{"id":119,"date":"2020-05-11T06:13:02","date_gmt":"2020-05-11T06:13:02","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=119"},"modified":"2020-05-12T13:50:58","modified_gmt":"2020-05-12T13:50:58","slug":"l-istatwa-tal-kuncizzjoni-ta-quddiem-il-knisja-parrokkjali-u-dik-li-kien-hemm-santa-liena","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=119","title":{"rendered":"Statwi fil-Pjazez u Toroq ta&#8217; Bormla &#8211; L-1 Parti"},"content":{"rendered":"\n<h2>L-Istatwa tal-Kun\u010bizzjoni ta &#8216; Quddiem il-Knisja Parrokkjali U dik Li kien hemm Santa Liena<\/h2>\n\n\n\n<p>Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;dan l-artiklu, kif jindika t-titlu, se nitkellmu fuq statwi kbar li nsibu j\u017cejnu t-toroq u l-pjazez ta&#8217; Bormla.&nbsp; Ta&#8217; min jibda biex jg\u0127id li g\u0127andna g\u0127add sabi\u0127 ta&#8217; statwi tassew artisti\u010bi kif se naraw.&nbsp; Hemm o\u0127rajn li ntilfu bil-gwerra, bit-traskura\u0121ni jew ma\u017c-\u017cmien u \u017cgur li meta se nitkellmu dwar dawn l-istatwi li ntilfu, nies ta&#8217; \u010berta eta\u010b se taqbadhom xi ftit tan-nostal\u0121ija billi jiftakruhom fi tfulithom jew \u0127siebhom itir fl-img\u0127oddi meta f&#8217;Bormla kien hawn \u0127ajja o\u0127ra.&nbsp; Bix-xieraq li nibdew bl-istatwi ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni li huma l-akbar fil-g\u0127add.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;din il-kitba se nitratta \u017cew\u0121 statwi kbar tal-Kun\u010bizzjoni mill-erbg\u0127a li kellna; b&#8217;xorti tajba tnejn minnhom g\u0127adhom mag\u0127na fis-sbu\u0127ija tag\u0127hom u d-devozzjoni lejhom.&nbsp; Darba o\u0127ra nitkellmu fuq l-istatwi l-kbar l-o\u0127ra u mbag\u0127ad ng\u0127addu g\u0127an-ni\u010be\u010b, imma kif g\u0127idna nibdew b&#8217;\u017cew\u0121 statwi tal-Patruna spe\u010bjali g\u0127all-Bormli\u017ci,&nbsp;<em>Omm Beltna &#8211; Marija Immakulata!<\/em><\/p>\n\n\n\n<h4>Il-Kun\u010bi\u017c\u017cjoni ta&#8217; Quddiem il-Knisja Parrokjali<\/h4>\n\n\n\n<p>L-aktar statwa li tolqot l-g\u0127ajn hija&nbsp; l-opra tassew sabi\u0127a u tabil\u0127aqq artistika ta&#8217; l-Immakulata Kun\u010bizzjoni li naraw quddiem iz-zuntier tal-knisja parrokkjali.&nbsp; Din tinsab tiddomina l-fet\u0127a ta&#8217; quddiem il-knisja kolle\u0121\u0121jata, in-na\u0127a l-o\u0127ra ta&#8217; Triq il-Pellegrina\u0121\u0121 ta&#8217; l-1944. Qieg\u0127da f&#8217;lok l-aktar imponenti, tikkomplimenta l-istess knisja parrokkjali u fuq l-apside fejn insibu l-monument kolossali u artistiku tal-Pellegrina\u0121\u0121 tad-19.XI.1944 u l-vittmi tal-gwerra.&nbsp; Hekk din l-istatwa eleganti u g\u0127anja fl-esekuzzjoni hija \u010b-\u010bentru ta&#8217; dan kollu.&nbsp; Tinsab kif xieraq fin-nofs!&nbsp; Marija Immakulata li twassalna g\u0127and \u0120esu\u2019, fil-qalba ta\u010b-\u010bentru parrokkjali mhux biss \u0121ewwa s-Santwarju Nazzjonali tag\u0127ha imma wkoll barra!&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Tabil\u0127aqq, dawn il-monumenti u statwi juru fejn t\u0127abbat il-qalb tal-poplu u l-qima kbira lejn Kristu, il-Madonna&nbsp; u l-qaddisin.&nbsp; Din l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni hija kapolavur li \u0127are\u0121 mid-disinn ta&#8217; l-artist prolifiku Bormli\u017c Abram Gatt (1863-1944), devot kbir tal-Madonna, li mhux biss iddisinja kif kellha ti\u0121i l-vara titulari tal-Kun\u010bizzjoni meta nksiet bil-fidda g\u0127all-okka\u017cjoni ta&#8217; l-Inkurunazzjoni fl-1905, imma g\u0127amel ukoll id-disinn ta&#8217; din l-istatwa \u0121awhra li tnaqqxet fl-ir\u0127am \u0121ewwa Carrara, l-Italja.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hija xog\u0127ol ie\u0127or mill-aqwa ta&#8217; dan l-artist li \u0127are\u0121 xbieha ta&#8217; l-Immakulata eleganti u fl-istess waqt hekk umli b&#8217;idejha mag\u0127qudin fit-talb u r-rassenjazzjoni lejn il-Mulej!&nbsp;&nbsp;Artistika minn kull lat u l-patena ta\u017c-\u017cmien kompliet to\u0127ro\u0121 sbu\u0127itha b&#8217;dak il-wi\u010b\u010b tal-\u0121enna!&nbsp; L-anatomija tin\u0127ass mhux biss f&#8217;dan il-wi\u010b\u010b u l-idejn imma wkoll minn ta\u0127t id-drapp li jintelaq f&#8217;panne\u0121\u0121i eleganti u f&#8217;posthom hekk li ma jtellfu xejn, anzi jag\u0127nu din l-istatwa.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/Il-KuncizzjoniTaHdejnIlknisja2.jpg\" alt=\"\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"has-text-align-left\">Il-mant qisu qieg\u0127ed itir \u0127elu, \u0127elu\u00a0 ma\u017c-\u017ciffa fuq in-na\u0127a tal-lemin. Kemm il-pedestall ta&#8217; ta\u0127t l-istatwa kif ukoll il-pedestall g\u0127oli li qieg\u0127da fuqu, imdawwar bix-xog\u0127ol tal-\u0127adid, huma eleganti fis-sempli\u010bita\u010b tag\u0127hom u jkomplu jelevaw din l-istatwa hekk sabi\u0127a u artistika.<\/p>\n\n\n\n<p>Ma&#8217; l-erbat i\u0121nub tal-pedestall l-g\u0127oli hemm skrizzjonijiet bil-Latin fuq skudetti li fihom naqraw,&nbsp;<em>Ego Sum Immaculata &#8211; Jien l-Immakulata,&nbsp;<\/em>bla dnub! Barra dan naqraw li saret biex ir-Rev. Kapitlu, Kleru, u l-poplu jfakkru \u010b-\u010ainkwantinarju mid-Domma tat-tnissil bla tebg\u0127a ta&#8217; Marija Santissima li kienet proklamata fl-1854 mill-Q.T. l-Papa Piju IX, li f&#8217;din is-sena 2000, \u0121ie beatifikat mill-Q.T. l-Papa \u0120wanni Pawlu t-Tieni.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm miktub li d-disinn sar minn Abram Gatt u l-kuratur kien Pawlu Cordina, devot kbir ta&#8217; l-Immakulata, li \u0121abar il-kontribuzzjonijiet biex saret din l-istatwa.&nbsp; Kien \u0127a \u0127sieb ukoll li jordna x-xog\u0127ol u meta tlestiet mar l-Italja biex tin\u0121ieb Malta. (1)&nbsp;&nbsp; Is-Sinjuri Pawlu u \u0127uh Fortunatu Cordina kellhom negozju tal-\u0127elu qrib fejn kienet tpo\u0121\u0121iet din l-istatwa ori\u0121inarjament, ji\u0121ifieri f&#8217;tarf it-tara\u0121 taz-zuntier l-antik fejn kien jibda min-na\u0127a ta&#8217; Triq l-Oratorju. &nbsp;(2)<\/p>\n\n\n\n<h4>L-Inawgurazzjoni<\/h4>\n\n\n\n<p>L-inawgurazzjoni u t-tberik ta&#8217; din l-istatwa grazzju\u017ca kienu saru bil-kbir, nhar l-Ewwel \u0126add ta&#8217; l-Avvent li \u0127abat it-30 ta&#8217; Novembru, 1919, kif jidher minn ritratti antiki li g\u0127adhom je\u017cistu.&nbsp; Fuq it-tara\u0121 taz-zuntier quddiem l-istatwa ntrama palk im\u017cejjen bid-damask, kuruni u girlandi tal-fjuri, li fuqu kien hemm pultruna kbira g\u0127al Mons. Angelo Portelli, Isqof, li kien \u0121ie mistieden biex jinawgura u jbierek din l-istatwa \u0121dida.&nbsp; Mons. Portelli \u0127are\u0121 mill-Kolle\u0121\u0121jata flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru pro\u010bessjonalment g\u0127al fuq il-palk fost folla kbira ta&#8217; nies li mliet l-in\u0127awi, id-daqq tal-qniepen u tal-Banda ta&#8217; Bormla li kellha l-istandardi tag\u0127ha.&nbsp; Kien hemm ukoll bandalori tal-\u0127arir ko\u0127ol bin-<em>Nome di Maria&nbsp;<\/em>fuqhom.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/Il-KuncizzjoniTaHdejnIlknisja3.jpg\" alt=\"L-Inawgurazzjoni ta' l-Istatwa taz-zuntier fl-1919.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Tkanta l-<em>Magnificat&nbsp;<\/em>u l-Isqof Portelli g\u0127amel diskors ta&#8217; l-okka\u017cjoni fejn spjega x&#8217;inhu u xi jfisser dan il-monument fost tif\u0127ir lill-Madonna.&nbsp; Dan id-diskors intlaqa&#8217; b&#8217;applaws kbir u wara tala&#8217; \u017cew\u0121 tar\u0121iet g\u0127al quddiem l-istatwa li kienet mg\u0127ottija bi drapp ik\u0127al li kien imdendel minn kuruna kbira.&nbsp; In-nies kellha g\u0127ajnejha fuq dik l-g\u0127ata&nbsp; u kif l-Isqof Portelli \u0121ibed il-lazz ta&#8217; dak il-velu fe\u0121\u0121et minn ta\u0127tu dik ix-xbieha ta&#8217; Marija Immakulata bis-sbu\u0127ija kollha tag\u0127ha fost i\u010b-\u010bap\u010bip tal-folla!&nbsp; Indaqqet&nbsp;<em>fanfara,&nbsp;<\/em>sar talb imqanqal minn Mons. Portelli u wara nstemg\u0127u g\u0127al darba o\u0127ra l-mota tal-qniepen u d-daqq ta&#8217; l-<em>Ave Maria&nbsp;<\/em>mill-Banda San \u0120or\u0121 ta&#8217; Bormla li l-kumitat tag\u0127ha kien ukoll mistieden qrib il-palk. (3)<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-g\u0127axija saret illuminazzjoni.&nbsp; Kienet inawgurazzjoni memorabbli g\u0127al statwa ta&#8217; barra.&nbsp; \u0126a\u0121a o\u0127ra partikolari hija li din hija statwa ta&#8217; l-ir\u0127am meta \u0121eneralment dawn l-istatwi ta&#8217; barra jkunu tal-\u0121ebel.&nbsp; Dan kollu juri li l-Kun\u010bizzjoni g\u0127all-Bormli\u017ci hija Patruna Spe\u010bjali b&#8217;g\u0127eruq fil-fond.&nbsp; Kienu tqassmu santi ta\u2019 l-okka\u017cjoni bix-xbieha tal-Kun\u010bizzjoni u talbiet.<\/p>\n\n\n\n<h4>L-istatwa titpo\u0121\u0121a fejn qieg\u0127da issa<\/h4>\n\n\n\n<p>Tista&#8217; tg\u0127id li b&#8217;miraklu, flimkien mal-knisja parrokkjali, din l-istatwa \u0127elset mill-qirda tal-bombi matul il-gwerra g\u0127alhekk huwa tassew xieraq il-post fejn qieg\u0127da issa, quddiem l-istess tempju u fuq il-monument li jfakkar il-Pellegrina\u0121\u0121 kolossali li kien sar b&#8217;weg\u0127da bl-istatwa u l-kwadru tal-Kun\u010bizzjoni minn Birkirkara, kif ukoll il-vittmi Bormli\u017ci tal-gwerra.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>L-istess triq issemmiet&nbsp;<em>Triq il-Pellegrina\u0121\u0121 19 ta&#8217; Novembru, 1944.&nbsp;&nbsp;<\/em>Dak il-jum fi qlub il-Bormli\u017ci \u017cgur kien mer\u017cuq dawl biex Bormla tar\u0121a&#8217; tibda tqum mill-\u0121did mill-\u0127erba!&nbsp; Fil-fatt din l-istatwa hekk devota u grazzju\u017ca tpo\u0121\u0121iet fejn narawha llum fl-1957, wara li sar xog\u0127ol tassew estensiv ta&#8217; rikostruzzjoni, twaqqa&#8217; l-bini kollu ta&#8217; quddiem il-knisja parrokkjali u nkixfet il-fa\u010b\u010bata li issa tiddomina, kemm meta t\u0127ares min-na\u0127a ta&#8217; fuq San Pawl, minn Triq ix-Xatt ta&#8217; Bormla kif ukoll minn Pjazza Paolino Vassallo.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;<br><br>Meta saret ir-rikostruzzjoni fl-in\u0127awi tal-knisja parrokkjali li bdiet mill-1953, sar \u0127afna xog\u0127ol min\u0127abba l-festi spe\u010bjali li kellhom isiru fl-1955 fl-g\u0127eluq il-50 sena mill-Inkurunazzjoni u \u010b-\u010aentinarju mid-Domma ta&#8217; l-Immakulata.&nbsp; \u0120ie l-Kardinal Federico Tedeschini biex dawwar ras l-Immakulata fil-Kwadru Titulari bi stillarju li twassal pro\u010bessjonalment f&#8217;idejn ir-Rev. Kan. \u0120u\u017ceppi Cassar, Te\u017corier u Kustodju tal-Kwadru Titulari Inkurunat u mill-Onor. Perit Dom Mintoff Prim Ministru ta&#8217; Malta u President tas-So\u010bjeta\u2019 Filarmonika Cospicuana San \u0120or\u0121.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Kardinal&nbsp; \u017cejjen Ras il-Madonna fis-Santwarju hekk devot bl-istillarju quddiem ba\u0127ar ta&#8217; nies fi Pjazza Santa Margerita!&nbsp; G\u0127al din l-okka\u017cjoni kien tlesta wkoll iz-zuntier u ftit tas-snin wara l-istatwa familjari tal-Kun\u010bizzjoni, li kienet tne\u0127\u0127iet min\u0127abba x-xog\u0127ol, re\u0121g\u0127et tpo\u0121\u0121iet bil-pedestall b&#8217;kollox fejn narawha llum.&nbsp; Lok li g\u0127alkemm \u0127a s-snin biex intg\u0127a\u017cel huwa edifikanti u tassew jixirqilha, quddiem il-knisja kolle\u0121\u0121jata u parrokkjali tal-Belt Cospicua. &nbsp;\u017bgur li din l-istatwa tal- Kun\u010bizzjoni hija wa\u0127da mill-isba\u0127 statwi li nsibu f&#8217;Malta u G\u0127awdex li tinse\u0121 flimkien talb, rassenjazzjoni, umilta\u010b u qdusija.<\/p>\n\n\n\n<p>Fuq wa\u0127da mill-iskudetti nsibu miktub li l-Ar\u010bisqof ta&#8217; Malta Mons. Mauro Caruana O.S.B. jikkon\u010bedi 100 jum indul\u0121enza lil min jg\u0127id Ave Maria quddiem din l-istatwa devota.&nbsp; Fil-fatt \u0127afna \u0127addiema, l-aktar dari, kienu jsellmulha bil-qalb u jg\u0127idu Ave Maria meta jg\u0127addu minn quddiemha, il-bi\u010b\u010ba l-kbira meta jkunu sejrin jew \u0121ejjin mix-xog\u0127ol, x&#8217;aktarx mit-Tarzna.<\/p>\n\n\n\n<h4>L-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni li kien hemm qabilha &#8211;  Ta&#8217; Santa Liena<\/h4>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/Il-KuncizzjoniTaHdejnIlknisja4.jpg\" alt=\"Il-Madonna tal-\u0121ebel li kien hemm fa\u010b\u010bata tal-mina ta' Santa Liena bil-bini m\u0121arraf tal-gwerra. Qabel kienet flok dik li hemm \u0127dejn iz-zuntier tal-knisja.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Qabel saret din l-istatwa ta&#8217; l-ir\u0127am fuq disimm ta Abram Gatt, kien hemm statwa o\u0127ra tal-\u0121ebel li kienet saret fl-1759.&nbsp; L-istatwa ta&#8217; qabel kienet statwa tal-Kun\u010bizzjoni sabi\u0127a wkoll, li meta saret l-istatwa l-\u0121dida po\u0121\u0121ewha fuq pedestall g\u0127oli, t\u0127ares lejn il-mina ta&#8217; Santa Liena li huwa l-Bieb Ewlieni tas-Swar ta&#8217; Bormla.&nbsp; Il-pedestall il-\u0121did tal-\u0121ebel ftit wara ornawh b&#8217;zokklatura ta&#8217; l-ir\u0127am.&nbsp; Meta l-istatwa tlestiet fuq il-pedestall saret \u010berimonja u anke kien hemm l-armar kif juru r-ritratti ta&#8217; l-okka\u017cjoni.<\/p>\n\n\n\n<p>L-inawgurazzjoni saret nhar il-24 ta&#8217; Awissu 1919, wara l-quddiesa kantata.&nbsp; Kien hemm pre\u017centi r-Rev. Kapitlu, il-Kleru u l-poplu.&nbsp; F&#8217;parapett im\u017cejjen bid-damask ta&#8217; dar biswit l-istatwa li kienet mg\u0127ottija, kien hemm Kor tat-tfal tal-kappella tas-Sur Salv Buttigieg.&nbsp; Mad-daqq ta&#8217; l-armonju kantaw il-<em>Magnificat<\/em>&nbsp;flimkien mal-Kleru u l-poplu, l-<em>Ave Maris Stella<\/em>&nbsp;u&nbsp;<em>Antifona tal- Kun\u010bizzjoni<\/em>.&nbsp; Wasal il-waqt mistenni meta l-Ar\u010bipriet, Dun \u0120wann Cauchi, qal l-<em>Oremus<\/em>&nbsp;u inawgura l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni l-antika li issa kienet sabet post \u0121did in-na\u0127a ta&#8217; Santa Liena.&nbsp; Inxte\u0127tu l-karti mill-bjut u n-nies \u010bap\u010bpet u g\u0127ajtet &#8220;Viva l-Immakulata&#8221;.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>L-Ar\u010bipriet imbag\u0127ad bierek l-istatwa u mill-post im\u017cejjen, wara l-kant ta&#8217; l-<em>Ave Maria<\/em>, ir-Rev. Kan. Penitenzier Dun Pawl Caruana, Vigarju Kurat, g\u0127amel diskors mill-isba\u0127 u storiku.&nbsp; Fil-g\u0127axija saret illuminazzjoni f&#8217;dawk l-in\u0127awi. &nbsp; Kitba bit-Taljan, ta\u0127t ritratti li juru din l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni u l-in\u0127awi bit-ti\u017cjin g\u0127all- Inawgurazzjoni tg\u0127id,&nbsp;<em>&#8216;Xbieha antika ta&#8217; l-Immakulata mi\u0121juba mill-post tas-Santwarju fejn kien it-tempju l-antik ta&#8217; Bormla 24.08.19<\/em>.&#8217;<\/p>\n\n\n\n<p>Dan kollu g\u0127en biex id-devozzjoni lejn Marija&nbsp;Immakulata baqg\u0127et dejjem tikber hekk li minbarra \u010b-\u010belebrazzjonijiet u l-armar fil-Festa tal-Kun\u010bizzjoni fit-8 ta&#8217; Di\u010bembru, kienet issir ukoll il-Festa ta&#8217; l-Inkurunazzjoni u kienu jarmaw in-na\u0127a ta&#8217; Santa Liena.&nbsp; L-anzjani jsemmu l-vara ta&#8217; l-Inkurunazzjoni li kienet tiffigura lill-Q.T. l-Papa Piju X jag\u0127ti l-kal\u010bi lill-Kardinal Domenico Ferrata u an\u0121lu jdoqq tromba b\u0127ala t\u0127abbira ta&#8217; l-Inkurunazzjoni.&nbsp; Kienet parti mill-armar li dari kien i\u017cejjen it-toroq ta&#8217; Bormla; b&#8217;xorti \u0127a\u017cina ntilfet ma&#8217; bosta statwi o\u0127ra u armar matul il-gwerra.&nbsp; Tkun idea tajba jekk na\u0127sbu g\u0127al xi vara simili, li tfakkar l-Inkurunazzjoni g\u0127all-ewwel \u010aentinarju minn din il-\u0121rajja kbira fl-2005!<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img src=\"http:\/\/cospicuaparish.org.mt\/images\/photos_articles\/statwiUNicec\/Il-KuncizzjoniTaHdejnIlknisja5.jpg\" alt=\"L-istatwa ta' l-Inkurunazzjoni (xog\u0127ol l-istatwarju \u0120u\u017ceppi Caruana ta' Mar\u010bjol). Din intilfet fil-gwerra ta' l-1940 - 1945.\"\/><\/figure>\n\n\n\n<p>Hija \u0127asra li l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni n-na\u0127a ta&#8217; S. Liena sabet ru\u0127ha qalb it-ti\u0121rif tal-gwerra.&nbsp; Wara l-gwerra kienet g\u0127adha hemm, g\u0127alkemm intlaqtet u kellha \u0127sarat, imma flok irran\u0121awha, meta sar il-bini mill-\u0127did tne\u0127\u0127iet u ntilfet g\u0127al dejjem.&nbsp; Min\u0127abba l-ispazju nkomplu darba o\u0127ra fuq dawn l-istatwi devoti, artisti\u010bi u kif qed naraw, stori\u010bi li jag\u0127tu karattru lit-toroq u l-pjazez tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p>Intemm dan l-artiklu b&#8217;silta mill-kitba ta&#8217; kompaj\u017can tag\u0127na, ukoll devot ta&#8217; l-Immakulata, is-Sur Carmelo Galea Scannura, li wara sar qassis u miet din is-sena.&nbsp; Niftakru fih u f&#8217;Bormli\u017ci o\u0127ra li \u0127allewna.&nbsp; B&#8217;din is-silta tajjeb ukoll li nsellmulu g\u0127ax-xog\u0127ol li g\u0127amel b&#8217;ri\u017cq Bormla.&nbsp; Fil-fatt din il-kitba tieg\u0127u kienet dehret fil-<em>Cospicua,&nbsp;<\/em>li kien id-Direttur ta&#8217; dan il-perjodiku popolari fis-snin \u0127amsin. Kiteb hekk;<\/p>\n\n\n\n<p><em>\u2018 Il-qima lejn il-Gran Ver\u0121ni Marija fil-Parro\u010b\u010ba ta&#8217; Bormla hija qadima daqs kemm qodma l-ewwel nies li \u0121ew jg\u0127ammru \u0121ewwa Bormla meta din kienet g\u0127adha g\u0127oljiet u widien; u ma&#8217; dan kollu kien jinstama&#8217; jidwi u jirbombja l-isem \u0127elu ta&#8217; Marija Omm Alla. Dan tixhdu l-istorja ta&#8217; pajji\u017cna, jixhduh il-knejjes tag\u0127na, jixhduh il-kappelli m\u0121arrfa mal-milja tas-sekli&#8230;Jixhduh l-ismijiet tat-triqat ta&#8217; Beltna, jixhduh ix-xbihat wisq g\u0127e\u017cie\u017c li kienu darba j\u017cejnu l-pjazez tag\u0127na.<\/em><\/p>\n\n\n\n<p><em>Kemm kienet devota l-Madonna ta&#8217; Pjazza Sant&#8217; Elena!&nbsp; Dik ta&#8217; Pjazza Bonnici!&nbsp; Dik ta&#8217; Pjazza Paolino Vassallo u bosta o\u0127rajn li sfaw meqruda fl-a\u0127\u0127ar gwerra; l-istatwi nqerdu, imma l-fidi tag\u0127na baqg\u0127et hemm ferma u s\u0127i\u0127a. U jekk il-fidi tag\u0127na g\u0127adha hemm ferma u s\u0127i\u0127a, dan kollu dovut lejn il-protezzjoni kontinwa li a\u0127na nir\u010bievu&nbsp;<\/em><em>minn<\/em><em>&nbsp;g\u0127and Ommna Marija Santissma. &#8216;&nbsp;<\/em>(5)&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<h4>Referezi<\/h4>\n\n\n\n<p>(1) Emmanuel Fiorentino, &#8220;Il-Kun\u010bizzjoni Ta&#8217; Quddiem Il-Knisja,&#8221;&nbsp;Bormla&nbsp;\u2013&nbsp;Le\u0127en il-Belt ta&#8217; l-Immakulata&nbsp;Vol. 19&nbsp; G\u0127add 227,&nbsp; (Di\u010b`. 1993): p.3.<br>(2) Ibid.<br>(3) Michele Grech Taylor,&nbsp;Storia Ta&#8217; Bormla&nbsp;(Bormla: ms. 1924) pp. 194-197.<br>(4) Ibid. pp. 193, 194.<br>(5) Carmelo Galea Scannura, &#8220;Il-\u0120rajja Ta&#8217; l-Inkurunazzjoni (1),&#8221; il-Cospicua&nbsp;G\u0127add 2, (Aw. 1954) p. 3.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Istatwa tal-Kun\u010bizzjoni ta &#8216; Quddiem il-Knisja Parrokkjali U dik Li kien hemm Santa Liena Kitba ta&#8217; Sunny Aquilina F&#8217;dan l-artiklu, kif jindika t-titlu, se nitkellmu fuq statwi kbar li nsibu j\u017cejnu t-toroq u l-pjazez ta&#8217; Bormla.&nbsp; Ta&#8217; min jibda biex jg\u0127id li g\u0127andna g\u0127add sabi\u0127 ta&#8217; statwi tassew artisti\u010bi kif se naraw.&nbsp; Hemm o\u0127rajn li ntilfu bil-gwerra, bit-traskura\u0121ni jew ma\u017c-\u017cmien u \u017cgur li meta se &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=119\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Statwi fil-Pjazez u Toroq ta&#8217; Bormla &#8211; L-1 Parti<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[5],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/119"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=119"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/119\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=119"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=119"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=119"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}