{"id":111,"date":"2020-05-10T13:34:16","date_gmt":"2020-05-10T13:34:16","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=111"},"modified":"2020-05-12T13:46:01","modified_gmt":"2020-05-12T13:46:01","slug":"ismijiet-ta-nhawi-qodma-fbormla-u-l-madwar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=111","title":{"rendered":"Ismijiet ta\u2019 n\u0127awi qodma f\u2019Bormla U l-madwar"},"content":{"rendered":"\n
Kitba ta’ Mario Attard<\/p>\n\n\n\n
L-G\u0127an Tal-Kitba<\/p>\n\n\n\n
Hija \u0127a\u0121a naturali daqs kemm hija komuni li \u010bittadin Bormli\u017c jg\u0127id li huwa minn Bormla. L-istess kif jag\u0127mlu \u010bittadini minn bliet u r\u0127ula o\u0127ra. I\u017cda meta nfittxu dwar kemm nafu xi jfisser l-isem tal-belt tag\u0127na, is-sikta tirrenja fuq il-parti l-kbira tal-kotra. Bil-g\u0127an li ng\u0127in biex innaqqas minn din is-sikta u ng\u0127arraf li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na jg\u0127ollu aktar is-sens \u010biviku tag\u0127hom, \u0127sibt li nikteb din il-kitba. Minbarra tag\u0127rif fuq isem beltna, \u0127adt \u0127sieb li nag\u0127mel referenza lejn in\u0127awi antiki li l-qabda l-kbira tag\u0127hom intesew, i\u017cda mhux minn fuq il-folji tar-re\u0121istri tan-nutara – dawn g\u0127adek isibhom imni\u017c\u017cla fl-arkivji notarili. Irrid in\u017cid ukoll li g\u0127add \u010bkejken \u0121mielu minn dawn l-in\u0127awi g\u0127adhom attwali. Jinsabu g\u0127addejjin minn mo\u0127\u0127i l-in\u0127awi ta\u2019 San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa, Santa Margerita u Santa Liena.<\/p>\n\n\n\n
Sorsi<\/p>\n\n\n\n
Dan il-g\u0127an li fassalt f\u2019mo\u0127\u0127i bnejtu primarjament fuq il-ktieb voluminu\u017c ta\u2019 Godfrey Wettinger, Place-names of the <\/strong>Maltese<\/strong>Islands<\/strong> ca. 1300-1800<\/strong>. Referenza o\u0127ra siewja \u0127adtha mid-djarju The Siege of <\/strong>Malta<\/strong> 1565<\/strong> tal-Kavallier Francesco Balbi di Correggio stampat g\u0127all-ewwel darba fl-1567 f\u2019Alcala de Henares u fl-1568 f\u2019Barcellona. Fl-1867 kien inqaleb g\u0127all-Ingli\u017c mill-Ma\u0121\u0121ur Henry Alexander Balbi. Il-ver\u017cjoni li nirreferi g\u0127aliha kienet stampata f\u2019Copenhagen fl-1961. L-Assedju l-Kbir  – \u0120rajjiet ta\u2019 Kull Jum<\/strong> ta\u2019 Mons. E.Coleiro. Referenza o\u0127ra \u0127adtha mill-ktieb ma\u0127ru\u0121 mill-Kustodju ta\u2019 l-Altar tal-Kor Bormla bl-isem \u017bvilupp tal-Qima lejn Marija Ver\u0121ni Immakulata f\u2019Bormla<\/strong>, stampat fl-1949.<\/p>\n\n\n\n
Burmola – Interpretazzjonijiet<\/p>\n\n\n\n
Bormla hija \u201cdistrett, u llum belt, fil-\u0121ewwieni tal-qala bejn Sant\u2019An\u0121lu u l-Isla\u201d. In-Nutar C. Canchur fl-att tas-16 ta\u2019 Settembru 1501 jirreferi g\u0127aliha b\u0127ala contrada ta burmula <\/em><\/strong>– id-distrett ta\u2019 burmula (Wettinger, p.65). L-istess nutar jirreferi g\u0127al Bormla b\u0127ala ta bur mile, contrada fil-5 ta\u2019 \u0120unju 1523. In-Nutar Gerolamo Cumbo jikteb fid-19 ta\u2019 Mejju 1537 ta murmule, suburbii maris, contrada<\/em><\/strong> – b(m)urmule, subborg mal-ba\u0127ar u distrett (Wettinger, p.65). Interessanti r-referenza g\u0127al Bormla miktuba fil-21 ta\u2019 \u0120unju 1577 u misjuba fil-Mu\u017cew tal-Kattidral ta\u2019 l-Imdina, burmula citta della Vittoriosa, citta de <\/em><\/strong>Malta<\/em><\/strong> (Wettinger, p.65).<\/p>\n\n\n\n
Godfrey Wettinger f\u2019pa\u0121na 72 jag\u0127tina l-isem Bullumeni<\/em><\/strong>, insibu li dan kien qasam, jew a\u0127jar fewdu, qrib il-Birgu. Il-possibilita\u2019 hija li dan l-isem imni\u017c\u017cel fis-26 ta\u2019 Marzu 1373, qieg\u0127ed jirrferi g\u0127al Bormla.<\/p>\n\n\n\n
Fuq kollox Wettinger ma jonqosx milli jag\u0127ti t-tifsira tal-kelma Bur Mula f\u2019p.65, ji\u0121ifieri l-merg\u0127a tal-Mulej<\/em> jew inkella il-merg\u0127a ta\u2019 Mula<\/em>. L-istess awtur ma jonqosx milli jfakkarna li Mula sar kunjom u huwa wie\u0127ed attwali wkoll. Il-kelma Bur<\/em> fid-dizzjunarju ta\u2019 \u0120u\u017ce\u2019 Aquilina English-Maltese Dictionary Vol. III<\/strong>, p(.1824) jiddeskriviha b\u0127ala bi\u010b\u010ba art baxxa mistag\u0127dra \u0127afna drabi qrib xi xmara (ba\u0127ar). Jirreferi g\u0127aliha wkoll mill-G\u0127arbi, ji\u0121ifieri litteralment art mhux ikkultivata, moxa. Fil-waqt li mula jfissirha mill-G\u0127arbi wkoll b\u0127ala Sid jew lord<\/em>. Aquilina jsemmi l-possibilita\u2019 wkoll li burmula \u0121ejja minn bu ramla<\/em><\/strong> g\u0127all-bajja li ntilfet fid-dag\u0127bien bil-bini tal-ba\u010bir numru wie\u0127ed. (Maltese-English Dictionary Vol.1<\/strong>,137).<\/p>\n\n\n\n
Erin Serracino Inglott f\u2019Il-Miklem Vol. 1<\/strong> (p.212) jiddeskrivi lill-bur b\u0127ala art moxa (ftit jew wisq \u0127awlija) li tiswa b\u0127al merg\u0127a li dari r-rg\u0127ajja kienu jie\u0127du l-bhejjem tag\u0127hom jirg\u0127u. Serracino Inglott f\u2019p.188 tad-dizzjunarju msemmi jfisser lill-kelma Bormla b\u0127ala il-bur li fih il-milja<\/em><\/strong> (i.e. m\u2019huwa nieqes minn xejn, l-aktar, nemmen, f\u2019sens agrikolu, meta nafu li l-biedja u s-sajd kienu l-mezzi ewlenin tal-g\u0127ajxien. Bormla f\u2019dak i\u017c-\u017cmien kellha mit-tnejn).<\/p>\n\n\n\n
Interpretazzjoni mibnija fuq xe\u0127ta popolari hija li l-isem ta\u2019 Bormla \u0121ej minn bir-il Mulej<\/strong>. Dan l-isem, imsemmi \u0127afif \u0127afif \u2018il fuq, huwa mibni grammatikalment bl-istat kostrutt jirreferi g\u0127all-fehma li fl-I\u017cmna mbieg\u0127da sewwa, fejn il-lum tinsab il-belt Bormli\u017ca kien hemm \u0121iebja kbira (jew bir) li kienet taqdi lill-pubbliku ta\u2019 l-in\u0127awi tal-madwar.<\/p>\n\n\n\n
Il-pre\u017cenza ta\u2019 l-ilma f\u2019pajji\u017c irrenjat \u0121mielu min-nixfa (l-aktar f\u2019dawk I\u017c-\u017cminijiet), ipprovdiet grazzja kbira daqskemm popolarita\u2019. B\u2019danakollu, in l-interpretazzjoni ta\u2019 minn fejn seta\u2019 \u0121ej l-isem Burmola ma tantx qabdet art. (Lulju Settembru 2004)<\/p>\n\n\n\n
Il-kelma barbar<\/em><\/strong> tipprovdi possibilita\u2019 o\u0127ra ta\u2019 ori\u0121ini g\u0127all-ewwel nofs ta\u2019 l-isem Bormla. Dan l-isem li grammatikalment \u0127a sura kwadrilitteri, \u0121ejja mill-kelma ripetuta barra barra<\/em>. Minnha \u0127a l-ewwel sillaba li \u0121iet ripetuta. Barr (minn barra) \u0127adet is-sura ta\u2019 Bur. Min isostni din il-fehma jemmen fiha g\u0127aliex Bormla, qabel aktar mil-lum, kienet tinsab barra s-swar tal-Birgu u l-Isla. Din il-fehma emmen fiha bis-s\u0127i\u0127 l-istoriku Annibale Preca.<\/p>\n\n\n\n
Bil-\u0127sieb li nkompli nipper\u017centa kull interpretazzjoni possibli minn fejn \u0121ej l-isem tal-Belt Cospicua, isnemmi studju\u017c ie\u0127or qadim ta\u2019 l-istorja Maltija  –  b\u2019Achille Ferris li emmen li Burmola tfisser post dominanti, fuq l-o\u0127rajn (fiz-zona tieg\u0127u), u g\u0127alhekk i\u0127ares \u2018l isfel lejn il-madwar tieg\u0127u. Bi\u017c-\u017cejjed hawn insemmiu lill-g\u0127oljiet ewlenin ta\u2019 Santa Margerita, ta\u2019 San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa u ta\u2019 Kordin (li fl-img\u0127oddi kienet wa\u0127da mill-\u0127ames g\u0127oljiet li ffurmaw lil Bormla ori\u0121inali).<\/p>\n\n\n\n
Permezz ta\u2019 Wettinger, i\u017cjed \u2018il fuq issemma l-kunjom Mula. Naraw l-interpretazzjoni ta\u2019 dan il-kumjom kif jag\u0127tiha b\u2019rabta ma\u2019 Bur Mula Mario Cassar f\u2019The Surnames of the <\/strong>Maltese<\/strong>Islands<\/strong>, f\u2019pa\u0121ni 260-261. Ra\u0127al fil-limiti ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 kien \u0126al Mula li tfisser id-dar tar-razzett tal-familja Mula bil-bini madwarha. L-isem Ma;lti kompost minn \u017cew\u0121 partijiet Bormla huwa t-ttaqsira ta\u2019 Bur Mula li tfisser il-merg\u0127a ta\u2019 Mula.<\/p>\n\n\n\n
B\u2019kur\u017cita\u2019 nsemmi wkoll li je\u017cisti ra\u0121al fil-provin\u010bja ta\u2019 Potenza bl-isem La Mula. Barra minn hekk, insibu l-kunjom (anki jekk forsi ta\u0127t laqam) e\u017cistenti fl-1145 fost l-ilsiera Musulmani f\u2019Malta ma\u0127kuma min-Normanni.  <\/p>\n\n\n\n
Ismijiet Ta\u2019 N\u0127awi F\u2019Bormla U Madwarha<\/p>\n\n\n\n
Il-lista ta\u2019 ismijiet ta\u2019 nibdiha bil-\u0127ames g\u0127oljiet li ori\u0121inarjament taw is-sura bikrija lil Bormla. G\u0127ad li dawn di\u0121a\u2019 ssemmew fil-kitba tieg\u0127i Bormla – \u0126arsa lejn l-g\u0127eruq, it-Tnissil u l-I\u017cvilupp Tag\u0127ha<\/em><\/strong> (li dehru fl-ewwel tliet \u0127ar\u0121iet tal-gazzetta tal-Kunsill ta\u2019 Bormla, Sehemna<\/strong>), ikun xieraq li jkunu jiffurmaw parti mil-lista s\u0127i\u0127a ta\u2019 partijiet qodma li rnexxieli ni\u0121bor.<\/p>\n\n\n\n
Il-\u0127ames g\u0127oljiet huma l-G\u0127olja tal-\u0120onna<\/strong>, li g\u0127ad li m\u2019hix l-og\u0127la g\u0127olja f\u2019Bormla, fil-qu\u010b\u010bata tag\u0127ha tinsab il-Kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 Marija Immakulata. L-G\u0127oljiet ta\u2019 Pa\u017can<\/strong> u ta\u2019 Santa Margerita<\/strong> li je\u0127duk lejn \u0126a\u017c-\u017babbar. L-G\u0127olja ta\u2019 \u0120erman<\/strong> tqarrbek lejn i\u017c-\u017bejtun fil-waqt li Kordin<\/strong> jie\u0127dok lejn ir-Ra\u0127al il-\u0120did.<\/p>\n\n\n\n
Godfrey Wettinger fi Place-Names of the <\/strong>Maltese<\/strong>Islands<\/strong> ca.1300 – 1800<\/strong>, isemmi b\u0127ala l-ewwel na\u0127a e\u017cattament \u0127dejn Bormla lill-fewdu ta\u2019 Dosa<\/strong>. Minbarra dan l-isem huwa mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala ta\u2019 Pietra Longa.<\/p>\n\n\n\n
Irridu ng\u0127idu li f\u2019\u0126al Millieri (fejn i\u017c-\u017burrieq) kien hemm g\u0127alqa li \u0121\u0121ib l-istess isem. \u0120an Fran\u0121isk Abela f\u2019Della Descrittione di Malta Isola nel Mare Siciliano<\/strong> (1647) jkteb hekk: Ta Dosa jew Pietra Lunga, fuq it-territorju ta\u2019 Bormla li kienet f\u2019idejn il-Gran Mastru. Dosa \u0121ejja minn Johannes de Osa li fl-a\u0127\u0127ar parti tas-Seklu 14 (circa 1374) ing\u0127ata l-fewdu msemmi ta\u2019 Pietra Longa. Fl-20 ta\u2019 Awissu 1408 kien g\u0127addieh lil Puchio de Termis.<\/p>\n\n\n\n
Il-Qsajjem ta\u2019 Petra Longa<\/strong> hija referenza o\u0127ra g\u0127al ta\u2019 Dosa jew San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa  –  Nut. Giuliano Muscat, 15 ta\u2019 Settembru 1544. Pietra Longa hija kelma o\u0127ra g\u0127al menhir li kienet tinsab f\u2019dik iz-zona. Kif nafu, menhir hija \u0127a\u0121ra twila u antika jew imwaqqfa minn \u017cmen il-\u0127a\u0121ar inkella l-\u0127a\u0121ra ttie\u0127det minn xi lok pre-istoriku u tqieg\u0127det fil-post b\u0127ala monument. (Ottubru-Di\u010bembru 2004)<\/p>\n\n\n\n
Ta\u2019 G\u0127uxa<\/strong> (ta huxe<\/em>) huwa distrett fil-punent ta\u2019 Bormla. In-Nutar Canchur isemmih fl-20 ta\u2019 Frar 1521. Naturalment, il-\u0127sieb jaqa\u2019 fuq San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa, hekk imsemmi minn Wettinger f\u2019pa\u0121na 495.  Dan ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar jiddeskrvih b\u0127ala na\u0127a qrib G\u0127ajn Dwieli Mons. E. Coleiro f\u2019L-Assedjdu l-Kbir  –  \u0120rajjiet ta\u2019 Kull Jum<\/strong> jikteb f\u2019pa\u0121na 52 li sa \u017cmien l-Assedju tal-1565 fuq San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa kien hemm ftit abitazzjonijiet u g\u0127alhekk kien jitqies b\u0127ala l-villa\u0121\u0121. In-Nutar Canchur ini\u017c\u017clu b\u0127ala distrett, bid-data tkun 15 ta\u2019 Frar 1505. L-istess jikteb in-Nutar Giuseppe de Guevara fid-19 ta\u2019 Settembru 1541. \u0120.F.<\/p>\n\n\n\n
Abela jikteb fil-volum tieg\u0127u msemmi \u2018l fuq dwar il-knisja tal-qaddis u l-istatwa kbira ta\u2019 l-injam mi\u0121juba fuq wa\u0127da mill-karrakki ta\u2019 Rodi. Wettinger jo\u0127loq rabta bejn il-knisja ta\u2019 San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa u l-familja ta\u2019 Johannes de Osa , fejn iqisha b\u0127ala l-kappella tal-familja de Osa. Din il-familja g\u0127exet f\u2019Malta matul it-tieni nofs tas-Seklu 14. Storikament nafu li l-ewwel kappella ta\u2019 San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa kienet iktar \u2018l hinn minn fejn tinsab il-lum  –  kienet mibnija fl-1373 u kienet i\u0121\u0121ib l-arma tal Isqof Anonio Vulpano li fid-data msemmija kien Isqfof ta\u2019 Malta.<\/p>\n\n\n\n
G\u0127all-ewwel kienet tag\u0127mel mal-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bir Miftu\u0127 imma mbag\u0127ad mill-1592, meta \u0126al Tarxien sar paro\u010b\u010ba, saret tag\u0127mel mieg\u0127u. Din twaqqg\u0127et biex inbnew is-swar u flokha nbniet o\u0127ra \u0121ewwa s-swar fejn tinsab il-lum. Inbniet fl-1682 bi flus il-Pirjol Fra Pietro Viany.  Ma\u2019 din il-knisja kien hemm Palazz (mag\u0127ruf mal-Bormli\u017ci b\u0127ala l-palazzina) li parti minnu kienet is-sagristija u mieg\u0127u kellu \u0121nien.<\/p>\n\n\n\n
Dan \u0121arrab \u0127sara \u0121mielha fl-a\u0127\u0127ar gwerra u fl-1971 minflok irrestawrawh twitta g\u0127al kollox Distrett ie\u0127or f\u2019Bormla kien ta\u2019 l-G\u0127assieli<\/strong> misjub fl-att notarili tan-Nut. Canchur fil-5 ta\u2019 Ottubru 1523.  Aayn Duyeli jew a\u0127jar G\u0127ajn Dwieli<\/strong> tissemma minn Wettinger f\u2019pa\u0121na 182 – qala li \u0120.f. Abela jsemmi lill-ba\u0127ar tag\u0127ha b\u2019wie\u0127ed salmastru (kif kienet il-qala fil-Mandra\u0121\u0121 ta\u2019 Bormla qabel ittie\u0127ed mill-Ingli\u017ci biex inbena l-Ba\u010bir Nru.1). G\u0127ad li Dwieli tfisser si\u0121ar tal-g\u0127eneb, Wettinger ma jeskludix il-fatt li seta\u2019 kien il-Wied ta\u2019 Wali (isem G\u0127arbi). Id-data li jag\u0127ti l-volum ta\u2019 Wettinger hija tat-2 ta\u2019 Frar 1649.
\u0120nien Gwaltieri<\/strong> hija g\u0127alqa f\u2019Bormla li fil-Malti tal-lum ninterpretawh b\u0127ala r-raba\u2019 ta\u2019 Walter. Lil din l-g\u0127alqa nsibuha mni\u017c\u017cla fl-att notarili tat-30 ta\u2019 Ottubru 1518. in-Nutar kien C. Canchur. L-istess nutar  fid-dokument tat-13 ta\u2019 Settembru 1501, isemmi lill-g\u0127elieqi tal-G\u017cir jew talgisir. L-istess Nut. Canchur fil-5 ta\u2019 \u0120unju 1523 jikteb fuq l-istess g\u0127elieqi \u201ctalgisir. galcula in contrada bir mile\u201d (p.176).
\u017bew\u0121t g\u0127elieqi o\u0127ra msemmija f\u2019Bormla huma tal-Maqta<\/strong>, hekk imni\u017c\u017cla min-Nutar Gerolamo Cumbo fil-15 ta\u2019 Ottubru 1536.
\u0126abel raba\u2019 f\u2019Bormla kien ta\u2019 Twila<\/strong>, hekk imni\u017c\u017cel fid-dokument tan-Nutar de Guevara fis-7 ta\u2019 Marzu 1542.<\/p>\n\n\n\n
Ta\u2019 \u017bin\u017cilin <\/strong>kienet g\u0127alqa o\u0127ra f\u2019Bormla (p.633)  –  tazinzili, clausura in contrada taburmula<\/em> bid-data 12 ta\u2019 Jannar 1535 (fil-Mu\u017cew Kattidrali ta\u2019 l-Imdina).
G\u0127alqa mag\u0127rufa b\u0127ala ta\u2019 Triq Xolantar<\/strong> tissemma f\u2019pa\u0121na 556. Hija mni\u017c\u017cla fl-att notarili tan-Nutar G.D. Pace fil-5 ta\u2019 Awissu 1695 b\u0127ala g\u0127alqa li kienet tinsab \u0121ewwa l-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera. Xolantar jew Xiruntar kien kunjom lokali fl-1483. B\u0127ala prova nsemmu lil Enrico Xirintano fit-30 ta\u2019 Novembru 1428.<\/p>\n\n\n\n
Mer\u0127let il-Mog\u0127o\u017c<\/strong> (p.374) huwa l-post fejn il-Birgu fejn fih is-suldati tal-g\u0127assa kienu joqg\u0127od fi\u017c-\u017cmien li fih fl-1523 il-Birgu kien maqtug\u0127 mill-bqija tal-madwar min\u0127abba l-pesta. Dan jissemma fid-data 1 ta\u2019 \u0120unju 1523. Dan il-lok jer\u0121a\u2019 jissemma min-nutar Mario Briffa fil-31 ta\u2019 Lulju 1621.<\/p>\n\n\n\n
L-Im\u017ciebel<\/strong> huwa post qrib il-Birgu; e\u017cattament kien jinsab bejn il-Knisja ta\u2019 Santa Margerita u tal-G\u0127assieli. Fost id-dati li fihom jissemma dan il-post insibu l-eqdem wa\u0127da tat-13 ta\u2019 Settembru 1372. (Wettinger p.408).<\/p>\n\n\n\n
Barra l-Birgu, tissemma l-lokalita\u2019 ta\u2019 Qarraba<\/strong> bid-data 7 ta\u2019 Ottubru 1523 (p.435).
Barra l-Birgu wkoll, e\u017cattament bejn \u0127dejn tat-Torba u l-Im\u017ciebel tissemma f\u2019pa\u0121na 327 in-na\u0127a ta\u2019 \u0126osen<\/strong>. In-Nutar Canchur isemmi dan il-post fit-13 ta\u2019 Lulju 1524.<\/p>\n\n\n\n
\u2018Il fuq sewwa semmiet l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita. Wettinger isemmiha f\u2019pa\u0121na 512. Hija mfissra min-Nutar Canchur fil-11 ta\u2019 Lulju 1503 b\u0127ala barra l-Birgu. G\u0127olja o\u0127ra li ssemmiet \u2018il fuq hija ta\u2019 Kordin. F\u2019pa\u0121na 603 Godfrey Wettinger isemmi x-Xag\u0127ra ta\u2019 G\u0127ajn Rabib<\/strong>. Din kienet zona ddominata minn g\u0127ajn imsemmija g\u0127al missier jew iben tar-rispett. Id-data mi\u0121juba hija tal-15 ta\u2019 April 1536 fil-waqt li n-nutar kien G. Buttigieg. Qrib Kordin jissemma wkoll G\u0127ar \u0126an\u017cira<\/strong>. Dan jissemma minn \u0120.F. Abela fl-1647.<\/p>\n\n\n\n
Na\u0127a partikulari li tinsab fuq fomm in-nies daqs kemm tinsab Fuq Santa Margerita hija Santa Liena. Nafu li l-bieb ta\u2019 Santa Liena kellu mportanza enormi g\u0127as-swar interni tal-Kottonera. Il-fatt li ssemma g\u0127al Santa Liena jixhed il-fatt li dik iz-zona kienet mag\u0127rufa b\u2019dak l-isem. B\u2019danakollu, il-Kavallieri Balbi jsemmi lil din il-parti ta\u2019 Bormla l-ewwel b\u0127ala Santarena imbag\u0127ad Santa Liena. Hawn min isostni li Santarena kien kavallier. Hi x\u2019inhi, fa\u010bilment jista\u2019 jkun li Santa Liena hija ta\u0127sira ta\u2019 Santarena. Daqs \u0127amsin sena ilu, fuq \u0121ewwa tal-bieb ta\u2019 Santa Liena, kien hemm artal u mwa\u0127\u0127al fuqu pittura ta\u2019 Santa Liena wieqfa bis-Salib ta\u2019 Kristu.<\/p>\n\n\n\n
Fid-djarju The Siege of <\/strong>Malta<\/strong> 1565 <\/strong>il-Kavallier Francesco Balbi di Correggio jag\u0127tina s-sehem ta\u2019 l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita, Fuq San \u0120wann t\u2019G\u0127uxa kif ukoll l-G\u0127olja ta\u2019 Kordin. Ma ninsewx li dawn il-qag\u0127diet strate\u0121i\u010bi g\u0127al dawk i\u017c-\u017cminijiet, kienu f\u2019idejn it-Torok u ntu\u017caw kontra  l-qag\u0127diet ta\u2019 l-Ordni ta\u2019 San \u0120wann fil-Birgu u fl-Isla.<\/p>\n\n\n\n
\u0126a\u0121a ta\u2019 min josserva f\u2019g\u0127add mill-in\u0127awi msemmija hija marbuta man-nuqqas ta\u2019 e\u017cattezza fejn jinsabu l-in\u0127awi mog\u0127tija. Huwa minnu li g\u0127add ie\u0127or minn dawn l-in\u0127awi jinftiehmu fejn kienu jinsabu. Biss dan in-nuqqas ma setax jing\u0127eleb g\u0127all-fatt li n-nutara li ni\u017c\u017cluhom fl-atti notarili tag\u0127hom baqg\u0127u  \u0127afna drabi vagi wisq. Madanakollu, dan it-tag\u0127rif flimkien ma\u2019 ftit ta\u2019 l-imma\u0121inazzjoni, jg\u0127in biex min jaqra jikkrea fi \u0127siebu \u010berti l-img\u0127oddi ta\u2019 \u010berti n\u0127awi ta\u2019 Bormla.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"