{"id":113,"date":"2020-05-10T13:38:42","date_gmt":"2020-05-10T13:38:42","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=113"},"modified":"2020-05-10T13:38:42","modified_gmt":"2020-05-10T13:38:42","slug":"pietru-pawl-castagna-1827-1907","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=113","title":{"rendered":"Pietru Pawl Castagna (1827 – 1907)"},"content":{"rendered":"\n
Kitba ta’ Mario Attard<\/p>\n\n\n\n
Nhar is-16 ta\u2019 \u0120unju 1827 Antonio u martu Carmela (kunjomha ta\u2019 xebba kien Gonzi) kellhom iben u semmewh Pietru Pawl. Kiber u trabba mdawwar bis-swar li jdawru lil Bormla. Dan il-fatt da\u0127al fil-qalb u l-\u0127sieb ta\u2019 dan it-tfajjel u rawwem fih ftit ftit l-im\u0127abba g\u0127all-istorja ta\u2019 Malta. Din l-im\u0127abba kibret mieg\u0127u u tul is-snin tat il-frott.<\/p>\n\n\n\n
Studja fil-Li\u010beo tal-Belt Valletta u da\u0127al ja\u0127dem mal-Gvern b\u0127ala g\u0127alliem fl-iskejjel elementari. Minn Assistant f\u2019dawn l-iskejjel la\u0127aq surmast fl-iskola ta\u2019 Bormla. Wara sar Direttur ta\u2019 l-Edukazzjoni Elementari.<\/p>\n\n\n\n
Pietru Pawl Castagna waqqaf g\u0127aqda storika fejn b\u2019ri\u0127itha kien jag\u0127ti lectures<\/em> fuq l-istorja ta\u2019 Malta, kien jorganizza \u0127ar\u0121iet kulturali u jag\u0127mel \u0127afna ri\u010berki stori\u010bi. Barra minn hekk, Castagna kien i\u0127obb \u0127afna jni\u017c\u017cel in-noti fuq kulma kien iqisu ta\u2019 interess. Iktar tard, il-Prin\u010bep Albert kien \u0127ajru jistampa t-tag\u0127rif storiku kollu tieg\u0127u fi ktieb. Lil dan is-su\u0121\u0121eriment Castagna laqg\u0127u u i\u017cjed tard wettqu.<\/p>\n\n\n\n
B\u0127ala Malti li j\u0127obb lil pajji\u017cu u iktar u iktar imbag\u0127ad b\u0127ala g\u0127alliem, Pietru Pawl Castagna kellu konvinzjoni li l-Maltin g\u0127andhom jitg\u0127allmu l-lingwa u l-istorja tag\u0127hom. Dan l-interess u din id-determinazzjoni tieg\u0127u seta\u2019 japplikahom b\u2019i\u017cjed poter meta la\u0127aq Direttur ta\u2019 l-Edukazzjoni Elementari.<\/p>\n\n\n\n
I\u017c-\u017cmien wera kemm Castagna kellu ra\u0121un jemmen li l-ilsien Malti huwa g\u0127odda e\u010b\u010bellenti biex permezz tag\u0127ha l-Maltin jitg\u0127allmu \u0121rajjiet art twelidhom.
Dan jistqarru pubblikament Castagna nnifsu nhar il-5 ta\u2019 Ottubru 1861 fil-\u0121urnal \u201cVessillo Maltese\u201d (ji\u0121ifieri Il-Bandiera Maltija). Naraw hawnhekk traduzzjoni Maltija tal-ver\u017cjoni ori\u0121inali bit-Taljan:<\/p>\n\n\n\n
\u201cIssa li, bir-ra\u0121un kollu, bdiet il-perswa\u017cjoni dwar il-b\u017conn ta\u2019 l-idjoma popolari b\u0127ala mezz ta\u2019 edukazzjoni g\u0127all-poplu; issa li \u0127idmiet \u0121odda f\u2019dan il-qasam qed ikunu milqug\u0127a bi pja\u010bir mill-pubbliku, xejn ma huwa iktar b\u017connju\u017c u istruttiv <\/em><\/strong>minn<\/em><\/strong> \u0121rajja tal-pajji\u017c miktuba bl-istess lingwa li biha huma miktuba \u0127idmiet o\u0127ra moqrija b\u2019\u0127ila mill-poplu tag\u0127na. L-ewwel ktieb \u0121ewwa librerija g\u0127andu jkun bla dubju dak ta\u2019 l-istorja; liema ktieb ikun miktub bl-ilsien tal-poplu. Il-\u0121rajja ta\u2019 pajji\u017c, jekk inhuwa ta\u2019 kur\u017cita\u2019 g\u0127all-barrani, hija ta\u2019 b\u017conn u g\u0127arfien g\u0127all-indi\u0121enu, u l-fatt li hija miktuba b\u2019ilsienu jista\u2019 jaqraha bosta drabi qalb min-nies u li ma jafux…<\/em><\/strong>\u201d<\/p>\n\n\n\n
L-istoriku Bormli\u017c kiteb dan l-avvi\u017c lill-poplu Malti sabiex jaqsam mieg\u0127u l-fehma li kellu li jo\u0127ro\u0121 dik li kellha tkun l-ewwel storja ta\u2019 Malta bil-Malti. Fl-istess waqt, b\u2019dan l-avvi\u017c g\u0127amel talba lill-imse\u0127bin g\u0127al dan il-ktieb.<\/p>\n\n\n\n
Sena wara li sar dan l-appell, fl-1862, \u0120an Anton Vassallo \u0127are\u0121 storja ta\u2019 Malta bil-Malti. Fir-realta\u2019 i\u017cda ma kienx xog\u0127ol ori\u0121inali bil-Malti i\u017cda ver\u017cjoni mqassra u maqluba bil-Malti mill-ori\u0121inal bit-Taljan li Dr. Vassallo stess \u0127are\u0121 fl-1854 mill-istamperija ta\u2019 l-A\u0127wa Bonello bl-isem Storia di Malta raccontata in Compendio<\/strong>. G\u0127all-kuntrarju, Castagna kiteb l-istorja tieg\u0127u ta\u2019 Malta ori\u0121inarjament b\u2019mod dettaljat b\u2019ilsien il-poplu Malti.  <\/p>\n\n\n\n
Meta mbag\u0127ad kiteb id-da\u0127la tal-ktieb tieg\u0127u, Castagna stqarr: Illum, li quasi colhat jaf jakra bil malti, ghaib ghalih min ma ghandux lis-storia ta pajisu mictuba bil lingua li jitkellem, dan u l\u2019ewwel ktiebli wihed imissu icollu fil libreria tieg\u0127u…<\/em><\/strong> Imbag\u0127ad jistqarr ukoll li kien sejjer iqassmu fi tliet partijiet: (i) kelmtejn fuq l-art Maltija u l-prodotti li tag\u0127ti, (ii) dak li g\u0127adda minn Malta sa mill-ewwel nies, u (iii) qwiel u \u0127wejje\u0121 o\u0127ra ta\u2019 interess.<\/p>\n\n\n\n
L- Ewwel Storja Ta\u2019 Malta Bil-Malti<\/h5>\n\n\n\n
Pietru Pawl Castagna \u0127are\u0121 l-ewwel edizzjoni ta\u2019 l-istorja ta\u2019 Malta fl-1865 f\u2019\u017cew\u0121 volumi bl-isem ta\u2019 Malta<\/strong> bil Ghzejjer Tahha u li Ghadda min Ghaliha<\/strong>. It-tieni edizzjoni stampaha fl-istamperija C. Busuttil ta\u2019 133, Strada Forni, Valletta bejn is-snin 1888-1890, din id-darba b\u2019isem ie\u0127or, Lis Storja ta Malta bil Gzejer Tahha<\/strong>.<\/p>\n\n\n\n
Victor Fenech f\u2019Il-Ktieb Malti (pa\u0121na 112) iqis lill-ktieb ta\u2019 Castagna b\u0127ala en\u010biklopedija fuq Malta g\u0127aliex jippre\u017centa \u0127afna tag\u0127rif f\u2019varjazzjoni ta\u2019 oqsma. Jista\u2019 ji\u017cdied ukoll li Castagna b\u2019dan ix-xog\u0127ol storiku tieg\u0127u ppre\u017centa tifsila g\u0127all-kittieba li kellhom ji\u0121u warajh. Hekk g\u0127amlu G. Faure\u2019 bejn is-snin 1913-16 bl-erba\u2019 volumi tieg\u0127u Li Storja ta\u2019 Malta u G\u0127awdex kif ukoll Tankredi Borg u Vincenzo Busuttil bejn is-snin 1921-32 bid-Dizzjunarju Enciclopedicu f\u2019disa\u2019 volumi. \u0120u\u017ce\u2019 Cassar Pullicino jg\u0127idilna f\u2019Kitbiet O\u0127ra tas-Seklu Dsatax (p.50) li fuq din il-metodolo\u0121ija l-kittieba Maltin baqg\u0127u jibnu xog\u0127olhom sas-Seklu G\u0127oxrin.<\/p>\n\n\n\n
Bil-ktieb tal-\u0121rajja ta\u2019 Malta fil-vernakular, Cassar Pullicino jqabbel lil Castagna ma\u2019 G.F Abela  u G.A. Ciantar. Pietru Pawl Castagna  g\u0127amel bil-lingwa Maltija dak li kien g\u0127amel \u0120an Fran\u0121isk Abela bit-Taljan fl-1674 bil-ktieb storiku Della Descrittione di Malta con le sue antichita\u2019 et altre notitiae<\/strong>. <\/p>\n\n\n\n
\u017bew\u0121 avvenimenti stori\u010bi se\u0127\u0127ew f\u2019Malta fis-snin qabel il-\u0127ru\u0121 ta\u2019 l-istorja ta\u2019 Castagna. Fl-1839 g\u0127addiet il-Li\u0121i ta\u2019 l-Istampa li rat il-\u0127olqien ta\u2019 l-ewwel \u0121urnali bil-Malti. Fl-istess waqt fis-snin li \u0121ew wara Malta rat lill-iskejjel joktru u l-qari tal-Malti fihom dejjem ji\u017cdied. Avveniment ie\u0127or u li kellu importanza kbira biex il-Maltin bdew i\u0127obbu u japprezzaw bis-serjeta\u2019 lil pajji\u017chom, kien l-ilqug\u0127 f\u2019pajji\u017cna ta\u2019 l-e\u017ciljati politi\u010bi Taljani fil-\u0121lieda tag\u0127hom g\u0127all-g\u0127aqda ta\u2019 l-Italja f\u2019pajji\u017c wie\u0127ed (\u0127olma li saret realta\u2019 fl-1870). Il-pre\u017cenza ta\u2019 dawn l-e\u017culi kif ukoll il-\u0127idma patrijottika g\u0127al art twelidhom issarrfet f\u2019patrijotti\u017cmu fost il-Maltin g\u0127al Malta, art twelidhom. Dik l-epoka kienet ta\u2019 stimulu kbir g\u0127al P.P.Castagna biex ikomplu jixg\u0127el dak il-patrijotti\u017cmu bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127arfien ta\u2019 l-ilsien nazzjonali Malti fost il-Maltin. <\/p>\n\n\n\n
Fit-tieni volum ta\u2019 l-Istorja ta\u2019 Malta li ppre\u017centa, lil Castagna nsibuh jag\u0127mel referenza g\u0127al Bormla b\u2019rabta ma\u2019 l-ewwel festa nazzjonali fl-1891. Referenza o\u0127ra li jag\u0127mel g\u0127al Bormla hija marbuta ma\u2019 dak li se\u0127\u0127 f\u2019Bormla stess fl-okka\u017cjoni ta\u2019 l-Arblu ta\u2019 Mejju (ara pa\u0121na 6 tan-noti). Dan kien sar fid-19 ta\u2019 Mejju 1814 u se\u0127\u0127 wara li kienet \u0121riet l-a\u0127bar tal-pa\u010bi wara l-iffirmar tat-Trattat ta\u2019 Pari\u0121i. F\u2019pa\u0121na 425 tat-tieni volum tieg\u0127u, Castagna jag\u0127ti tag\u0127rif dwar l-istorbju kbir li kien inqala\u2019 u li \u0127alla 33 ru\u0127 mejta. <\/p>\n\n\n\n
Tajjeb in\u017cid illi fl-1985 id-dar Maltija tal-kotba Midsea Books, bdiet to\u0127ro\u0121 serje ta\u2019 facsimile editions<\/em>. B\u2019kollox \u0127ar\u0121u g\u0127axar kotba stori\u010bi antiki, fosthom it-tieni edizzjoni ta\u2019 Castagna fejn fit-tieni volum hemm inklu\u017c ukoll it-tielet ktieb.<\/p>\n\n\n\n
Castagna U L-Palk Malti<\/h5>\n\n\n\n
Huwa minnu li Pietru Pawl Castagna huwa mi\u017cmum b\u0127ala pijunier ta\u2019 l-istorja ta\u2019 Malta miktuba b\u2019ilsien il-poplu. B\u2019danakollu, Castagna fittex li jkompli jqajjem u jkattar l-im\u0127abba g\u0127all-ilsien Malti b\u2019medium<\/em> ie\u0127or  –  il-palk!
\u0120u\u017ce\u2019 Gatt f\u2019 \u2018Il-Berqa\u201d tad-9 ta\u2019 Novembru 1937 jkteb li Castagna kellu xewqa kbira li l-palk Malti jirnexxi u jkompli javvanza. Sehmu tah: kien jag\u0127mel \u0127iltu sabiex id-dilettanti tal-palk Malti jsiru jafu jirre\u010btaw tajjeb b\u0127all-atturi barranin.<\/p>\n\n\n\n
Gatt jikteb ukoll li Castagna kien l-ewwel wie\u0127ed li kiteb bil-Malti rr-regoli tal-palk f\u2019Malta. Dawn l-ikkunsidrati kodi\u010bi tal-Palk Malti kien stampahom b\u0127ala \u017cieda mal-farsa Ba\u017clakku fit-Ta\u0127bil tal-Makna<\/strong>.<\/p>\n\n\n\n
Bil-kontribut li ta lill-palk Malti, P.P.Castagna ng\u0127aqad ma\u2019 Wi\u0121i Rosato, Rikkardu Taylor u Mons. Ludovik Mifsud Tommasi, l-erbg\u0127a li huma Bormli\u017ci. Dawn ilkoll taw kontribut siewi lil-Letteratura Maltija. Barra minn hekk, Castagna u Rosato t-tnejn kellhom rabta mill-qrib mal-Birgu.<\/p>\n\n\n\n
Kien \u017cmien li fih il-palk Malti kien biex ing\u0127id hekk l-iktar divertiment imfittex u g\u0127alhekk kien effettiv \u0127afna. Dan ifisser li g\u0127al Castagna, il-palk kien l-a\u0127jar mezz ta\u2019 edukazzjoni tal-massa.<\/p>\n\n\n\n
Pietru Pawl Castagna kien id-direttur ta\u2019 La Compagnia Filodrammatica \u2018Vittoriosa\u2019. Huwa  kien il-mo\u0127\u0127 wara din l-g\u0127aqda ta\u2019 dilettanti tal-palk. Kien jikteb drammi proprju g\u0127all-istess kumpannija biex ittellag\u0127hom fuq il-palk. B\u2019e\u017cempju, din il-kumpannija bejn l-1856 – 59 \u0127admet farsa u kummiedja tad-direttur tag\u0127ha.
Fares jew kummiedja li kiteb Castagna huma:
L-A\u0127\u0127ar tas-Sena…<\/strong> farsa li n\u0127ademt fit-30 ta\u2019 Di\u010bembru 1856
Il-Kongress tas-Sefturi<\/strong> – kummiedja li hija ver\u017cjoni Maltija addattata mit-Taljan f\u2019ambjent ta\u2019 Malta fl-1800. Din kienet in\u0127admet fit-30 ta\u2019 Di\u010bembru 1859.
Ba\u017clakku fit-Ta\u0127bila tal-Magna<\/strong> – skerz komiku u
It-Tliet G\u0127omi Vagabondi \u0126allelin<\/strong>. L-azzjoni ta\u2019 din il-\u0127idma g\u0127all-palk isse\u0127\u0127 fil-Belt Valletta fi tliet atti. L-ewwel parti nsibuha sse\u0127\u0127 fil-Barrakka ta\u2019 Fuq fis-sitta ta\u2019 fil-g\u0127odu. It-tieni parti sse\u0127\u0127 fil-\u0127dax ta\u2019 fil-g\u0127odu f\u2019kamra fejn Porta Reale u t-tielet parti \u0121ewwa d-dar tal-=baruni Flavio fit-tlieta ta\u2019 wara nofs in-nhar.
Minnhom kollha, l-ewwel tnejn kienu l-aktar popolari.<\/p>\n\n\n\n
Kif jidher, il-komi\u010bita\u2019 kienet il-\u0121eneru teatrali familjari ma\u2019 P.P.Castagna. F\u2019dan l-istil kien isib l-a\u0127jar g\u0127odda biex iperre\u010b in-nuqqasijiet li kienu je\u017cistu fis-so\u010bjeta\u2019 ta\u2019 \u017cmienu. F\u2019dawn id-drammi komi\u010bi tieg\u0127u nsibuh ju\u017ca ta\u0127dit bl-Ingli\u017c, bit-Taljan u bil-Malti  –  naturalment ried jiddistingwi l-klassijiet so\u010bjali. Minkejja dan il-lingwa\u0121\u0121 kien wie\u0127ed sempli\u010bi kemm jista\u2019 jkun, l-aktar meta ju\u017ca g\u0127ajdut popolari.<\/p>\n\n\n\n
P.P.Castagna B\u0127ala Folklorista<\/h5>\n\n\n\n
\u0120u\u017ce\u2019 Cassar Pullicino fis-seba\u2019 ktieb ta\u2019  Il-Bennejja tal-Folklore Malti<\/strong> jqieg\u0127ed lil Castagna ma\u2019 l-ismijiet tal-pijunieri tal-folklor Malti. Dak li wasal lil Cassar Pullicino jqis lill-kittieb Bormli\u017c b\u2019folklorista kien it-tqassim li bih ippre\u017centa l-istorja ta\u2019 Malta.
Castagna jag\u0127tina le\u0121\u0121endi, kif kienu jiddevertu l-Maltin, u\u017canzi b\u0127all-qu\u010b\u010bija u l-\u0127\u0121ejje\u0121 ta\u2019 San \u0120wann u 625 qawl, superstizzjonijiet b\u0127al ilsien San Pawl, il-Wa\u0127x u l-Gawgaw…sa anke tag\u0127rif dwar l-Im\u0127allef tal-Be\u017cqa.<\/p>\n\n\n\n
Bir-ra\u0121un g\u0127alhekk \u0120u\u017ce\u2019 Cassar Pullicino jikteb f\u2019pa\u0121na 37 tal-ktieb imsemmi \u2018l fuq li \u201cfuq kollox, Castagna g\u0127andu \u2018l mertu li kiteb fuq id-drawwiet bil-Malti u sal-lum g\u0127adek tiltaqa\u2019 ma\u2019 nies li kulma jafu dwar il-qedem u d-drawwiet ta\u2019 missirijiethom tg\u0127allmuh g\u0127ax qrawh fl-istorja tieg\u0127u…\u201d<\/p>\n\n\n\n
Bormla Fl-Istorja Ta\u2019 Malta Ta\u2019 Castagna<\/h5>\n\n\n\n
Castagna ma jonqosx milli jirrferi g\u0127al belt twelidu. Il-qofol ta\u2019 din ir-referenza tinsab fl-ewwel volum ta\u2019 Malta<\/strong> bil Ghzejer Tahha u li Ghadda Min Ghaliha<\/strong>, fil-pa\u0121ni 101 sa 110.
Bormla hija \u201cl-art li minn fuqha kienu jg\u0127addu ll-widien, antikament kienet kollha si\u0121ar u raba\u2019 bla ma\u0127dum\u201d. Il-qala tag\u0127ha serqet il-\u0127arsa u l-qalb tas-sajjieda u l-barklori \u201cli dejjem g\u0127a\u017clu xtut qrib l-ibliet, bdew iressqu u ji\u0121bdu l-ferilli u d-dg\u0127ajjes tag\u0127hom fil-menqa, li sej\u0127u madra\u0121\u0121…bdew ipo\u0121\u0121u lejn din-na\u0127a…u bil-ftit il-ftit, qabdu jibnu fejn joqog\u0127du\u201d. Sa\u2019 l-assedju l-Kbir g\u0127ammru f\u2019Bormla 1,200 ru\u0127. Lejn is-sena 1720 dik li qabel kienet bur la\u0127qet abitazzjoni ta\u2019 660  bi 3,000 ru\u0127. Bejn is-sehem tag\u0127ha fl-Assedju l-Kbir u bejn li kienet imdawra bis-swar, il-Gran Mastru Marc Antonio Zondadari ddikjaraha Citta\u2019 Cospicua.<\/p>\n\n\n\n
Castagna jag\u0127ti wkoll tag\u0127rif dettaljat fuq is-swar, wie\u0127ed wie\u0127ed, fuq il-parro\u010b\u010ba u l-knejjes kollha li kienu jinsabu f\u2019Bormla ta\u2019 \u017cmienu. Sa jsemmi wkoll il-knisja tal-protestanti. Jissemmew l-istatwi fit-toroq ta\u2019 Bormla: Sant\u2019Andrija (l-eqdem fosthom kollha), Sant\u2019Elija (c.1818) ta\u2019 Vincenzo Dimech u tal-Karmnu (1854) ta\u2019 Mastru Cens Sammut. Il-Kun\u010bizzjoni mal-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bormla(1759), id-Duluri mal-kantuniera ta\u2019 l-Oratorju (1756), il-Kun\u010bizzjoni fi Strada Concezione (1788) u San Pawl fil-Pixkerija (1870) u saret minnMastru Anton Busuttil.<\/p>\n\n\n\n
Ma jonqosx milli jag\u0127mel referenza g\u0127at-toroq imtarr\u0121a ta\u2019 Bormla ta\u2019 \u017cmienu. Fosthom jissemmew Strada Buongiorno b\u2019132 tar\u0121a, Strada Toro b\u2019170 tar\u0121a, Santa Liena b\u2019200 tar\u0121a u Strada Oratorio b\u2019215-il tar\u0121a. Interessanti nkunu nafu li fi \u017cmien Pietru Pawl Castagna, f\u2019Bormla kienu je\u017cistu 120 fanal tal-gass. Mill-banda l-o\u0127ra, jg\u0127idilna li l-Pjazza ta\u2019 Santa Margerita kienet irran\u0121ata bis-si\u0121ar fl-1875.<\/p>\n\n\n\n
L-istoriku Bormli\u017c jag\u0127mel referenza g\u0127all-g\u0127arg\u0127ar li fl-img\u0127oddi \u0121mielu Bormla kienet tbati bil-bosta. \u2018Dulluvju\u2019 partikulari se\u0127\u0127 nhar il-\u0126add, 10 ta\u2019 Ottubru 1869 waqt il-festa ta\u2019 San Mikiel. Dak in-nhar Bormla \u201ckienet g\u0127oddha fgat fl-ilma, u l-abitanti kellhom jo\u0127or\u0121u minn djarhom bid-dg\u0127ajjaes: \u0127a\u0121a, li tant kemm \u0121iebet bi\u017ca\u2019, daqs tant ie\u0127or \u0121iebet da\u0127k u \u017cufjett\u201d.<\/p>\n\n\n\n
G\u0127eluq<\/h5>\n\n\n\n
Nhar it-13 ta\u2019 April 1907, Pietru Pawl Castagna miet. \u0126ajtu g\u0127exha fl-im\u0127abba g\u0127all-ilsien Malti. B\u2019determinazzjoni kbira tg\u0127allem biex ikun jista\u2019 jwettaq il-\u0127olma ta\u2019 \u0127ajtu: li l-poplu Malti jag\u0127raf li g\u0127andu lsien b\u2019sa\u0127\u0127tu u li permezz tieg\u0127u jista\u2019 jeduka ru\u0127u u jtejjeb il-\u0127ajja so\u010bjali tieg\u0127u.
G\u0127ejun ta\u2019 tag\u0127rif:<\/strong>
1. Il-Ktieb Malti<\/strong>, Victor Fenech, Kullana Kulturali, Vol.65, 2004
2. Dizzjunarju Bijo-Biblijografiku<\/strong>, Robert Mifsud Bonnici, D.O.I., 1960
3. Maltese Biographies of the Twentieth Century<\/strong>, Michael Schiavone, Pubblikazzjoni PIN, 1997
4. Il-Bennejja tal-Folklore Malti<\/strong>  –  Nru. 7, \u0120u\u017ce\u2019 Cassar Pullicino, Universita\u2019 Rjali ta\u2019 Malta, 1964
5. Kitbiet O\u0127ra tas-seklu Dsatax<\/strong>, \u0120u\u017ce\u2019 Cassar Pullicino, Kullana
6. \u201cIl-Gazzettier Malti\u201d, Nru.6, 30 ta\u2019 Awissu 1859.
7. \u201cVessillo Maltese\u201d, 5 jew 15 ta\u2019 Ottubru 1861.
8. Mal bil Ghzejer Tahha u li Ghadda Min Ghaliha<\/strong>, P.P.Castagna, 1865.
9. Lis Storja ta <\/strong>Malta<\/strong> bil Gzejer Tahha<\/strong>, P.P.Castagna, 1888-90..
10. \u201cMalta e Sue Dipendenze\u201d, 13 ta\u2019 April 1907.
11. \u201cIl-Berqa\u201d, 9 ta\u2019 Novembru 1937.
12. Ward ta\u2019 Qari Malti<\/strong>, P.P.Saydon u \u0120.Aquilina (Edituri), it-Tieni Ktieb, 1972, p.p. 181-186.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"