{"id":114,"date":"2020-05-10T14:08:09","date_gmt":"2020-05-10T14:08:09","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=114"},"modified":"2020-05-10T14:08:09","modified_gmt":"2020-05-10T14:08:09","slug":"dun-gorg-u-l-kwadru-ta-l-immakulata-ta-bormla","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=114","title":{"rendered":"Dun \u0120or\u0121 U l-Kwadru ta\u2019 l-Immakulata Ta\u2019 Bormla"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba tar-Rev. Kan Joseph Bonello<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-\u0127ajja ta\u2019&nbsp;<strong>Dun \u0120or\u0121<\/strong>, il-Madonna kellha post spe\u010bjali. Ma kien jg\u0127ejja qatt jirrakkomanda devozzjoni kbira lejha. Sa minn \u017cg\u0127o\u017citu kellu m\u0127abba enormi lejn il-Madonna, b\u2019mod spe\u010bjali lejn \u201cIl-Kon\u010bepiment Immakulat\u201d. Ta\u2019 spiss kien i\u0127obb jitlob hekk:&nbsp;<strong>\u201cAlla Missier, nirringrazzjawk g\u0127al kull ma Inti g\u0127amilt ma\u2019 Marija, spe\u010bjalment fil-Kon\u010bezzjoni Immakulata tag\u0127ha\u201d<\/strong>.<\/p>\n\n\n\n<p>Kull meta kien ji\u0121i Bormla, kwa\u017ci dejjem kien jg\u0127addi fis-Santwarju Kospikwan biex jag\u0127mel vi\u017cta lill-Madonna. Kien devot \u0127afna ta\u2019 l-Immakulata tal-kwadru tal-kor, tant li ordna li fid-djar tal-M.U.S.E.U.M. g\u0127andu jkun espost fil-kappella ta\u2019 kull Qasam dan il-kwadru tant sabi\u0127 tal-Madonna. Ried ukoll li quddiem ix-xbieha ta\u2019 dan il-kwadru f\u2019kull dar tal-M.U.S.E.U.M. g\u0127andu fis-7, 17 u 27 ta\u2019 kull xahar tas-sena ting\u0127ad it-talba tant sabi\u0127a&nbsp;<em>VESTIS HONORIS<\/em>.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Il-\u0126amrun u Bormla<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Il-\u0126amrun u Bormla huma \u017cew\u0121 postijiet ta\u2019 tifkira qaddisa g\u0127all-M.U.S.E.U.M. u g\u0127al Dun \u0120or\u0121. L-ewwel erba\u2019 djar tal-M.U.S.E.U.M. kienu fil-\u0126amrun, imma wara l-\u0126amrun, l-ewwel dar uffi\u010bjali tal-M.U.S.E.U.M. kienet f\u2019Bormla; minbarra li dan il-Qasam hu tal-bidu nett, dan hu l-ewwel Qasam li jaf il-bidu tieg\u0127u lil&nbsp;<strong>Ew\u0121enju Borg<\/strong>, l-ewwel Superjur \u0120enerali tas-So\u010bjeta` tal-M.U.S.E.U.M.<\/p>\n\n\n\n<p>Ew\u0121enju Borg kien \u0127addiem fit-Tarzna, li wara li jispi\u010b\u010ba mix-xog\u0127ol fil-5.00p.m. kien imur f\u2019xi klabb jew \u0127anut fejn kien ikun hemm \u0127afna r\u0121iel u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127: hekk da\u0127al f\u2019\u0127afna familjarita` man-nies ta\u2019 Bormla, u nkora\u0121\u0121it minn Dun \u0120or\u0121 idde\u010bieda li jifta\u0127 il-Qasam ta\u2019 Bormla. Dan kien fi Frar ta\u2019 l-1908.<\/p>\n\n\n\n<p>L-ewwel Superjur tal-lokal kien&nbsp;<strong>\u0120i\u0121i Vidal<\/strong>. Jiena niftakru l-M.U.S.E.U.M. fi&nbsp;<strong>Triq Nelson<\/strong>&nbsp;fejn dam \u0127afna snin: mill-ewwel il-M.U.S.E.U.M. f\u2019Bormla g\u0127amel progress sewwa, tant li \u0127afna so\u010bji minn Bormla \u0121ew inkora\u0121\u0121iti biex jift\u0127u Oqsma o\u0127ra fin-Naxxar, i\u017c-\u017bejtun, il-Kalkara, u o\u0127rajn kienu jmorru jg\u0127inu fit-tag\u0127lim \u0126al Tarxien, Ra\u0127al \u0120did, il-Gudja u postijiet o\u0127ra. G\u0127all-\u0127abta ta\u2019 l-1930 kien hemm f\u2019Bormla 24 so\u010bju. Fl-1939 meta jiena kont g\u0127adni mal-<strong>Mag\u0127\u017culin<\/strong>&nbsp;il-membri kienu 50.<\/p>\n\n\n\n<p>Ta\u2019 min jg\u0127id ukoll li kif Ew\u0121enju Borg ta bidu g\u0127all-M.U.S.E.U.M. f\u2019Bormla, hekk ukoll kienet&nbsp;<strong>\u0120annina Cutajar<\/strong>&nbsp;(l-ewwel Superjura \u0120enerali tal-bniet) li fet\u0127et l-ewwel dar f\u2019Bormla. Inzerta li anke g\u0127all-bniet it-tieni Qasam hu dak ta\u2019 Bormla. L-ewwel Superjura tal-lokal kienet&nbsp;<strong>Kon\u010betta Borg<\/strong>. G\u0127alhekk Dun \u0120or\u0121 kien ji\u0121i kemm-il darba Bormla biex jara x\u2019inhu jsir u biex jag\u0127mel kura\u0121\u0121 lil dawk il-membri \u0121odda Bormli\u017ci.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Il-Kwadru Santwarju ta\u2019 Bormla<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>L-idea ta\u2019 dan il-kwadru devot ta\u2019 Marija Immakulata, kienet tar-Rev.du Kan. Ludoviku Mifsud Tommasi, Teologu mag\u0127ruf, poeta Malti mill-aqwa, u Bormli\u017c devot kbir tal-Madonna. Il-pittur&nbsp;<strong>Pietru Pawl Caruana<\/strong>&nbsp;rnexxielu jo\u0127loq mill-kapolavuri l-aktar artisti\u010bi li l-Arti Maltija qatt setg\u0127et tipprodu\u010bi f\u2019dawk li huma su\u0121\u0121etti reli\u0121ju\u017ci.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-pittur Caruana, f\u2019dan il-kwadru devot, \u0121abar b\u2019su\u010b\u010bess kbir \u2013 dejjem fuq is-su\u0121\u0121erimenti tas-sa\u010berdot Mifsud Tommasi \u2013 il-privile\u0121\u0121i kollha tal-Madonna skond it-tag\u0127lim tad-duttrina Kattolika. Bir-ra\u0121un g\u0127alhekk li din il-pittura jist\u0127oqqilha tabil\u0127aqq it-titlu ta\u2019&nbsp;<strong>Pittura Teolo\u0121ika tal-Madonna<\/strong>.<\/p>\n\n\n\n<p>Dun \u0120or\u0121 kien devotissimu ta\u2019 dan il-kwadru santwarju: tant li meta kien ji\u0121i Bormla kwa\u017ci dejjem kien jg\u0127addi fil-knisja parrokkjali u wara li jinvi\u017cta lil \u0120esu` Sagramentat kien jid\u0127ol fil-kor biex isellem lil Marija quddiem ix-xbieha sabi\u0127a tag\u0127ha li hemm wara l-artal ma\u0121\u0121ur: kien idum \u017cmien twil jitlob b\u2019devozzjoni kbira, u meta kien imur fil-Qasam tal-M.U.S.E.U.M., lis-so\u010bji kien jg\u0127idilhom kemm huwa devot u mirakolu\u017c dan il-kwadru ta\u2019 l-Immakulata.<\/p>\n\n\n\n<p>Dun \u0120or\u0121 kien \u0127abib \u0127afna tal-Kanonku Bugelli, sa\u010berdot Bormli\u017c ta\u2019 l-affari tieg\u0127u. Darba fost l-o\u0127rajn waqt li kien fil-knisja ta\u2019 Bormla jinvi\u017cta lill-Madonna, resaq lejh dan il-Kanonku Bugelli, li Dun \u0120or\u0121 tant kien i\u0127obb u bdew jitg\u0127annqu mimlija bl-im\u0127abba t\u2019Alla u tal-Ver\u0121ni Marija u Dun \u0120or\u0121 stqarr mieg\u0127u kemm huwa devot dan il-kwadru. Qallu lill-Kanonku Bugelli: \u201cQatt ma nixba\u2019 nitlob quddiemu\u201d. Bir-ra\u0121un li Dun \u0120or\u0121 ordna li xbieha ta\u2019 dan il-kwadru g\u0127andha tkun esposta f\u2019kull dar tal-M.U.S.E.U.M. fil-kappella f\u2019post prominenti.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Il-<em>Vestis Honoris<\/em><\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127al dawk li qatt ma kienu fis-So\u010bjeta` tal-M.U.S.E.U.M., il-kelmiet&nbsp;<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>ma jfissru xejn. G\u0127all-kuntrarju, dawk li xi darba messew mas-So\u010bjeta` ta\u2019 Dun \u0120or\u0121 jafu kif dan il-kant sabi\u0127 ta\u2019&nbsp;<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>jitkanta b\u2019devozzjoni kbira kull 7, 17 u 27 tax-xahar tas-sena.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan il-kant ta\u2019&nbsp;<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>(Libsa ta\u2019 \u0120ie\u0127) huwa spe\u010bi ta\u2019 litanija lill-Madonna, li fiha Dun \u0120or\u0121 jinse\u0121 tif\u0127ir lill-Immakulata. Dun \u0120or\u0121 sawwar kuruna ta\u2019 tif\u0127ir lil Marija billi sej\u0127ilha&nbsp;<em>Domina&nbsp;<\/em>(Sinjura, Sidt) tal-\u0127lejjaq kollha.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Kif \u0121ietu l-idea Dun \u0120or\u0121 biex nise\u0121 dan il-kant sabi\u0127 ta\u2019 din il-litanija \u0121dida?<\/strong>&nbsp;Dun \u0120or\u0121 ikkompona l-<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>qrib is-sena 1924 u l-idea g\u0127al din il-litanija \u0121ietu waqt li kien jinvi\u017cta l-kwadru tal-kor ta\u2019 Bormla. Jing\u0127ad li darba osservawh li dam i\u0127ares g\u0127al \u017cmien twil lejn ix-xbieha nkurunata u meta xi so\u010bji sabuh u qalulu li kul\u0127add kien qed jistennih biex jibda l-laqg\u0127a, we\u0121ibhom li waqt li kien i\u0127ares u jitlob quddiem il-kwadru \u0121ietu l-idea biex jikteb din il-litanija tant sabi\u0127a, biex jg\u0127allimha lis-so\u010bji tieg\u0127u \u0127alli jkantawha quddiem xbieha b\u0127al dik tal-Madonna. Difatti f\u2019kull Qasam tal-M.U.S.E.U.M. g\u0127andek issib kwadru mdaqqas ta\u2019 Marija Immakulata kif pittirha l-mag\u0127ruf artist Pietru Pawl Caruana.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan il-kantiku ta\u2019&nbsp;<em>Vestis Honoris<\/em>&nbsp;inizjalment immu\u017cikah&nbsp;<strong>Toussaint Briffa<\/strong>, Superjur tal-M.U.S.E.U.M. ta\u2019 l-Isla imma wara re\u0121a\u2019 \u0121ie mu\u017cikat u adattat g\u0127all-vu\u010bijiet minn&nbsp;<strong>Maestro Fr. Albert Borg O.S.A.<\/strong>, g\u0127all-akkademja li saret fl-ewwel anniversarju mill-mewt ta\u2019 Dun \u0120or\u0121.<\/p>\n\n\n\n<p>Id-devozzjoni spe\u010bjali ta\u2019 Dun \u0120or\u0121 lejn l-Immakulata tidher \u010bar f\u2019din il-litanija ta\u2019&nbsp;<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>li tispi\u010b\u010ba bil-kant ta\u2019&nbsp;<em>Salve Filia Patris<\/em>&nbsp;li s-so\u010bji kull nhar ta\u2019 Sibt ikantaw quddiem ix-xbieha ta\u2019 Marija.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Riferenzi:<\/strong><\/p>\n\n\n\n<ol type=\"1\"><li>Dun \u0120or\u0121 1880 \u2013 1966<\/li><li>Dun \u0120or\u0121 Preca Vol. I, Alexander Bonnici<\/li><li>Disg\u0127in Sena ta\u2019 \u0126idma Museumina f\u2019Bormla, Jos. Grima<\/li><li>Il-Madonna tal-Kun\u010bizzjoni u Dun \u0120or\u0121, \u0120anni Saliba<\/li><li>Il-<em>Vestis Honoris&nbsp;<\/em>u Dun \u0120or\u0121, John Formosa<\/li><\/ol>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba tar-Rev. Kan Joseph Bonello Fil-\u0127ajja ta\u2019&nbsp;Dun \u0120or\u0121, il-Madonna kellha post spe\u010bjali. Ma kien jg\u0127ejja qatt jirrakkomanda devozzjoni kbira lejha. Sa minn \u017cg\u0127o\u017citu kellu m\u0127abba enormi lejn il-Madonna, b\u2019mod spe\u010bjali lejn \u201cIl-Kon\u010bepiment Immakulat\u201d. Ta\u2019 spiss kien i\u0127obb jitlob hekk:&nbsp;\u201cAlla Missier, nirringrazzjawk g\u0127al kull ma Inti g\u0127amilt ma\u2019 Marija, spe\u010bjalment fil-Kon\u010bezzjoni Immakulata tag\u0127ha\u201d. Kull meta kien ji\u0121i Bormla, kwa\u017ci dejjem kien jg\u0127addi fis-Santwarju Kospikwan biex jag\u0127mel &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=114\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">Dun \u0120or\u0121 U l-Kwadru ta\u2019 l-Immakulata Ta\u2019 Bormla<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[5],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/114"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=114"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/114\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=114"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=114"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=114"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}