121a o\u0127ra x’niktbu. Rikkardu ma kienx l-ewwel isem tieg\u0127u. Immela g\u0127aliex baqa’ mag\u0127ruf hekk? Kienet drawwa fi \u017cmienu, u li kienet ilha \u0121ejja minn \u017cmien il-Kavallieri, li jsej\u0127u lil dak li jkun mhux bl-ewwel isem li jitni\u017c\u017cel fir-re\u0121istru tal-Mag\u0127mudijiet. Fil-fatt, Rikkardu kien it-tieni isem. Giovanni Battista kien l-ewwel isem li ng\u0127atalu, fil-waqt li Vincenzo kien it-tielet wie\u0127ed. Fi\u017c-\u017cwie\u0121 xejn ma sab xorti.<\/p>\n\n\n\n
I\u017c-\u017cwie\u0121 ta’ Rikkardu Taylor ma’ Carmela Triganza se\u0127\u0127 wara li kien skonta \u017cmienu fil-\u0127abs tal-midjunin.<\/p>\n\n\n\n
Rikkardu Taylor G\u0127alliem Ta’ L-Ilsna<\/strong><\/p>\n\n\n\n
B\u0127ala bniedem im\u0127arre\u0121 fl-ilsna, Rikkardu Taylor ta lezzjonijiet tal-Latin, tat-Taljan, tal-Fran\u010bi\u017c u ta’ l-Ingli\u017c. Nistg\u0127u ng\u0127idu li kien jag\u0127mel hekk biex ikun jista’ jaqla l-g\u0127axja ta’ kuljum. Fi\u017c-\u017cmien li fih Taylor kien joqg\u0127od f’61, Triq Zekka, il-Belt Valletta, huwa feta\u0127 skola (e\u017cattament f’Awissu 1844) fl-istess dar u li kienet issegwi l-istil Ingli\u017c. Lil din l-iskola Taylor taha \u017cew\u0121 orarji mit-Tnejn sal-\u0120img\u0127a bi \u0127las ta’ tmintax irbieg\u0127i (12\u010b.5 tag\u0127na) kull orarju: wa\u0127da mal-jum u sag\u0127tejn o\u0127ra ma’ l-Ave Marija g\u0127al kull min ried jitg\u0127allem i\u017cda ma kienx ikun jista’ \u0127lief fil-g\u0127axija. Is-Sibt kien jg\u0127allem id-Duttrina u seta’ jmur min irid.<\/p>\n\n\n\n
Bil-\u0127sieb li jil\u0127aq kemm jista’ mill-massa tal-Maltin u G\u0127awdxin ta’ \u017cmienu, Rikkardu Taylor stampa f’\u010aipru fl-1844 it-Ta\u0127ri\u0121 ta’ Ta\u0127dit bit-Taljan, Ingli\u017c u Malti  – Ta\u0127ditiet Familjari g\u0127all-Iskejjel. B’dan il-ktieb, li kien l-ewwel fil-g\u0127amla tal-pre\u017centazzjoni tieg\u0127u, Rikkardu Taylor feta\u0127 g\u0127all-ewwel darba medium \u0121did ta’ kif it-tag\u0127lim stampat jista’ jinfirex fil-pre\u017centazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n
Min-na\u0127a l-o\u0127ra, meta fl-istess sena, ji\u0121ifieri fl-1844, stampa Tag\u0127lim bil-Malti tal-Grammatika Taljana g\u0127all-\u0126tie\u0121a tal-Maltin, Taylor ippre\u017centa format li fi \u017cmien il-Kavallieri ta’ San \u0120wann f’Malta kien komuni. Fi kliem ie\u0127or, peress li l-Ordni kien stabilita f’pajji\u017cna, kienu jo\u0127or\u0121u kotba tal-grammatika Maltija miktubin bl-ilsna tal-Kavallieri.<\/p>\n\n\n\n
Rikkardu Taylor \u0120urnalista<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Rikkardu Taylor kien editur tal-\u0121urnal “\u0120a\u0127an”. B’kollox \u0127are\u0121 46 g\u0127add, bl-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed jo\u0127ro\u0121 fit-18 ta’ Jannar 1849. \u0120u\u017ce’ Cassar Pullicino f’ “Dawl \u0120did fil-Poe\u017cija ta’ Rikkardu Taylor” f’pa\u0121na 115 ta’ Kitba w Kittieba tal-Malti, jikteb li Taylor kellu x’jaqsam ma’ ftit \u0127ar\u0121iet o\u0127ra ta’ “\u0120a\u0127an” li dehru bejn is-snin 1854 -1861. Fil-\u0121urnali li kien imexxi huwa stess, Taylor kien jara strument li bih jattakka lil min ikun attakkah. Fil-fatt, dan il-\u0121urnal wasslu biex ikum imwa\u0127\u0127al tmien xhur \u0127abs wara li nstab \u0127ati f’\u017cew\u0121 libelli li kien g\u0127amillu Wi\u0121i Preziosi. Din is-sentenza kienu il-\u0127tija li waqqfet lil “\u0120a\u0127an” milli jkompli jissokta.<\/p>\n\n\n\n
Minbarra “\u0120a\u0127an”, insibu lil Rikkardu Taylor jo\u0127ro\u0121 “Ix-Xitan iz-Zopp”, li beda jikteb mis-6 ta’ Frar 1864. Il-\u0127ila fis-seng\u0127a tal-kitba li wera f’dan il-qasam \u0121urnalistiku. Taylor seraq il-\u0127ars u \u0121ibed il-g\u0127ira. Frott ta’ hekk kien hemm talin li serqulu mill-kitba stampata tieg\u0127u. Kif kien g\u0127amel qabel, Taylor inqeda bil-\u0121urnal tieg\u0127u u attakka lil kull min kien seraqlu minn kitbietu. Dawn l-attakki nsibuhom fis-seba’ \u0127ar\u0121a li dehret fis-6 ta’ April 1864.<\/p>\n\n\n\n
F’Mejju 1864 Taylor beda jie\u0127u \u0127sieb ta’ “Il \u0120iurnal Malti” wara li kien spi\u010b\u010ba minn “Ix-Xitan iz-Zopp”. Il-\u0121urnal il-\u0121did dam jo\u0127ro\u0121 sa Awissu 1865.
“Is-Serduk” kien l-a\u0127\u0127ar \u0121urnal (jew folju) li \u0127are\u0121 fl-1867 u li kien i\u0121ib l-inizjali R.T. Rikkardu Taylor kellu x’jaqsam ukoll ma’ “Il-\u0126atar” li deher bejn nofs Ottubru u l-a\u0127\u0127ar jum tas-sena 1850, u ma’ “L-G\u0127assies” aktarx fl-1855. <\/p>\n\n\n\n
Jag\u0127mel L-G\u0127edewwa<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Il-pubblikazzjoni ta’ L-Iskoll tal-Bniedem \u0121abitlu l-inkwiet ma’ l-istampatur g\u0127ax bejniethom ma qablux fuq il-\u0127las ta’ l-istampar. \u0120u\u017ce’ Gatt jikteb f’pa\u0121na 9 ta’ “Il-Berqa” tat-22 ta’ Mejju 1939 illi Taylor ta lill-istampatur 100 skud kif ftiehmu qabel il-pubblikazzjoni tal-ktieb isemmi, fil-waqt li l-istampatur stenna 20 skud i\u017cjed. Baqa’ ma ntla\u0127aqx ftehim bejniethom u spi\u010b\u010baw il-Qorti. B’ri\u017cultat ta’ hekk,  Taylor intefa’ fil-\u0127abs tal-midjunin.
Minbarra l-g\u0127adu ma\u0127luq permezz ta’ l-istampar, Rikkardu Taylor g\u0127amel g\u0127edewwa o\u0127ra, din id-darba permezz tal-\u0121urnali\u017cmu.<\/p>\n\n\n\n
Fl-1847 Taylor mar joqg\u0127od il-Kalkara. Dan kien \u017cmien li fih beda jag\u0127tiha g\u0127all-\u0121urnali\u017cmu (u allura g\u0127all-politika). Kien beda miexi f’din it-triq bil-\u0127ru\u0121 tal-“\u0120a\u0127an”. \u0120u\u017ce’ Gatt, li jiena nqisu b\u0127ala l-bniedem fost l-iktar (jekk m hux l-iktar ukoll) li rsistew \u0127alli Rikkardu Taylor ma jintesiex, jag\u0127tina ka\u017c partikulari f'”Il-Berqa” tat-23 ta’ Mejju 1939, fid-disa’ fa\u010b\u010bata.<\/p>\n\n\n\n
Wara li kien ilu sena jo\u0127ro\u0121 il-“\u0120a\u0127an”, fettillu jistampa poe\u017cija b’karikatura kollettiva marbutin it-tnejn ma’ l-infern. Fl-istampa \u0120a\u0127an huwa mistieden mix-xjaten biex jissie\u0127eb mag\u0127hom \u0127alli jag\u0127mlu festa bil-la\u0127am mixwi tal-bnedmin. Fost dawk impin\u0121ija kien hemm min kien g\u0127adu \u0127aj! Wie\u0127ed mill-u\u010bu\u0127 li kien jixxiebah mal-‘mixwijin’ kien ta’ \u010bertu Dun Lawrenz Vella, li kien g\u0127adu frisk fil-mewta tieg\u0127u. I\u017cda lil dan kollu Taylor \u010ba\u0127du bil-qawwa kollha.<\/p>\n\n\n\n
L-istampar ta’ dan ix-xog\u0127ol wassal biex Rikkardu Taylor ikun attakkat u msawwat. “Fil-g\u0127odwa tat-8 ta’ Settembru 1847, waqt li kien g\u0127addej mis-Suq il-Qadim ta’ Bormla, marru fuqu tnejn minn nies g\u0127al g\u0127arrieda, u bdew jag\u0127tuh bi bsaten u ponnijiet bla \u0127niena. Barra milli darbuh sewwa f’mo\u0127\u0127u b’dawn id-daqqiet, wie\u0127ed minnhom \u0121idmu wkoll f’sebg\u0127u.” (“Il-Berqa” tat-22.5.1939,p.9).<\/p>\n\n\n\n
Kienu \u0127abtu g\u0127alih Lwi\u0121i dei Konti Preziosi u Ninu Frendo, g\u0127ax qalu li Taylor da\u0127\u0127al fil-borma lill-qassis imsemmi ‘l fuq. Dawn i\u017c-\u017cew\u0121t ir\u0121iel kienu m\u0127arrka, ittellg\u0127u l-qorti u Preziosi we\u0127el tmint ijiem \u0127abs u lira u \u0127ames xelini, fil-waqt li Frendo we\u0127el sitt ijiem \u0127abs u lira.<\/p>\n\n\n\n
Il-bi\u010b\u010ba ma waqfetx hawnhekk. Preziosi beda jo\u0127ro\u0121 \u0121urnal (jew folju) biex jattakka lill-“\u0120a\u0127an” ta’ Taylor. Dan il-\u0121urnal \u0121did kien jismu “Fla\u0121ell lil \u0120a\u0127an”. U din kienet lixka ta’ Dr.Preziosi li Taylor fl-a\u0127\u0127ar waqa’ fiha, billi tilef rasu. Taylor stampa kitba kontra dan it-tabib u dan ta’ l-a\u0127\u0127ar g\u0127amillu libell. B\u0127ala ri\u017cultat tat-telf ta’ dan il-libell, fl-14 ta’ Frar 1848 Taylor we\u0127el tmien xhur \u0127abs, u seta’ j\u0127allas sa sitta minnhom b’sittax-il lira. B’hekk kellu jieqaf il-\u0127ru\u0121 tal-“\u0120a\u0127an”.<\/p>\n\n\n\n
Mewta Tal-Minsijin<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Fl-a\u0127\u0127ar \u017cmien ta’ \u0127ajtu jing\u0127ad li Rikkardu Taylor taha g\u0127ax-xorb. Huwa kien joqg\u0127od il-Birgu. \u0120u\u017ce’ Gatt jg\u0127arrafna f’ “It-Tor\u010ba” tat-8 ta’ Novembru 1970, pa\u0121na 8, li aktarx li Taylor spi\u010b\u010ba mwarrab u minsi minn kul\u0127add, aktar u aktar meta martu kienet ilha li mietet. Jista’ jkun li spi\u010b\u010ba mag\u0127luq fid-Dar tax-Xju\u0127. L-Att tal-Mewt Nru.560 tal-1868 mir-Re\u0121istru pubbliku jijkkonferma li Taylor miet fl-Isptar \u010aentrali tal-Furjana (fejn il-lum hemm id-Depot tal-Pulizija) fit-18 ta’ Frar 1868. Kellu 50 sena u ndifen fi\u010b-\u010aimiterju tal-Pieta’.<\/p>\n\n\n\n
Bormla Fil – Pinna Ta’ Taylor<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Bil-\u0127sieb li nduqu bil-prattika mill-frott li \u0127are\u0121 mill-pinna ta’ Rikkardu Taylor, sejjer in\u0121ib tliet bi\u010b\u010biet xog\u0127lijiet letterarji li kiteb dan l-awtur mill-Karabu\u017ca (il-psewdonomu mog\u0127ti lil Bormla fid-dinja umoristika ta’ dak i\u017c-\u017cmien). Dawn il-kitbiet juru kemm Rikkardu Taylor kellu g\u0127al qalbu lill-festa ta’ l-Immakulata Kun\u010bizzjoni kif ukoll lil Bormla. Fil-fatt l-ewwel sejrin naqraw rendikont tal-festa tal-Kun\u010bizzjoni li saret fil-parro\u010b\u010ba ta’ Bormla fis-sena 1864. Fl-a\u0127\u0127ar parti ta’ dan ix-xog\u0127ol l-awtur Bormli\u017c josserva l-g\u0127add ta’ sunetti li qabblulha lill-Madonna, u mag\u0127hom ried jing\u0127aqad Taylor innifsu b’poe\u017cija bi tnax-il kwartina li semmiha Tifkira. It-tielet u l-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol li kiteb Rikkardu Taylor jorbotna mal-Milied. Immela Di\u010bembru fil-kalendarju tag\u0127na l-Insara ji\u0121bor fih tnejn mill-akbar festi tal-Kristjane\u017cmu: l-Immakulata Kun\u010bizzjoni li tolqot lilna l-Bormli\u017ci fil-la\u0127am il-\u0127aj, u l-Milied. G\u0127alhekk sejrin insibu tmintax-il kwartina b\u0127ala tifkira u tif\u0127ira fl-istess waqt ta\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Milied li saret parro\u010b\u010ba ta’ Bormla nhar il-25 ta’ Di\u010bembru 1864. Il-Malti qieg\u0127ed naqalbu g\u0127all-grammatika tag\u0127na tal-lum g\u0127all-konsistenza.<\/p>\n\n\n\n
Il-Festa tal-Kun\u010bizzjoni Immakulata<\/strong>
fil-Knisja Titular Tag\u0127ha<\/strong>
tal-belt Cospicua 8 ta’ Di\u010bembru 1864<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Mhux ta’ bil-\u0127aqq, li mhux sena sena aktar mill-o\u0127ra jfa\u0127\u0127ru l-Kospikwani ‘l-Immakulata Kun\u010bizzjoni bl-akbar pompa u \u017cina li ma b\u0127alha, li biex ng\u0127idu hekka, g\u0127alkemm ma \u0121\u0121ibx g\u0127ira mal-Knejjes ta’ Malta kollha, in kwantu g\u0127all-appart, g\u0127a\u017c-\u017cina illi dak it-tempju kien l-istess b\u0127ala \u0121enna, li ma tixbax minn \u0121o fih, kollox f’g\u0127ajnejk jg\u0127ammex b\u0127ala dija, illi nie\u017cla mis-smewwiet, g\u0127al dik il-qima u venerazzjoni illi g\u0127andhom G\u0126ALIHA!! Lejlietha s-soltu fil-g\u0127odu kien it-Te Deum sollenni bi kbira kwantita’ ta’ xama’ ma’ l-Imma\u0121ini Immakulata, tant kwantita’ li ma fihx g\u0127add. Wara nofsinhar is-soltu bdiet il-kbira orkestra ta’ l-immortali V.Bugeja, g\u0127ad li huwa miet, i\u017cda l-karti tieg\u0127u ma jmutu qatt u qatt! f’qasir kliem it-translazzjoni s-soltu sollennissima bl-antifona l-\u0121dida li kient kiteb fl-a\u0127\u0127ar, imbag\u0127ad beda l-g\u0127asar. Hawn l-a\u0127wa Maltin, diffi\u010bli nfissru l-measto\u017cita’ ta’ dik l-orkestra, kant illi tisimg\u0127u kemm tisimg\u0127u dejjem \u0121did! Sa\u0127ansitra wasal it-Tantum ergo hawn ma hemmx b\u017conn min ifisser x’ji\u0121ifieri kant devot, illi j\u0121ag\u0127lek toqg\u0127od g\u0127arkubbtejk tadura ‘l Alla tieg\u0127ek. Is-soltu kif jaf kul\u0127add illi l-matutin hemm isir dejjem i\u017cjed sollenni minn ta’ kullimkien. In-nies sadattant bi \u0127rara tistenna illi tibda l-quddiesa, kif kul\u0127add jaf, jekk Bugeja lil kul\u0127add iservi tajjeb, hemm intant jippreferih – f’qasir kliem in-nies tisma’ dak il-kyrie li j\u0121iblek devozzjoni. I\u017cda ah x’nota ta’ gloria g\u0127amlilhom, illi kul\u0127add sodisfatt u fer\u0127an kwa\u017ci bid-dmug\u0127 f’g\u0127ajnejh! Sunetti ta’ bosta devoti bravi li kitbulha g\u0127ad-devozzjoni, fost l-o\u0127rajn tal-bravu Gius. Ruggiero Busuttil unur tal-G\u017cira, u fl-a\u0127\u0127ar nett il-kuruna tal-festa x’inhi? il-paner\u0121ierku illi rre\u010bitah bit-Taljan Padre Regente Cilia, Agostinjan, ta’ g\u0127aref li hu, kif bosta u bosta baqg\u0127u mg\u0127a\u0121\u0121ba. Wara nofsinhar is-soltu g\u0127asar sollenni u l-preparazzjoni fis g\u0127all-pur\u010bissjoni, ma numru innumerabbli ta’ nies titg\u0127axxaq b’dik l-allegrezza u d-devozzjoni! It-triqat kollha  kienu ppreparati, sa palk a gass g\u0127ad-daqqaqa tar-re\u0121imenti. Fuq mat-triq ta’ San Pawl il-banda tar-Re\u0121imenti 4 li marru divinament, kul\u0127add img\u0127axxaq jismag\u0127ha – in-nies ti\u0121ri, issib fis-Suq il-Qadim fuq palk ie\u0127or illi \u017cejjen pjazza, il-banda tar-Re\u0121iment 100, u din ukoll ma nsemmu xejn \u0127ar\u0121et b’fo\u0127rija liema b\u0127alha! Titla’ fuq il-Misra\u0127 ta’ Santa Margerita tara l-palk tal-gass li semmejna qabel, u l-mixeg\u0127la tieg\u0127u g\u0127a\u0121\u0121bet lil kul\u0127add, b\u0127alma g\u0127a\u0121\u0121bet ukoll il-banda tar-Re\u0121iment 8, kul\u0127add jag\u0127tiha l-akbar prosit!! dana barra minn baned o\u0127rajn paj\u017cani, illi wkoll taw sodisfazzjon.<\/p>\n\n\n\n
Bormla kollha kienet iffjorita bil-bandieri, trofej ta’ gosti l-aktar delikati, arkijiet \u017cg\u0127ar ben messi u bis-sena,  insomma ma kienx hemm \u0127a\u0121a li ma kinetx addattata, anzi kienu jag\u0127mlu wisq i\u017cjed li l-ista\u0121un mhux ta’ min jafdah, g\u0127ax kull spi\u017ca li jag\u0127mlu tistg\u0127u tg\u0127idu illi dejjem g\u0127al xejn.<\/p>\n\n\n\n
Il-pur\u010bissjoni kienet mill-isba\u0127, il-baned re\u0121g\u0127u daqqew l-istess, i\u017cda tan-numru 4 fil-pur\u010bissjoni \u0127dejn il-palk tar-Re\u0121iment 8, u l-\u0127lejjaq ta’ nies kienu xi \u0127a\u0121a partiulari. Il-pur\u010bissjoni da\u0127let, dak it-Tempju donnu \u0121enna, g\u0127ax ma hemmx \u0127a\u0121a li tfittex u ma ssibx, in-nies bid-devozzjoni kollha baqg\u0127u g\u0127at-Tantum ergo, ma hemmx b\u017conn intennu x’inhu Bugeja, biss il-mu\u017cika tieg\u0127u tismag\u0127ha kemm tismag\u0127ha dejjem \u0121dida fil-widnejn, l-istess daqs l-ikbar opri! Il-festa sbrigat (spi\u010b\u010bat), Sunetti kellhom, mela a\u0127na wkoll debbolment nag\u0127mlulha wie\u0127ed bil-Malti g\u0127as-sodisfazzjon tal-Maltin kollha.<\/p>\n\n\n\n
Tajjeb wie\u0127ed ikun jaf hawnhekk illi dawn il-kitbiet jiena qieg\u0127ed ne\u0127odhom mill-gazzetta li tag\u0127ha Rikkardu Taylor, u min qara iktar ‘il fuq jaf x’qieg\u0127ed nikteb, kien l-editur. Qieg\u0127ed nirreferi g\u0127al “Il Giurnal Malti” ta’ l-10 ta’ Di\u010bembru 1864. Il-kitba li \u0121ibna sa issa kienet tinsab fil-fa\u010b\u010bati 3 u 4. Dan il-\u0121urnal kien jo\u0127ro\u0121 tliet darbiet fix-xahar – kull 10, 20 u 30 jum tax-xahar. Kienu jit\u0127allsu tliet xelini kull tliet xhur. Is-s\u0127ubija kienet issir fl-Ufficju tat-Tipografia Anglo-Maltese, Vicolo Teatro, 94. Kull \u0127ar\u0121a kienet tinbieg\u0127 sitt soldi mill-\u0127wienet.<\/p>\n\n\n\n
Issa mmorru mill-\u0121did g\u0127all-istess \u0127ar\u0121a ta’ “Il Giurnal Malti” u mir-raba’ fa\u010b\u010bata n\u0121ibu s-sunett li Rikkardu Taylor semma fl-a\u0127\u0127ar tar-rapporta\u0121\u0121 tal-festa tal-Kun\u010bizzjoni tal-1864.<\/p>\n\n\n\n
Tifkira
1
Wasal fl-a\u0127\u0127ar il-jum hieni
Li MARIA n\u0127olqot fih!
Ming\u0127ajr tebg\u0127a, ming\u0127ajr \u0127tija,
Fost in-nisa bl-akbar \u0121ie\u0127!<\/p>\n\n\n\n
2
Kemm profeti f’i\u017cmna qodma,
Kollha \u0127abbru l-\u0126OLQIEN TAG\u0126HA:
Kif mhux hekk, da’ d-dinja tafu,
G\u0127ax g\u0127all-\u0127lejjaq OMM IS-SA\u0126\u0126A!!<\/p>\n\n\n\n
3
Minn kull qabel \u017cmien ma\u0127suba
Fil-kbir mo\u0127\u0127 minn tal-kbir Alla:
Biex tal-\u0121enna tkun ir-Re\u0121ina,
Sa fuq l-an\u0121li wkoll tittalla’!!<\/p>\n\n\n\n
4
B\u0127al Missier u Etern Kbir Alla,
Ried jo\u0127loqha b’OMM minn Tieg\u0127u:
Safja u Pura ming\u0127ajr tebg\u0127a,
Biex fil-\u0121enna titla’ mieg\u0127u!<\/p>\n\n\n\n
5
Oh Maria x’Int tal-g\u0127a\u0121eb!
X’\u0127in MA\u0126LUQA mn’Alla \u0121ejt:
L-infern trieg\u0127ed, thenni s-sema,
Kull dnub minna nqered bg\u0127id!!<\/p>\n\n\n\n
6
PIJU DISG\u0126A IL-KBIR MUNARKA,
Lilha \u0127abbar kullimkien:
Dogma xerred ma’ l-art kollha,
L’HU MFALLIBBLI dal-\u0126olqien!!<\/p>\n\n\n\n
7
Ma’ l-art kollha l-a\u0127bar xterdet,
Ta’ did-dogma hekk sabi\u0127a:
Biex f’kull Knisja li nfa\u0127\u0127ruha,
Minn kull \u0121ens qima jag\u0127tiha!<\/p>\n\n\n\n
8
Ma hemmx rokna ta’ did-dinja,
Li ma tqima b’wisq fo\u0127rija:
Tisma’ l-\u0121nus  tad-dinja tg\u0127ajjat:
Imbierek iva \u0126LUQ MARIA!!<\/p>\n\n\n\n
9
Sa l-ereti\u010bi baqg\u0127u \u0127iemda,
Lil tad-dogma qima taw:
G\u0127aliex jafu illi tad-dogma,
Min ma jqimu ji\u017cbaljaw!!<\/p>\n\n\n\n
10
U hekk mal-Knisja mqaddsa kollha,
Dal-\u0126OLQIEN bosta g\u0127a\u017ci\u017c:
I\u0121ru o \u0127lejjaq g\u0127al MARIA
Kant mill-isba\u0127 kantaw fis!!<\/p>\n\n\n\n
11
HI mill-og\u0127la tat-Tron t’Alla,
Lejn dil-art t\u0127ares bil-qalb:
L-ulied TAG\u0126HA toqg\u0127od tisma’,
Biex fi \u0126DANHA jitla’ t-talb!!<\/p>\n\n\n\n
12
Mela i\u0121ru \u0127lejjaq i\u0121ru,
La tkunux i\u017cjed ingrata:
Le\u0127en wie\u0127ed g\u0127ajtu u tennu,
KUN\u010aIZZJONI IMMAKULATA!!!!!<\/p>\n\n\n\n
Fil-waqt li qieg\u0127ed nippre\u017centa dawn it-tliet g\u0127a\u017cliet mill-kitba ta’ Rikkardu Taylor, nixtieq ni\u0121bed l-attenzjoni illi peress li qieg\u0127ed nippre\u017centahom bil-Malti tal-lum, hemm \u010bans kbir li minn vers g\u0127al ie\u0127or il-metrika taf tintilef. Mela fil-waqt li Taylor kiteb li\u017c-\u017cew\u0121 poe\u017ciji li qeg\u0127din in\u0121ibu bil-vers tat-tmienja, nistg\u0127u nsibu xi versi b’sillaba\/i \u017cejda jew nieqsa.<\/p>\n\n\n\n
Lit-tieni poe\u017cija jiena \u0127adtha mill-\u0127ar\u0121a 33 tat-30 ta’ Di\u010bembru 1864, u tinsab fil-\u0127ames fa\u010b\u010bata ta’ “Il Giurnal Malti”.<\/p>\n\n\n\n
IL-MESSIJA<\/strong>
IL-KBIR JUM TAT-TWELID IMQADDES<\/strong>
TA’<\/strong>
SIDNA \u0120ESU’ KRISTU<\/strong>
MFA\u0126\u0126AR<\/strong>
FL-INSIG. KOLL. U PARR.  KNISJATAL-BELT COSPICUA<\/strong>
25 ta’ Di\u010bembru 1864<\/strong><\/p>\n\n\n\n
TIFHIRA<\/strong><\/p>\n\n\n\n
1.
Glorja, Glorja Hosanna g\u0127ajtu,
L-an\u0121li kollha mis-smewwiet:
Fuq il-G\u0127ar sew minn ta’ Betlem,
Bih imtlew sew l-artijiet!<\/p>\n\n\n\n
2.
Ir-rg\u0127ajja tal-\u0120udea,
Bil\u0121ri stenb\u0127u b’dan l-ag\u0127jat:
Nisa, r\u0121iel, xju\u0127 u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127,
B’dak il-le\u0127en fis skantat!!<\/p>\n\n\n\n
3.
Xi tkun qatt did-dija kollha?
Bdew isaqsu ma’ xulxin:
Is-smewwiet re\u0121a’ we\u0121ibhom,
G\u0127aliex twieled il-Bambin!<\/p>\n\n\n\n
4.
Twieled iva g\u0127ad fi stalla,
Biex isse\u0127\u0127 il-profezija:
Twieled iva fl-akbar faqar,
Biex ise\u0127\u0127 kliem Isajija!!<\/p>\n\n\n\n
5.
Ir-rg\u0127ajja lkoll ta’ Betlem,
Ji\u0121ru bdew g\u0127all-Istalla:
G\u0127ax kul\u0127add qalbu \u0127ebritu,
Illi twieled il-Kbir Alla!!<\/p>\n\n\n\n
6.
L-an\u0121li tg\u0127ajjat ersqu fiha,
La titilfu l-ebda \u017cmien:
Dawk fis \u0127ar\u0121u lkoll img\u0127a\u0121\u0121ba,
Sa li kienu \u0121o l-g\u0127erien!!<\/p>\n\n\n\n
7.
Gloria, Gloria Hosanna g\u0127ajtu,
Re\u0121g\u0127u l-an\u0121li mis-smewwiet:
Tal-Messija t-Twelid \u0127abbru,
U n-nies f’daqqa kollha \u0121iet!!<\/p>\n\n\n\n
8.
I\u017cda x’raw dawk ir-rg\u0127ajja,
F’dik il-lejla ta’ kbir bard?
Raw Bambin ta’ fqir imwieled,
L’Hu Sultan tas-sema u l-art!!<\/p>\n\n\n\n
9.
Kollha mg\u0127a\u0121\u0121ba fis i\u0127arsu,
Lejn it-tfajjel imwieled f’g\u0127ar:
Dan hu!  qalu, il-Kbir Messija?
G\u0127e\u0121ubijiet mill-i\u017cjed kbar!!<\/p>\n\n\n\n
10.
Dak id-dawl ta’ fuq l-istalla,
I\u017cjed nebba\u0127 lir-rg\u0127ajja:
Kollha f’daqqa iqimuh marru,
Minn kull na\u0127a qtajja’ qtajja’!!<\/p>\n\n\n\n
11.
Min qatt twieled f’din il-lejla?
Bdew isaqsu lil xulxin:
Kif il-kant tal-Gloria nstema’,
Twieled \u017cgur \u0120esu’ Bambin!!<\/p>\n\n\n\n
12.
Twieled dak li minn \u017cmien ilu,
M\u0127abbar kienn minn Isajija:
Min hu i\u017cda l-o\u0127rajn wie\u0121bu?
Hu il-Kbir Kristu, il-Kbir Messija!!<\/p>\n\n\n\n
13.
Oh kbir Alla bdew jg\u0127ajtu,
Dal-Messija x’ikun qatt??
L-an\u0121li wie\u0121bu lir-rg\u0127ajja,
Dak li jifdi lil kul\u0127add!!<\/p>\n\n\n\n
14.
Kollha f’daqqa g\u0127arkubbtejhom,
F’bieb l-istalla qima tawh:
Kbar u \u017cg\u0127ar kul\u0127add in\u0121abar,
B\u0127al Sultan fis adurah!!<\/p>\n\n\n\n
15.
Hieni l-poplu ta’ dat-Tempju,
Li f’dal-jum tqimuh ilkoll:
Bl-isba\u0127 \u017cina \u0121ewwa nieqa,
Pavaljun sawwartu wkoll!!<\/p>\n\n\n\n
16.
Qalb l-in\u010bens ta’ l-akbar fwie\u0127a,
L-an\u0121li tkanta t-tif\u0127ir tieg\u0127u:
Hekk xejn inqas in-nies kollha,
F’dal-lejl hienja jersqu mieg\u0127u!!<\/p>\n\n\n\n
17.
Ikantaw u jtennu dejjem,
Twieled twieled il-Messija!!
Se\u0127\u0127 il-kliem minn tal-Profeti,
Illi d-dinja tkun mifdija!!<\/p>\n\n\n\n
18.
Gloria mela nkantaw dejjem,
Kbar u \u017cg\u0127ar kull waqt u \u0127in:
Gloria, Gloria Hosanna fl-og\u0127la,
G\u0127ax Twieled \u0120esu’ Bambin!!<\/p>\n\n\n\n
Xog\u0127lijiet Li Kiteb Jew Qaleb Rikkardu Taylor<\/strong><\/p>\n\n\n\n
1839<\/td>
Via Sagra<\/strong>
ori\u0121inarjament miktuba mill-Beatu Pietru Metastasju, li Taylor qalibha fil-Malti fis-sura tal-poe\u017cija<\/td><\/tr>
1840<\/td>
Tag\u0127limiet \u0127fief tal-G\u0127aqda l-Qadima u l-\u0120dida fuq il-Kotba Mqaddsa g\u0127all-\u0126tie\u0121a tal-Maltin<\/strong>
kitba or\u0121inali ma\u0127ru\u0121a bi 58 pa\u0121na flimkien ma’ l-Indi\u010bi. It-tieni edizzjoni \u0127ar\u0121et fl-1850, u kienet stampata fit-Tipografija Cumbo<\/td><\/tr>
1842<\/td>
It-Triq tal-\u0120enna: Talb g\u0127al kull Nisrani li jixtieq Isalva Ru\u0127u<\/strong>
kitba ori\u0121inali b’168 pa\u0121na. komposta minn \u0127afna talb fil-forma tal-pro\u017ca kif ukoll tal-poe\u017cija. Tliet edizzjonijiet o\u0127ra \u0127ar\u0121u, u minnhom it tielet wa\u0127da kellha 168 pa\u0121na. Il-\u0127ames edizzjoni \u0127ar\u0121et fl-1850 l-awtur \u017cied 31 meditazzjoni u kitbiet o\u0127ra biex il-fa\u010b\u010bati telg\u0127u g\u0127al 203 flimkien ma’ l-Indi\u010bi. Din l-edizzjoni kienet stampata fit-Tipografija Cumbo. L-edizzjoni tal-1927, li kellha b’kollox 288 fa\u010b\u010bata n\u0127ar\u0121et  mid-Ditta Giovanni Muscat.<\/td><\/tr>
1843<\/td>
Il-Passjoni tas-Sinjur Tag\u0127na \u0120esu’ Kristu, miktuba <\/strong>minn<\/strong> San Mattew, flimkien mal-Lamentazzjonijiet tal-Profeta \u0120eremija<\/strong>
It-tieni edizzjoni ta’ din it-traduzzjoni \u0127ar\u0121et sena wara bi 62 pa\u0121na  fit-Tipografija Cumbo. F’din l-edizzjoni, Rikkardu Taylor \u017cied tliet Van\u0121elji o\u0127ra (ta’ San Mark, ta’ Luqa u ta’ San \u0120wann). Edizzjoni o\u0127ra fost drabi o\u0127ra, \u0127ar\u0121et fl-1852 b’136 pa\u0121na.<\/td><\/tr>
1843<\/td>
Tif\u0127ir u Talb lil San Vin\u010benz Ferreri<\/strong>
kitba ori\u0121anli bi tmien fa\u010b\u010bati<\/td><\/tr>
1843<\/td>
L-Iskoll tal-Bniedem – Twiddib li\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127<\/strong>
traduzzjoni li l-awtur ori\u0121inali tag\u0127ha huwa Dionligo Valdecio. It-tieni edizzjoni dehret fl-1851 b’108 pa\u0121ni flimkien ma’ l-Indi\u010bi.
Dan il-kiteb g\u0127andu l-g\u0127an li jifta\u0127 g\u0127ajnejn il-g\u0127o\u017c\u017cieba u l-ir\u0121iel l-o\u0127ra kollha mill-\u0127a\u017cen u l-qerq tan-nisa tat-triq. Il-kelma”skoll’ hija a\u0121\u0121ettiv u\u017cat g\u0127al dawn in-nisa partikulari.<\/td><\/tr>
1844<\/td>
Tridu Mqaddes lill-Patrijarka San Duminku<\/strong>
kitba ori\u0121inali bi tmien fa\u010b\u010bati<\/td><\/tr>
1845<\/td>
Jum il-\u0126aqq<\/strong>
tradott mill-ori\u0121inali tat-tabib Edward Young, b’106 pa\u0121ni.<\/td><\/tr>
1846<\/td>
Kiteb tas-Salmi tas-Sultan David u l-Kanti\u010bi<\/strong>
traduzzjoni mil-Latin b’436 fa\u010b\u010bata flimkien ma’ l-Indi\u010bi. F’dan il-qlib, Rikkardu Taylor ippre\u017centa fa\u010b\u010bata ta’ xulxin it-test ori\u0121inali bil-Latin u l-ver\u017cjoni tieg\u0127u bil-Malti. Il-\u0121urnali ta’ dak i\u017c-\u017cmien kienu j\u0121ibu d-data tal-pubblikazzjoni 1847.Huwa meqjus b\u0127ala l-aqwa \u0127idma ta’ Taylor<\/td><\/tr>
1848<\/td>
Uffizju tal-\u0120img\u0127a l-Kbira<\/strong>
Traduzzjoni li tinkludi t-testi bil-Latin u bil-Malti fi 380 pa\u0121na. It-tieni edizzjoni \u0127ar\u0121et b’588 pa\u0121na fl-1859, u kienet stampata fit-Tipografija  Anglu-Maltija. Mag\u0127ruf b\u0127ala l-Ebdomada<\/td><\/tr>
1848<\/td>
In-Nisrani \u0121ewwa l-Knisja<\/strong>
Sal-1861 kien \u0127are\u0121 \u0127ames darbiet
1863   Tifsir mill-\u0126ajja tal-Virtu’ tal-Beatu Pellegrin Benedittu Giuseppe Labre’<\/strong>
Xog\u0127ol li Taylor \u0127are\u0121 g\u0127all-Beatifikazzjoni ta’ dan il-qaddis, f’182  pa\u0121na flimkien ma’ l-Indi\u010bi. Stampat fit-Tipografija Luigi Borg<\/td><\/tr>
1864 <\/td>
Talb u Orazzjoni wisq Effika\u010bi sabiex Taqla’ l-Grazzji kollha… mill-Beatu Pellegrin Benedetti Giuseppi Labre’<\/strong>
Xog\u0127ol tradott bi 12-il pa\u0121na<\/td><\/tr><\/tbody><\/table><\/figure>\n\n\n\n
Ma’ din il-\u0127idma kollha g\u0127andhom jing\u0127addu dawk il-poe\u017ciji kollha ta’ tif\u0127ir li n-nies kienu jitolbuh jiktbilhom g\u0127all-qaddis tag\u0127hom. Talli kien jag\u0127mlilhom hekk, huma kienu jag\u0127tuh xi \u0127a\u0121a tal-flus. Ji\u017cdiedu wkoll il-g\u0127add mhux \u017cg\u0127ir ta’ kitba, l-aktar tal-poe\u017cija, li stampa fil-\u0121urnali. Min\u0127abba dan il-fatt jistg\u0127u jitqiesu inqas popolari u \u0121ieli lanqas \u0121abu ismu. Is-su\u0121\u0121etti ta’ dawn il-kitbiet kienu jvarjaw minn profani g\u0127al reli\u0121ju\u017ci.<\/p>\n\n\n\n
1844<\/td>
Tag\u0127lim bil-Malti tal-Grammatika Taljana g\u0127all-\u0126tie\u0121a tal-Maltin<\/strong>
Xog\u0127ol ori\u0121inali stampat fit-Tipografija Anglu-Maltese bi 62 fa\u010b\u010bata u b’erba’ pa\u0121ni o\u0127ra fil-bidu<\/td><\/tr>
1844<\/td>
Ta\u0127ri\u0121 ta’ ta\u0127dit tat-Taljan, Ingli\u017c u Malti – Ta\u0127ditiet \u0126fief u Familjari g\u0127all-iskejjel<\/strong>
Xog\u0127ol ori\u0121inali li tieg\u0127u \u0127ar\u0121u diversi edizzjonijiet; fi \u017cmien sitt snin kienu \u0127ar\u0121u tliet edizzjonijiet. Ori\u0121inarjament ma\u0127ru\u0121 f’\u010aipru. Din l- edizzjoni ewlenija n\u0127atfet kollha f’sitt xhur. It-tieni edizzjoni \u0127ar\u0121et fit-Tipografija Anglo-Maltese.\u0120u\u017ce’ Gatt jikteb f'”It-Tor\u010ba” tal-20 ta’ Settembru 1970, f’pa\u0121na 8 li dan il-ktieb kien mag\u0127ruf b\u0127ala l-Conversation.<\/td><\/tr>
1846<\/td>
Il-Karnival ta’ <\/strong>Malta<\/strong> tat-22 ta’ Frar 1846<\/strong>
Kitba ori\u0121inali bi 33 pa\u0121na, stampata fit-Tipografija Anglu – Maltija.
F’din is-sena l-Gvern kien ordna li mill-jiem kollha tal-Karnival, il-jum tal-\u0126add biss ma jibqax ikun i\u010b\u010belebrat. L-isem tal-ktieb huwa referenza g\u0127all-jum li fih inzerta l-\u0126add imsemmi. Dak inhar se\u0127\u0127ew tixwix u protesti, kif ukoll kienu arrestati xi nies.Taylor ifittex li juri t- tixwixa, l-arresti u t-tilwim li nqala’ wara. Taylor \u0127are\u0121 tliet kotba mdaqqsa fil-forma ta’ poe\u017cija flimkien ma’ stampi. Flimkien ma’ dan il-ktieb \u0127are\u0121 ukoll Id-Dispoti\u017cmu u l-In\u0121ustizzji mg\u0127ottijin fil-Parlament bil-\u0126jiena u Il-Lixka ta’ l-Imzazen. \u0126tija tad-di\u017cordni li qamet bl-ordni li ta, il-Gvernatur Stewart tne\u0127\u0127a u minfloku ntbag\u0127at O’Ferrall. Skond “Il-Berqa” tat-23 ta’ Mejju 1939 (p.9), Taylor kien jg\u0127allem lit-tfal ta’ O’Ferrall. <\/td><\/tr>
1846<\/td>
Id-Dispoti\u017cmu u l-In\u0121ustizzji fuq <\/strong>Malta<\/strong> mg\u0127ottijin fil-Parlament bil-\u0126jiena<\/strong>
Ori\u0121inali stampat bi 12-il pa\u0121na fit-Tipografija Anglo-Maltese<\/td><\/tr>
1846<\/td>
Il-Mitra jew Il-Lixka ta’ l-Imzazen<\/strong>
xog\u0127ol ori\u0121inali fi 12-il fa\u010b\u010bata u stampat fit-Tipografia Anglo-Maltese<\/td><\/tr>
1850<\/td>
Exercises of Conversation in Italian, English and Maltese with Familiar and Easy Dialogues<\/strong>
Xog\u0127ol ori\u0121inali b’179 fa\u010b\u010bata, stampat fit-Tipografija F.W. Franz.
Rikardu Taylor stampa lil dan l-istess volum bl-ilsien Taljan. Din m’hix l-ewwel edizzjoni, i\u017cda sa din is-sena kienu \u0127ar\u0121u tliet edizzjonijiet.<\/td><\/tr>
1853<\/td>
Il-Mewt ta’ Salvu Farrugia u Salvu Saliba Mlaqqmin “Il-Voldieri” u “Iz-Zozz” Mg\u0127allqin fis-7 ta’ Di\u010bembru 1853<\/strong>
Tliet kanti ori\u0121inali stampati f’16-il fa\u010b\u010bata<\/td><\/tr>
1864<\/td>
Il-Konti Ugolino mid-Divina Commedia Cant. XXXIII ta’ l-Infern ta’ Dante Alighieri<\/strong>
Traduzzjoni bil-Malti fi 23 pa\u0121na, stampata fit-Tipografija Luigi Borg<\/td><\/tr>
1866<\/td>
Il-Bojja<\/strong>
xog\u0127ol ori\u0121inarjament miktub minn Guido Restoni. Dwar din il-\u0127idma je\u017cisti \u010bertu xetti\u010bi\u017cmu. L-intenzjoni kienet li Taylor iwettaq din it-traduzzjoni li kellha tidher f’faxxiklu kull xahar dehret stampata fil-“Malta Advertiser” tal-14 ta’ Novembru 1866. Fit-tfittxija tieg\u0127i ma sibtx \u0127jiel jekk \u0127ari\u0121x fi ktieb jew le. I\u017cda fil-fatt inqaleb u deher b\u0127ala xog\u0127ol postmu\u017c bi\u010b\u010ba bi\u010b\u010ba bejn is-snin 1887-1888 f’ “Il-\u0126abbar Malti”. Deher stampat fi ktieb fejn l-inizjali M.G. dehru b\u0127ala l-identita’ tat-traduttur. Deher ukoll stampat fi ktieb ie\u0127or fil-bidu tas-seklu pre\u017centi minn Xandru Coleiro.<\/td><\/tr><\/tbody><\/table><\/figure>\n\n\n\n
1<\/td>
Storja tal-Letteratura Maltija, Vol.1, Oliver Friggieri, Klabb Kotba Maltin, 1970<\/td><\/tr>
2<\/td>
Kitba w Kittieba tal-Malti, Vol.2, \u0120u\u017ce’ Cassar Pullicino, Universita’ Rjali ta’ Malta, 1964<\/td><\/tr>
3<\/td>
“Il-Malti” – G\u0127aqda Kittieba tal-Malti, Universita’ Rjali ta’ Malta, \u0126ar\u0121a ta’ Settembru 1953<\/td><\/tr>
4<\/td>
“Richard Taylor – ‘Wie\u0127ed mill-Bennejja tal-Malti’, \u0120u\u017ce’ Gatt, studju stampat f’ “It-Tor\u010ba”, fis-6 ta’ Settembru 1970,  20 ta’ Settembru 1970, 1 ta’ Ottubru 1970, 8 ta’ Novembru 1970<\/td><\/tr>
5<\/td>
The Story of Malta, Brian Blouet, Faber, Londra, 1967<\/td><\/tr>
6<\/td>
British Malta, Vol 1, A.V. Laferla, A.C. Aquilina Pub., 1946<\/td><\/tr>
7<\/td>
Il-Bormli\u017c – Mons.Ludoviku Mifsud Tommasi, Mario Attard, studju li deher fil-Programm tal-Festa Marija Immakulata fil-Belt ta’ Bormla 1996, ma\u0127ru\u0121 mill-Kumitat Festa Marija Immakulata, Bormla<\/td><\/tr>
8<\/td>
Papers in Maltese Linguistics, \u0120u\u017ce’ Aquilina, Universita’ Rjali ta’ Malta, 1970<\/td><\/tr>
9<\/td>
‘Richard Taylor – G\u0127eluq il-121 sena minn Twelidu’, \u0120u\u017ce’ Gatt, “Il-Berqa”, 22 u 23 ta’ Mejju 1939.<\/td><\/tr>
10<\/td>
“Il Giurnal Malti” Nru.31, tal-10 ta’ Di\u010bembru 1864 u Nru.32 tal-20 ta’ Di\u010bembru 1846.<\/td><\/tr><\/tbody><\/table><\/figure>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"