{"id":110,"date":"2020-05-10T13:26:58","date_gmt":"2020-05-10T13:26:58","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=110"},"modified":"2020-05-10T13:27:40","modified_gmt":"2020-05-10T13:27:40","slug":"bormla-u-l-metodisti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=110","title":{"rendered":"Bormla u l-Metodisti"},"content":{"rendered":"\n
Kitba ta’ Mario Attard<\/p>\n\n\n\n
Fuq il-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita hija marbuta b\u2019mod mag\u0127ruf ma\u2019 l-Assedju l-Kbir ta\u2019 l-1565 fejn it-Torok kienu stazzjonati u attakkaw kemm lill-Forti Sant\u2019An\u0121lu fil-Birgu kif ukoll lill-Forti San Mikiel fl-Isla. B\u2019danakollu, forsi ftit jafu li  din il-parti prominenti f\u2019Bormla, kemm storikament kif ukoll \u0121eografikament, hija mni\u017c\u017cla fl-istorja lokali b\u0127ala l-g\u0127ajn ewlenija li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127ha l-Metodisti kellhom kuntatt dirett u g\u0127al \u0127afna snin ma\u2019 Bormla. Dan g\u0127aliex fix-Xg\u0127ajra kien hemm kemm knisja tal-Metodisti kif ukoll ir-Rest (il-lum is-sit ta\u2019 l-amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali Bormla) li fih saru servizzi kemm reli\u0121ju\u017ci kif ukoll so\u010bjali tal-Metodisti.<\/p>\n\n\n\n
Is-sors ewlieni f\u2019din il-kitba storika jibqa\u2019 primarjament il-ktieb The Floriana Story<\/strong> li l-Knisja Metodista f\u2019Malta kienet \u0127ar\u0121et fl-1963. G\u0127alkemm dan il-ktieb ma jippre\u017centax lill-awtur, id-da\u0127la hija miktuba minn Eric H. Fawthrop. Ktieb ie\u0127or li tani palata kien Malta & Gozo, Then & Now<\/strong> ta\u2019 Joseph Bonnici u Michael Cassar, stampat fl-1989. G\u0127ajnuna o\u0127ra, din id-darba vi\u017civa, li tawni l-awturi Bonnici u Cassar kienet bis-sa\u0127\u0127a tal-ktieb The Malta Grand Harbour and its Dockyard<\/strong>, stampat fl-1994.<\/p>\n\n\n\n
Il-Bidu Tal-Pre\u017cenza Metodista F\u2019Bormla<\/h2>\n\n\n\n
Il-mistoqsija li tinbena minnha nnifisha b\u2019mod naturali hija dwar x\u2019wassal biex il-Metodisti ji\u0121u Malta. Immorru lura fl-1815 u mill-ewwel nifhmu li pajji\u017cna kien jinsab fl-ewwel snin tal-\u0127akma Ingli\u017ca1<\/strong>. Il-pre\u017cenza tas-suldati u l-ba\u0127rin Ingli\u017ci kienet ir-ra\u0121uni ewlenija g\u0127aliex il-metodisti rifsu fuq artna. Dan kollu beda minn talba mag\u0127mula minn sudati Ingli\u017ci fis-sena msemmija. Sa dak inhar dawn is-suldati kien di\u0121a\u2019 kellhom post mikri fejn fih kienu jipprattikaw il-Metodi\u017cmu tliet darbiet fil-\u0121img\u0127a bil-qari, bit-talb u bis-servizzi mmexxija lkoll minn uffi\u010bjal ta\u2019 wie\u0127ed mir-re\u0121imenti. Din it-talba wasslet biex fl-1823 wasal f\u2019Malta Rev.Charles Cook D.D. biex jag\u0127mel rapport dwar il-possibilita\u2019 li l-Kumitat Missjunarju Metodista  f\u2019Londra jibg\u0127at pastor<\/em> f\u2019pajji\u017cna.<\/p>\n\n\n\n
Fi\u017c-\u017cjara tieg\u0127u, Rev. Cook sab tliet postijiet li fihom kien ipprattikat regolarment is-servizz Metodist. Dawn kienu jinsabu fl-Isla, fil-Furjana u fil-Belt. G\u0127alhekk fi tmien snin mindu saret it-talba msemmija fil-ftu\u0127, infet\u0127u \u017cew\u0121 lokalitajiet o\u0127ra g\u0127all-prattika Metodista f\u2019Malta.<\/p>\n\n\n\n
L-ewwel pastor<\/em> g\u0127al pajji\u017cna kien Rev. John Keeling, li flimkien ma\u2019 martu, ma damx ma sab dar f\u2019Bormla ma\u0121enb il-Konservatorju (il-lum id-dar ta\u2019 l-anzjani ta\u2019 Bormla). Peress li f\u2019Bormla ma kienx hawn post g\u0127all-prattika Metodista, Rev. Keeling kien jipprattika l-iktar fl-Isla f\u2019kamra li kienet tesa\u2019 erbg\u0127in ru\u0127. Fiha kienu jsiru \u017cew\u0121 servizzi kull nhar ta\u2019 \u0126add, laqg\u0127a l-\u0126add wara nofs inhar u o\u0127ra kull nhar ta\u2019 \u0126amis fil-g\u0127axija. Ma setax jonqos li l-pre\u017cenza ta\u2019 Rev.Keeling kienet me\u0127tie\u0121a kemm fil-Furjana kif ukoll fil-Belt. Rev.Keeling wasal f\u2019Malta f\u2019Awissu 1824.<\/p>\n\n\n\n
Id-dar tal-pastor<\/em> Metodista f\u2019Bormla, li baqg\u0127et tintiret minn pastor<\/em> g\u0127al ie\u0127or, \u017cgur li kienet vitali biex f\u2019Bormla mhux biss ikun hawn lokal b\u0127al dawk imsemmija, imma wkoll knisja Metodista. G\u0127ad li kienet prattika li l-Metodisti jsarrfu dar fi knisja, il-li\u0121i Maltija ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien ma kinetx tippermetti dan, g\u0127alhekk kellhom jibnu knisja. <\/p>\n\n\n\n
Diversi Maltin kienu jiffurmaw parti mill-\u0121emg\u0127a Metodista f\u2019Malta. Kienu jaqraw bi\u010b\u010biet mill-evan\u0121elju ta\u2019 San \u0120wann lil g\u0127add ta\u2019 fqar u wara kienu jag\u0127tuhom xi \u0127a\u0121a b\u0127ala elemosina. Meta mbag\u0127ad din l-attivita\u2019 twettqet mir-Rev.Keeling, il-bi\u010b\u010ba n\u0127asset provokattiva. Fil-fatt saru attakki fuq id-dar tal-pastor<\/em> f\u2019Bormla, fejn kotra mhux \u0127a\u017cin ta\u2019 nies attakkawha bil-\u0121ebel, bdew isabbtu mal-bibien u j\u0127abbtu mat-twieqi. Tant kienet gravi s-sitwazzjoni li Rev.Keeling u martu kellhom ja\u0127arbu minn fuq il-bjut li kienu jmissu ma\u2019 daharhom. Dan ir-rapport jikkonferma li tant twaddbu \u0121ebel, li wara kellhom jin\u0121arru bil-karretta.<\/p>\n\n\n\n
Rapport ie\u0127or fost o\u0127rajn  \u0121ara nhar is-26 ta\u2019 Marzu 1825 meta g\u0127at-8.30 a.m. xi tfal intbag\u0127tu apposta j\u0127abbtu l-bieb tad-dar ta\u2019 Rev.Keeling biex jittallbu. Mrs.Keeling inteb\u0127et li dawk it-tfal ma kellhomx qatg\u0127a ta\u2019 tallaba u qalet lis-seftur biex jibg\u0127athom lura. \u0120ara i\u017cda li dan is-seftur spi\u010b\u010ba attakkat bil-\u0121ebel minn \u017cew\u0121t ir\u0121iel u mbag\u0127ad bdew jitfg\u0127u l-\u0121ebel lejn il-bibien u t-twieqi. Baqg\u0127u sejrin hekk sakemm inzerta g\u0127addej sur\u0121ent. Dan \u0121ab il-kalma mill-\u0121did sakemm g\u0127as-sag\u0127tejn ta\u2019 wara nofsinhar \u0121emg\u0127a ta\u2019 madwar mitejn jew tliet mitt ru\u0127 in\u0121abret \u0127dejn l-istess dar u bdiet titfa\u2019 mill-\u0121did il-\u0121ebel. Din il-folla mg\u0127addba tferrxet wara li waslu tliet g\u0127assiesa armati. Min\u0127abba dan kollu, il-Gvernatur Hastings \u0127are\u0121 ordni li titqieg\u0127ed g\u0127assa stretta mad-dar tal-pastor<\/em>.<\/p>\n\n\n\n
Tkompli l-Ostilita\u2019 Lejn Il-Metodisti<\/h2>\n\n\n\n
Sentejn wara l-wasla ta\u2019 Keeling, fl-1826, intbag\u0127at pastor<\/em> ie\u0127or, Dr. W.H.Rule. Peress li Rev.Keeling kien telaq joqg\u0127od il-Belt, Dr.Rule beda joqg\u0127od flok sie\u0127bu fid-dar ta\u2019 Bormla. G\u0127ad li l-ostilita\u2019 tal-Bormli\u017ci lejn il-Metodisti ma mitetx, biss l-id ferma tal-gvern kolonjali Ingli\u017c berrdet sewwa l-qieg\u0127a. B\u2019danakollu Dr.Rule stqarr kemm-il darba li meta l-Bormli\u017ci kienu jg\u0127addu minn ma\u0121enb daru, kienu jlissnu b\u2019le\u0127en  li jinstema\u2019 \u0127afna kliem li jinstiga s-sa\u0127ta fuqu. Huwa \u0127a \u0127sieb li li j\u017comm kelb g\u0127all-g\u0127assa u kellu trumbun 2<\/strong>. Hekk bl-inbi\u0127 tal-kelb u bid-dehra ta\u2019 l-ixkubetta l-kotra setg\u0127et i\u017c\u017comm lura. Minkejja dan, fi kliem Dr.Rule stess, il-kliem ta\u2019 sa\u0127ta mag\u0127dud min-nies g\u0127addejja u l-\u0127sejjes ma jaqtg\u0127ux ta\u2019 dixxiplina \u0121ejjin minn konservatorju g\u0127at-tfajliet3<\/strong> li kien jinsab bieb ma\u2019 bieb mieg\u0127u, kienu jservu ta\u2019 sfond kuljum waqt l-istudji tieg\u0127u. Fil-fatt Dr.Rule stqarr kemm-il darba li kulmeta jkun sejjer i\u017cur il-morda fl-isptar ta\u2019 Bighi kien isib min joqg\u0127od jitfag\u0127lu l-\u0121ebel.<\/p>\n\n\n\n
Din l-attitudni l-aktar tal-Bormli\u017ci lejn Dr.Rule bdiet madwar sitt xhur mill-wasla tieg\u0127u f\u2019Malta. Kollox beda meta kien g\u0127addej il-vjatku mit-triq fejn qassis bis-sagrament kien sejjer jassisti moribond. Dr.Rule inzerta fost il-folla pre\u017centi li min-na\u0127a tag\u0127ha ni\u017clet g\u0127arkubbtejha tag\u0127ti qima lil \u0120esu\u2019 Sagramentat. Dr.Rule biss baqa\u2019 bil-wieqfa. Dan il-\u0121est urta lill-kotra li qieset lil dan il-pastor<\/em> b\u0127ala bniedem ostili g\u0127at-twemmin Nisrani tag\u0127hom u ma kellux imqar rispett lejn il-kultura Nisranija. Minn dak inhar kulmeta jarawh kienu jitfg\u0127ulu l-\u0121ebel u jg\u0127ajruh Ma\u017cun. Fil-fatt il-Maltin kienu jqisu lil dawn in-nies b\u0127ala ma\u017cuni g\u0127alkemm il-Metodisti kienu jqisu lilhom infushom b\u0127ala so\u010bjeta\u2019.<\/p>\n\n\n\n
Tliet xhur wara dan il-ka\u017c, Dr.Rule kien miexi ma\u2019 martu minn fejn daru u spi\u010b\u010baw attakkati bil-\u0121ebel fejn \u0121arrbu xi \u0121rie\u0127i \u0127fief. Hawn \u0127ass li hemm b\u017conn li jibda jitlob il-\u0127arsien tal-pulizija. Fil-fatt il-pastor<\/em> irran\u0121a ma\u2019 uffi\u010bjal navali biex jimxi warajh f\u2019distanza hekk li ma jag\u0127tix fil-g\u0127ajn. Nhar it-12 ta\u2019 Jannar 1827 wara nofs in-nar, waqt li kien g\u0127addej Dr.Rule ra \u0121ejja g\u0127al fuqu xita ta\u2019 \u0121ebel. L-uffi\u010bjal qabad lil ra\u0121el b\u2019sa\u0127\u0127tu u tifel. Picket<\/em> \u0127adhom l-g\u0127assa. Meta l-g\u0127ada ttellg\u0127u l-Qorti, kotra kbira ta\u2019 Maltin xehdu fil-falz meta qalu li dak in-nhar ir-ra\u0121el akku\u017cat kien jinsab G\u0127awdex il-lejl kollu. It-tifel kien instab \u0127ati u l-Qorti ssentenzjatu \u0127mistax-il \u0121urnata \u0127abs. Dr.Rule i\u017cda talab lill-Qorti biex ta\u0127firlu.<\/p>\n\n\n\n
Dan il-ka\u017c g\u0127okor il-g\u0127ajn tal-\u0120ustizzja hekk li n\u0127are\u0121 avvi\u017c uffi\u010bjali lill-abitanti tat-triq fejn kien attakkat Dr.Rule, li jekk xi \u0127a\u0121a o\u0127ra b\u0127al dik ter\u0121a\u2019 sse\u0127\u0127, id-djar jitbattlu u jing\u0127alqu bil-li\u0121i. Dan kien bi\u017c\u017cejjed biex tispi\u010b\u010ba dik l-ostilita\u2019 lejn il-pastor <\/em>f\u2019Bormla.<\/p>\n\n\n\n
Dr.Rule \u0121arrab i\u017cjed ostilita\u2019 mill-Maltin minn dawk il-ftit e\u017cempji li semmejna. Ka\u017c partikulari \u0121ara fil-5 ta\u2019 Awissu 1826 meta telaq minn Bormla lejn il-knisja Metodista tal-Belt. Huwa stag\u0127\u0121eb hekk kif wasal qrib il-knisja Metodista. Sab folla kbira ta\u2019 nies mi\u017cmuma mis-suldati li kienet lesta li tifta\u0127 in-nar kemm-il darba din ta\u017c\u017carda titniffes. Barra minn hekk huwa kien mog\u0127ti l-parir mill-ajjutant tar-Re\u0121iment sabiex i\u017comm id-dwal mitfija inkella jkun attakkat. L-ajjutant talbu biex jag\u0127mel dan peress li g\u0127al dik il-folla kollha huwa ma kellux bi\u017c\u017cejjed forza. Wara, sabiex imur lura lejn Bormla bil-ba\u0127ar, kellhom jaqb\u017cu nofs il-lejl sakemm l-ordni kienet ikkontrollata. Ftit wara sar jaf bir-ra\u0121uni u li l-kotra kienet img\u0127addba mhux g\u0127alih kienet imma g\u0127al Rev.Keeling. Wie\u0127ed mill-ewwel Maltin li qalbu mal-Metodisti kien miet u Rev.Keeling u Rev.S.S.Wilson (li kien jnsab g\u0127al btala) irran\u0121awlu g\u0127all-funeral. Issellef il-karru tal-mejtin tas-servizz u g\u0127all-\u0127amsa tal-fil-g\u0127axija beda l-funeral li kellu jintemm fi\u010b-\u010bimiterju tal-Furjana. \u0120ara i\u017cda li folla dejjem tikber g\u0127al eluf in\u0121abret u bdiet tg\u0127ajjat, tinsulta, issaffar u twer\u017caq. Bdew jitwaddbu l-\u0121ebel u taw is-salt g\u0127at-tebut…sal-faldrappa tal-mejtin \u0127adu u \u010barrtu minn fuq it-tebut. Min\u0127abba f\u2019hekk, minn Misra\u0127 San \u0120or\u0121 (jew il-Main Guard il-qadim) \u2018il quddiem il-funeral kompla sa l-a\u0127\u0127ar ta\u0127t il-\u0127arsien tal-militar. Fost in\u010bidenti o\u0127ra li \u0121raw waqt dan il-funeral insemmu kif il-\u0127\u0121ie\u0121a tal-karrozzella fejn kien jinsab Rev.Wilson tfarrket u lil suldat qasmulu rasu b\u2019\u0121ebla. Wara l-funeral, Keeling u Wilson kellhom ikunu eskortati lura f\u2019darhom fil-waqt li r-ronda mat-toroq tal-belt baqg\u0127et g\u0127addejja mal-lejl kollu.<\/p>\n\n\n\n
Dr.Rule imbag\u0127ad beda jemmen li l-ka\u0121un wara dik l-ostilita\u2019 kollha tal-Maltin lejhom kien il-mod \u0127a\u017cin li bih kien jie\u0127u d-de\u010bi\u017cjonijiet Rev.Keeling. Il-fatt li ddikjara fil-bera\u0127 lil Rev.Keeling b\u0127ala e\u010b\u010bentriku wassal g\u0127al tfixkil fit-tmexxija Metodista f\u2019Malta peress li Rev.Keeling kien il-kap tal-missjoni Metodista f\u2019pajji\u017cna. Min\u0127abba f\u2019hekk Dr.Rule intabag\u0127at \u0120ibilta\u2019 fil-31 ta\u2019 Mejjiu 1827.<\/p>\n\n\n\n
Ir-reazzjoni tal-Maltin lejn Maltin o\u0127ra li qalbu g\u0127all-Metodi\u017cmu ma kinetx wa\u0127da tajba lanqas. Jissemmew nies tan-negozju u tal-professjoni li wara li qalbu tilfu sa \u0127ob\u017chom. Ng\u0127idu a\u0127na negozjanti ftaqru wara li \u0127add ma beda jixtri ming\u0127andhom. Tabib, \u010bertu Dr. Naudi li wkoll sar Metodista, tilef bosta mill-klijenti li kienu jindew bih. Lejn l-1842 l-istampatur Izzo u l-\u0127addiema tieg\u0127u kienu interdettjati mill-Knisja Kattolika g\u0127aliex kienu qeg\u0127din jistampaw il-gazzetta tal-Metodisti \u201cThe Illuminator\u201d. Dan \u0121ara fi \u017cmien Rev. John Jenkins.<\/p>\n\n\n\n
L-ostilita\u2019 lejn il-membri tal-Metodi\u017cmu f\u2019Malta baqg\u0127et g\u0127addejja bla nifs. Dan il-fatt malajr wassal biex kemm jistg\u0127u l-Metodisti jibdew jattendu bil-mo\u0127bi g\u0127as-servizzi tag\u0127hom. Il-membri Maltin kienu jiltaqg\u0127u g\u0127alihom milli ma\u2019 l-Ingli\u017ci u kienu jippredkawlhom bit-Taljan Rev..Keeling u Dr.Rule.<\/p>\n\n\n\n
Fil-bidu tal-1831 Rev.Keeling beda l-Malta Charity School g\u0127at-tfal il-fqar tal-Maltin. Din l-iskola bdiet ti\u017cdied fl-attendenza sakemm fit-tielet jum attendew sebg\u0127in student. Il-parti l-kbira tag\u0127hom kienu orfni, u dawk li \u0121ejjin minn Bormla kienu jin\u0121iebu minn uffi\u010bjal bl-uniformi.<\/p>\n\n\n\n
Laverack U L-Bidu Tar-Rest<\/h2>\n\n\n\n
Is-snin g\u0127addew u nbidlu diversi pastors<\/em>. Wara l-irtirar ta\u2019 Rev.Keeling, \u0121ie minfloku Rev. John Brownell li dam f\u2019Malta \u0127ames snin. Warajh \u0121ie Rev. Thomas N. Hull li dam bejn l-1838-41. Fl-1842 \u0121ie Rev.John Jenkins u dam sentejn, sal-1844. Fl-1869 kien responsabbli mill-Metodi\u017cmu f\u2019Malta Rev.W.S.Caldecott. Dan ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar, fl-1872 \u0127ass il-b\u017conn ta\u2019 knisja o\u0127ra biex is-servizzi reli\u0121ju\u017ci jkunu jistg\u0127u jsiru iktar frekwenti, u barra minn hekk il-postijiet disponibli bdew ikunu \u017cg\u0127ar g\u0127all-attendenza. Biex ipatti g\u0127al dan in-nuqqas, is-servizz tal-\u0126add kien isir ukoll fit-Tarzna (dak i\u017c-\u017cmien H.M.Dockyard). Il-kamra w\u017cata fit-Tarzna kienet \u017cg\u0127ira wisq minbarra l-g\u0127add ta\u2019 rwejja\u0127 differenti mill-kamra tal-kafe\u2019 li kienet tmiss mag\u0127ha. Barra minhekk, l-isfond tat-Tarzna bix-xog\u0127ol ta\u2019 materjal tqil tag\u0127ha ma kienx jirrendi lil dak il-lok b\u2019xieraq g\u0127all-qima. Dan il-fatt ma kienx ji\u0121bed aktar nies. Il-laqg\u0127a ta\u2019 talb tal-\u0126add fil-g\u0127axija kienet issir fid-dar tas-suldati u l-ba\u0127rin daqs tmien minuti bog\u0127od mit-Tarzna.<\/p>\n\n\n\n
Il-konsiderazzjonijiet imsemmija wasslu biex tinbena l-Knisja tal-Metodisti fil-Furjana (1883) u li g\u0127adha pre\u017centi. Bil-bini ta\u2019 din il-knisja Metodista u bir-Rev. John Laverack jin\u0127atar Senior Wesleyan Chaplain f\u2019Malta, dan ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar tefa\u2019 \u0127arstu b\u2019\u0127e\u0121\u0121a lejn il-Kottonera fejn il-Metodi\u017cmu jaf g\u0127eruqu. Fl-1882 infet\u0127et dar  b\u0127ala d-Dar tas-Suldati u l-Ba\u0127rin fi Strada Cospicua. Din id-dar mill-ewwel saret post ta\u2019 attrazzjoni evan\u0121elika (stil Metodistia) u bdew jattendu \u0121emg\u0127at \u0121mielhom. Sentejn wara fl-1844 fuq l-G\u0127olta ta\u2019 Santa Margerita nstab post e\u010b\u010bellenti fejn fih kien trasferit is-Soldiers\u2019 and Sailors\u2019 Rest (il-lum huwa l-lok tal-Kunsill Lokali ta\u2019 Bormla). Din il-proprjeta\u2019 kellha sala ideali li kompliet timbotta \u2018l quddiem il-\u0127idma Metodista f\u2019Bormla u l-madwar, hekk li bdiet taqdi x-xog\u0127ol temporanju ta\u2019 knisja sakemm snin wara nbiet knisja Metodista fl-istess na\u0127a ta\u2019 Bormla.<\/p>\n\n\n\n
Is-Soldiers\u2019 And Sailors\u2019 Rest Ta\u2019 Bormla<\/h2>\n\n\n\n
Fl-1884 is-sit mag\u0127ruf b\u0127ala \u201cThe Rest\u201d infeta\u0127 uffi\u010bjalment biex jaqdi s-servizzi Metodisti, ukoll jekk kien xi ftit i\u010bken mis-Soldiers\u2019 and Sailors\u2019 Home tal-Furjana. Bosta kienu l-attivitajiet imwettqa fir-Rest u l-attendenza bdiet tkun dejjem iktar inkora\u0121\u0121anti. F\u2019qasir \u017cmien imbniet atmosfera ta\u2019 \u0127biberija u fraternita\u2019 li sa anki kienet tisboq lil dik mag\u0127rufa fil-Furjana. Barra minn hekk, The Rest kellu l-bit\u0127a li kienet tassew ideali g\u0127a\u017c-\u017cmien tas-Sajf sabiex fiha jsiru s-servizzi u attivitajiet o\u0127ra.
B\u2019danakollu mhux kollox kien ward u \u017cahar fejn jid\u0127ol l-akkwist tal-proprjeta\u2019 tar-Rest li swiet elfejn lira sterlina. Sentejn wara l-ftu\u0127 fl-1886 in\u0127ass tassew tqil il-pi\u017c tad-dejn marbut mar-Rest. Bil-g\u0127an li jin\u0121abru l-fondi, ittalla\u2019 Grand Bazaar<\/em> li The Floriana Story<\/strong> tfissru b\u0127ala l-akbar bazaar li qatt ittella\u2019 fil-g\u017cejjer Maltin4<\/strong>. Il-post fejn ittalla\u2019 kien fil-\u0120yminasium, il-Belt Valletta nhar it-Tlieta u l-Erbg\u0127a, 8 u 9 ta\u2019 Frar 1887. Sabiex iktar ikun prominenti, dak il-bazaar kien ta\u0127t il-patron\u010binju tad-Duka u d-Dukessa ta\u2019 Edinburgh (li ftit qabel kienu waslu f\u2019Malta). Il-Gyminasium kien im\u017cejjen bi \u0127wienet  u bnadar \u017cg\u0127ar ikkuluriti li kienu mqieg\u0127da mill-ba\u0127rin ta\u2019 H.M.S. Alexandria. Fost in-nies distinti li attendew g\u0127al dan il-bazaar kien hemm il-Gvernatur Sir Lintorn Simmonds u martu, il-Kaptan Chesney ADC u fuq kollox id-Duka u d-Dukessa ta\u2019 Edinburgh u l-Prin\u010bipessa Louise.<\/p>\n\n\n\n
Il-bazaar infeta\u0127 uffi\u010bjalment mid-Duka ta\u2019 Edinburh li i\u017cjed tard ta donazzjoni b\u2019risq il-bazaar ta\u2019 \u0127amsa u g\u0127oxrin lira sterlina. L-istess soma ng\u0127atat mis-Soldiers and Sailors\u2019 Home tal-Furjana.  Qabel il-ftu\u0127 kienu mwieg\u0127da erba\u2019 mitt lira sterlina o\u0127ra. Ma naqsetx is-sehem tal-banda: nhar it-Tlieta, 8 ta\u2019 Frar daqqet il-banda tas-South Yorkshire Regiment u l-g\u0127adal-Erbg\u0127a l-banda Alexandra. B\u2019kollox mill-bazaar in\u0121abret is-somma ta\u2019 tmien mitt lira sterlina (li tliet mija minnhom \u0121ew direttament mill-bejg\u0127 waqt il-bazaar).<\/p>\n\n\n\n
Tqajmet kritika mhux \u0127a\u017cin peress li kif intqal kien hemm iktar postijiet f\u2019idejn il-Metodisti li \u0127tie\u0121u assistenza finanzjarja. Mr.Laverack \u0127ass li bi twe\u0121iba jippubblika tag\u0127rif li fih jindika li l-bazaar kien qieg\u0127ed isir \u0121bir b\u2019mira ta\u2019 elfejn lira sterlina biex tinxtara l-proprjeta\u2019 ta\u2019 The Rest. B\u2019hekk biss fisser Mr.Laverack setg\u0127et tkun assikurata t-tkomplija tas-servizz utli li l-Metodisti kienu qeg\u0127din jag\u0127tu fl-in\u0127awi tal-Kottonera. Barra minn hekk intefqu \u0127afna flus biex tinxtara l-g\u0127amara ne\u010bessarja. F\u2019Di\u010bembru 1886 \u017cdied numru ta\u2019 sodod u, stqarr Mr.Laverack, meta The Rest ikun mg\u0127ammar kif ippjanat, ikun jista\u2019 jfendi g\u0127al rasu mill-flus li jda\u0127\u0127al. B\u2019\u017cieda ma\u2019 dan, dan is-sit li kien jag\u0127mel mas-Soldiers\u2019 and Sailors\u2019 House tal-Furjana d\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin (ji\u0121ifieri bejn l-1884-87) qatt ma talab g\u0127al xi forma ta\u2019 g\u0127ajnuna finanzjarja. Din l-istqarrija kienet g\u0127aqlija bi\u017c\u017cejjed biex tmewwet kull kritika.<\/p>\n\n\n\n
Fl-1902 The Rest kien mifdi finanzjarjament u hekk \u0127idmietu kienet assikurata.
Bejn wie\u0127ed u ie\u0127or mill-1890 \u2018il quddiem, il-Metodi\u017cmu f\u2019Malta kien imsa\u0127\u0127a\u0127 \u0121mielu bil-propjeta\u2019. Kienu \u017cdiedu fil-fatt postijiet f\u2019Pembroke u fl-Imtarfa. Kien ikun hemm servizzi fil-Furjana u f\u2019Bormla kuljum fl-10.30 a.m. fil-waqt li fil-g\u0127axija kienu jsiru fis-6.30 p.m. f\u2019Pembroke u fl-Imtarfa. Fil-Furjana u f\u2019Bormla kien ikun hemm l-iskola tal-\u0126add u din kienet tkun fit-2.45 p.m.<\/p>\n\n\n\n
F\u2019dan il-perjodu (ji\u0121ifieri fi ftu\u0127 is-seklu g\u0127oxrin) in\u0127asset il-\u0127tie\u0121a li f\u2019Bormla jkun hawn knisja Metodista. Sakemm waslet biex tfaqqa\u2019 l-ewwel gwerra dinjija, il-\u0127idma Metodsita kienet ibba\u017cata fil-Furjana u f\u2019Bormla, b\u2019kull belt minnhom ikollha l-pastor<\/em> tag\u0127ha.Is-servizz tal-\u0126add f\u2019Bormla u l-Furjana kien isir daribtejn: fl-10.30 a.m. u fis-6.30 p.m., mentri l-iskola tal-\u0126add kienet issir fl-istess \u0127in b\u0127al ta\u2019 nofs il-\u0121img\u0127a.Minbarra servizzi reli\u0121ju\u017ci, f\u2019dawn i\u017c-\u017cew\u0121t id-djar kienu jsiru attivitajiet so\u010bjali b\u0127al kun\u010berti. Il-\u0127las tad-d\u0127ul kien ikun ta\u2019 tliet soldi (jew \u010bente\u017cmu tal-lum) u sitt soldi (jew \u017cew\u0121 \u010bente\u017cmi tal-lum).<\/p>\n\n\n\n
Peress li fil-gwerra l-kbira tal-1914 Malta serviet ta\u2019 sptar g\u0127all-midrubin tal-gwerra, kull naqra wisa\u2019 kienet tissarraf fi sptar. Il-Connaught Home (li \u0127adet post is-Soldiers\u2019 and Sailors\u2019 Home) u r-Rest kienu jkunu mballati bin-nies u bil-midrubin. Hawn irrid ing\u0127id li sal-1926, meta twaqqfet il-Knisja Metodista f\u2019Bormla, ir-Rest kien jaqdi l-irwol ta\u2019 knisja Metodista wkoll.<\/p>\n\n\n\n
Ir-Rest sal-1926 kellu sala kbira li fiha kien isir is-servizz tal-knisja, bit\u0127a fin-nofs li kienet tag\u0127ti g\u0127ad-dar tal-kappillan fuq ix-xellug tag\u0127ha, u numru ta\u2019 kmamar \u017cg\u0127ar. Is-sala l-kbira kienet tintu\u017ca wkoll g\u0127all-Badminton, g\u0127all-kun\u010berti kif ukoll g\u0127all-iskola tal-\u0126add. Wa\u0127da mill-kmamar i\u017c-\u017cg\u0127ar kienet tintu\u017ca b\u0127ala k\u010bina mmexxija minn \u010bertu \u2018Dear Old Dom\u201d fejn kien jaqli l-bajd u \u010b-\u010bips u jag\u0127mel g\u0127add bla qies ta\u2019 te. Huwa kien ikun meg\u0127jun min-nisa tal-membri li kienu jag\u0127mlu t-torti tal-la\u0127am u l-pasti bil-\u0121amm u bit-tuffie\u0127. Fil-\u0126dud fil-bit\u0127a tar-Rest kien ikun hemm it-te bis-sitt soldi (2\u010b.5 tag\u0127na) kull tazza, mentri kull nhar ta\u2019 Sibt wara nofs inhar kien ikun hemm \u0127ar\u0121iet fuq old wooden \u2018buses<\/em>5<\/strong> g\u0127al xi piknik jew g\u0127al \u0127dejn il-ba\u0127ar. Peress li l-Brittani\u010bi g\u0127adhom sal-lum im\u0121enna g\u0127al tazza te, \u201cDear Old Tom\u201d qatt ma kien ifalli u kien ikun imfittex minn dawk kollha pre\u017centi ta\u2019 kull darba. Meta kienu jirritornaw lura, kienu jattendu g\u0127al-laqg\u0127a tat-talb. Wara kienu jiddevertu bil-log\u0127ob tal-badminton fil-waqt li qabel jirritornaw lura lejn djarhom, kul\u0127add kien jag\u0127ti daqqa ta\u2019 id sabiex is-sala titqieg\u0127ed fl-odni \u0127alli l-g\u0127ada l-\u0126add fil-g\u0127odu taqdi x-xog\u0127ol tag\u0127ha b\u0127ala knisja bis-servizz reli\u0121ju\u017c. Kull nhar ta\u2019 Tlieta fir-Rest ta\u2019 Bormla kienet tiltaqa\u2019 klassi u l-\u0126amis kienet tiltaqa\u2019 s-So\u010bjeta\u2019 Letterarja u So\u010bjali (Social & Literary Society). G\u0127al din ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar kienu jattendu mal-120 ru\u0127 li kienu jassistu g\u0127al programmi varjati kull darba b\u2019kelliemi distint u differenti. Fost dawn il-persuna\u0121\u0121iI nsemmu lil Lord Strickland (persuna\u0121\u0121 mag\u0127ruf fil-qasam tal-politika bikrija Maltija kif ukoll kittieb prominenti) kif ukoll lil Sir Harry Luke (li tana kotba stori\u010bi fuq pajji\u017cna). Imbag\u0127ad kull nhar ta\u2019 \u0120img\u0127a fil-g\u0127axija kien imiss it-ta\u0127ri\u0121 tal-kor kif ukoll kienu jiltaqg\u0127u l-Girl Guides. Nistg\u0127u ng\u0127idu li ta\u2019 kull fil-g\u0127axija dejjem kien ikun hemm xi \u0127a\u0121a interessanti fir- Rest ta\u2019 Bormla fejn it-te ma kien jonqos qatt. La semmejna t-te tajjeb insemmu drawwa marbuta mieg\u0127u. Ta\u2019 kuljum uffi\u010bjal tas-Servizz kien jin\u0127atar b\u0127ala \u2018I\u2019ll Go\u201d chair<\/em><\/strong>. Dmiru kien li jara li l-kitla bit-te tkun dejjem mimlija biex it-te ma jkunx skars meta ssir it-talba g\u0127alih. Log\u0127ba popolari li tista\u2019 tg\u0127id kienet tintlag\u0127ab kuljum kienet dik li tixbah lil-ludo – din tissejja\u0127 uckers<\/em>. Kienu jsiru Lejliet So\u010bjali Kompetittivi fejn gruppi jikkontestaw lil xulxin mu\u017cikalment. Kull nhar ta\u2019 \u0126add qatt ma kienet tonqos milli tittalla\u2019 l-pantomina. Wara s-servizz reli\u0121ju\u017c tal-\u0126add fil-g\u0127axija kien ikun il-\u0127in tas-Sieg\u0127a So\u010bjali fejn fiha kien isir kant ta\u2019 g\u0127ana popolari. Popolarment dan il-kant kien mag\u0127ruf ma\u2019 dawk pre\u017centi b\u0127ala Sing Song<\/em>. \u0126a\u0121a o\u0127ra li kienet tag\u0127mel lir-Rest ta\u2019 Bormla popolari kien il-fatt li ftit bog\u0127od minnu kien hemm tennis court<\/em> kenni bis-si\u0121ar.<\/p>\n\n\n\n
Knisja Metodista F\u2019Bormla<\/p>\n\n\n\n
Il-knisja tal-Metodisti, fejn il-Barrakka ta\u2019 Fuq, il-Belt <\/strong>Valletta<\/strong> –<\/strong>
Kopja e\u017catta tal-knisja tal-Metodisti f\u2019Bormla<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Intant, g\u0127all-knisja Metodista fuq l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita f\u2019Bormla nxtraw mitejn si\u0121\u0121u mill-Ingilterra u waslu f\u2019erba\u2019 kaxxi, kull wie\u0127ed \u017carmat biex ikun ammontat fil-post: id-dahar, fuqhiex toqg\u0127od bil-qieg\u0127da, is-saqajn u fejn isserra\u0127 il-ktieb. Kull bi\u010b\u010ba kienet enumerata minn 1 sa 50. B\u0127ala voluntieri biex jammontawhom offrew ru\u0127hom ix-shipwrights<\/em> u l-joiners<\/em>. Meta waslu xi \u0127add \u0127allat l-ordni tan-numri b\u2019tali mod li minflok g\u0127en \u0127arbat t\u0127arbita nobis! Ftit kienu dawk li qabblu l-partijiet tas-si\u0121\u0121u, u l-joiners<\/em> damu l-\u0121img\u0127at jissegaw is-saqajn tas-si\u0121\u0121ijiet biex ikunu jistg\u0127u jieqfu dritti u mhux joqog\u0127du jixxenglu.<\/p>\n\n\n\n
L-attendenza fil-knisja Metodista ta\u2019 Bormla kienet wa\u0127da tajba u wara s-servizzi reli\u0121ju\u017ci kienu jmorru r-Rest (fuq in-na\u0127a l-o\u0127ra tat-triq) fejn kienet issir il-bibita kif ukoll is-Sieg\u0127a So\u010bjali. Fl-1928 in\u0127atar kappillan navali sabiex jassisti g\u0127as-servizzi reli\u0121ju\u017ci fuq il-ba\u0127ar. Dan kien jattendi wkoll Bormla u l-Furjana.
Sa qabel faqqg\u0127et it-tieni gwerra dinjija, din kienet il-\u0127idma Metodista f\u2019Malta.<\/p>\n\n\n\n
Kien il-bidu tat-tieni gwerra dinjija u sal-1940 insibu li fil-knisja Metodista ta\u2019 Bormla kienu jsiru servizzi reli\u0121ju\u017ci kuljum fl-10.30 a.m. u fis-6.30 p.m. fil-waqt li nhar ta\u2019 \u0126add kienet issir l-iskola tal-\u0126add fit-2.45 p.m.<\/p>\n\n\n\n
Is-snin li kienu resqin mill-1939 \u2018il quddiem kellhom jibnu atmosfera li kellha taqleb il-folja tal-metodi\u017cmu f\u2019Bormla. In-nisa u l-familji tas-suldati u l-ba\u0127rin intbag\u0127tu lura lejn darhom fil-pajji\u017c tag\u0127hom. G\u0127ad li kienet de\u010bi\u017cjoni g\u0127aqlija, b\u2019danakollu s-serenita\u2019 li pajji\u017cna kien jinsab fih kellha tie\u0127u daqqa ta\u2019 \u0127arta kbira li ma tre\u0121\u0121ax il-bi\u010b\u010ba lura lejn kif kienet qabel. Irridu nqisu li l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita kienet tinsab fil-qalba tal-mira tal-g\u0127edewwa \u0120ermani\u017ci u Taljani. Tant huwa hekk li kemm il-knisja Metodista u l-iskola kif ukoll ukoll ir-Rest \u0121arrbu \u0127sarat kbar mill-attakki mill-ajru waqt l-ewwel snin tat-tieni gwerra dinjija. E\u017cattament il-knisja Metodista u l-iskola ta\u2019 mag\u0127ha kienu \u010beduti f\u2019idejn l-awtoritajiet sabiex iservu ta\u2019 m\u0127a\u017cen g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet ta\u2019 dawk il-mumenti diffi\u010bli. Fil-fatt f\u2019dan il-bini kien ma\u0127\u017cun bosta ikel u meta nqered bil-bombi, bosta kienu n-nies ta\u2019 l-in\u0127awi li fittxew g\u0127all-ikel qalb ir-radam. Fl-1942 il-knisja tal-Metodisti nqerdet. Dan il-fatt waqqaf kull ativita\u2019 tal-Metodisti f\u2019Bormla. G\u0127alhekk, il-\u0127idma Metodista \u010b\u010bentrat fil-Furjana biss, fejn il-knisja tal-Metodisti skappat g\u0127alkemm mhux g\u0127al kollox mill-attakki tal-g\u0127adu. Irridu niftakru wkoll fl-1942 inqerdet il-knisja tal-Metodisti li kienet tinsab fi Triq Brittanja fil-Belt Valletta.<\/p>\n\n\n\n
Issa kellha tittie\u0127ed de\u010bi\u017cjoni jekk il-knisja Metodista ta\u2019 Bormla kellhiex tinbena jew le. Kien hemm it-tamiet li r-Rest ikun irran\u0121at mill-\u0127sarat li \u0121arrab, i\u017cda dawn sabu ma\u2019 wi\u010b\u010bhom \u017cew\u0121 diffikultajiet ewlenin: l-istrajk tal-\u0127addiema tal-barrieri u d-dewmien min-na\u0127a tal-Gvern Malti dwar jekk g\u0127andux jibni jew le mill-\u0121did lir-Rest. B\u2019rabta mal-knisja tal-Metodisti f\u2019Bormla, fl-1944 wasal f\u2019Malta Rev.S.H.Keen, Principal Chaplain tal-R.A.F.. Huwa kellu jie\u0127u d-de\u010bi\u017cjoni dwar jekk g\u0127andhiex tinbena jew le. Id-de\u010bi\u017cjoni kienet li l-knisja Metodista ta\u2019 Bormla ma tinbeniex u l-\u0127idma tal-Metodisti f\u2019Malta tkun i\u010b\u010bentrata fil-Furjana biss. The Floriana Story8<\/strong> jikteb li din id-de\u010bi\u017cjoni \u0121abet \u0127afna qsim il-qalb u nostal\u0121ija. B\u2019danakollu \u017c-\u017cmien xehed li kienet de\u010bi\u017cjoni flokha.
Hekk \u0121iet fi tmiemha l-pre\u017cenza tal-Metod\u017cmu f\u2019Bormla. Fil-waqt li l-ewwel gwerra dinjija (1914 -1918) sa\u0127\u0127et b\u2019mod tremend lill-Metodi\u017cmu f\u2019Bormla, it-tieni gwerra dinjija temmet g\u0127al kollox dik il-\u0127idma. B\u2019danakollu, kulma se\u0127\u0127 f\u2019dan il-qasam jibqa\u2019 mni\u017c\u017cel fl-istorja kemm ta\u2019 pajji\u017cna kif ukoll ta\u2019 Bormla nnifisha.<\/p>\n\n\n\n
1<\/td>
Fl-1800 l-Ingli\u017ci kienu da\u0127lu f\u2019Malta fuq talba tal-Maltin stess biex jg\u0127inuhom je\u0127ilsu mill-pre\u017cenza tal-Fran\u010bi\u017ci. L-Ingli\u017ci mhux biss ke\u010b\u010bew lill-Fran\u010bi\u017ci imma baqg\u0127u jindokraw lil Malta biex kif xtaqu l-Maltin stess, Malta taqa\u2019 ta\u0127t l- Ingli\u017ci u mhux mill-\u0121did ta\u0127t il-Kavallieri ta\u2019 San \u0120wann kif kien jordna l-ftehim tat-Trattat ta\u2019 Amiens f\u2019Marzu 1802.
\u0126afna minn dan il-ftehim ma kienx onorat u dan wassal g\u0127all-gwerer Napoleoni\u010bi li damu bejn l-1803-14. Wara t-telfa ta\u2019 Napuljun, sar l-ewwel Trattat ta\u2019 Pari\u0121i f\u2019Mejju 1814 fejn Malta saret uffi\u010bjalment kolonja ta\u2019 l-Imperu Brittaniku.<\/td><\/tr>
2<\/td>
Trumbun huwa tip ta\u2019 xkubetta tal-qedem bit-toqba wiesg\u0127a li kienet tispara f\u2019distanza qasira.<\/td><\/tr>
3<\/td>
L-Istitut g\u0127ax-xebbiet, dak mag\u0127ruf b\u0127ala l-Konservatorju ta\u2019 San \u0120u\u017cepp inbena fl-1910 fi \u017cmien l-Isqof Labini. Matul I\u017c-\u017cmien kompla jitkabbar mill-Isqfijiet Mattei u Sant. Qablu kien hemm ie\u0127or li mbag\u0127ad inbidillu l-u\u017cu tieg\u0127u.<\/td><\/tr>
4<\/td>
The Floriana Story<\/strong>, pa\u0121na 28.<\/td><\/tr>
5<\/td>
Ibidem, pa\u0121na 36.<\/td><\/tr>
6<\/td>
Ibidem, pa\u0121na 37.<\/td><\/tr>
7<\/td>
Malta & Gozo Then & Now<\/strong>, Joseph Bonnici u Michael Cassar, BDL, 1989, pa\u0121na123.<\/td><\/tr>
8<\/td>
The Floriana Story<\/strong>, pa\u0121na 41.<\/td><\/tr><\/tbody><\/table><\/figure>\n\n\n\n
Stampi<\/strong><\/p>\n\n\n\n
Il-plakka ta\u2019 tifkira lil Rev. Irving Davies u ag\u0127ti t-traduzzjoni tag\u0127ha
(The Floriana Story<\/strong>, pa\u0121na 31)<\/p>\n\n\n\n
Is-sit tal-knisja Metodista u l-iskola  mwaqqg\u0127in u r-Rest
(The Floriana Story<\/strong>, pa\u0121na 26)<\/p>\n\n\n\n
HMS Hibernia u fl-isfond jidhru tajjeb il-Garrison Church u r-Rest fuq l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita
(Malta & Gozo, Then & Now<\/strong>, pa\u0121na 38)<\/p>\n\n\n\n
Il-Garrison Church fejn il-Barrakka ta\u2019 Fuq fil-Belt Valletta
(Malta & Gozo, Then & Now<\/strong>, pa\u0121na 123)<\/p>\n\n\n\n
Dehra \u0121enerali ta\u2019 Xatt I\u017c-\u017bejt (Oil Wharf) f\u2019Dockyard Creek, Bormla. F\u2019dan ir-ritratt tidher tajjeb \u0127afna l-Knisja tal-Metodisti fuq l-G\u0127olja ta\u2019 Santa Margerita.
Il-Knisja tal-metodisti ta\u2019 Bormla
ma\u0127ru\u0121a <\/strong>minn<\/strong> ritratt tal-bastiment <\/strong>Hibernia<\/strong><\/em>
stampat f\u2019Malta & Gozo Then & Now<\/strong><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"