{"id":109,"date":"2020-05-10T13:22:08","date_gmt":"2020-05-10T13:22:08","guid":{"rendered":"http:\/\/cospicuaparish.wpengine.com\/?p=109"},"modified":"2020-05-10T13:22:41","modified_gmt":"2020-05-10T13:22:41","slug":"fbormla-mitt-sena-ilu-il-kurunazzjoni-tal-madonna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=109","title":{"rendered":"F\u2019Bormla Mitt Sena Ilu :  Il-Kurunazzjoni Tal-Madonna"},"content":{"rendered":"\n<p>Kitba ta&#8217; Charles Galea Scannura<\/p>\n\n\n\n<p>Mitt sena ilu, f\u2019Bormla saru festi kbar marbutin mal-kurunazzjoni tax-xbieha ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni fit-titular tal-parro\u010b\u010ba kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 din il-belt. G\u0127alhekk hawn ftit tag\u0127rif dwar dak li \u0121ara fl-1905.<\/p>\n\n\n\n<p>Ix-xewqa li l-Madonna fil-kwadru titulari tas-santwarju ta\u2019 Bormla tkun inkurunata f\u2019\u010berimonja solenni kienet ilha tin\u0127ass. Wara li l-Papa Piju VII \u0127are\u0121 id-digriet biex il-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bormla ssir kolle\u0121\u0121jata f\u2019Lulju 1822, kienu nqalg\u0127u xi problemi. Il-kleru Bormli\u017c xtaq li dawn jintreb\u0127u u kollox jitwettaq. G\u0127alhekk jing\u0127ad li fit-18 ta\u2019 Settembru 1838 il-Kapitlu g\u0127amel weg\u0127da lill-Madonna li jinkurunawha solennement kemm-il darba tinqata\u2019 x-xewqa tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<p>Ir-rabta mal-Kun\u010bizzjoni kienet kbira u kienu jfittxu li j\u0121eddu d-devozzjoni lejn il-Madonna u jag\u0127mlu festi kbar marbutin ma\u2019 okka\u017c\u017cjonijiet partikulari. Saru festi kbar meta fl-1854 t\u0127abbret id-domma ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni,&nbsp;<em>Ineffabilis Deus<\/em>, mill-Papa Piju IX. Bil-mod il-mod fil-knisja beda jsir \u0127afna xog\u0127ol biex din tkun tassew im\u017cejna kif jixraq b\u0127ala santwarju Marjan. Il-Bormli\u017ci fer\u0127u meta l-Papa Ljun XIII, ftit \u0121img\u0127at qabel ma miet, ippubblika Ittra Appostolika li biha \u0127abbar i\u010b-\u010binkwantenarju tad-Domma u wkoll aktar tard f\u2019Novembru 1904 meta l-Ar\u010bisqof Pietru Pace \u0127are\u0121 ittra pastorali biex i\u0127abbar dan fid-djo\u010besi Maltija.<\/p>\n\n\n\n<p>Delegazzjoni mag\u0127mula mill-Ar\u010bipriet, il-Kan. \u0120wann Cauchi, u l-Kurat, il-Kan. \u0120u\u017ceppi Azzopardi, talbu lill-Ar\u010bisqof Pace sabiex l-awtoritajiet tal-Vatikan japprovaw il-kurunazzjoni tal-kwadru titulari ta\u2019 Bormla. Twaqqaf kumitat immexxi mill-Ma\u0121istrat Lorenzo Ellul biex jibda jie\u0127u \u0127sieb it-t\u0127ejjija me\u0127tie\u0121a. Fl-24 ta\u2019 Jannar 1905 il-Papa Piju X \u0127are\u0121 id-digriet ta\u2019 l-inkurunazzjoni u g\u0127alhekk bdew isiru l-preparamenti me\u0127tie\u0121a g\u0127all-okka\u017cjoni. Fost \u0127wejje\u0121 o\u0127ra ippubblikaw g\u0127add ta\u2019 stampi tal-kwadru tal-kor fuq it-tila.<\/p>\n\n\n\n<p>Marbuta ma\u2019 l-okka\u017cjoni kien hemm \u0127afna preparamenti ta\u2019 dekorazzjoni u xog\u0127lijiet artisti\u010bi, b\u2019mod partikulari minn idejn l-iskultur Bormli\u017c Abram Gatt. Il-kor, bil-kwadru titulari mpitter minn Pietru Pawl Caruana, kien im\u0127ejji kif jixraq. Saru ventaltari tal-fidda u l-istatwa tal-Kun\u010bizzjoni \u0121iet irran\u0121ata u miksija bil-fidda fuq disinn ta\u2019 Abram Gatt. It-tberik ta\u2019 l-istatwa meta n\u0121iebet lura ming\u0127and id-Ditta Antonio Ghezzi ta\u2019 Milan, fit-18 ta\u2019 \u0120unju 1905, jista\u2019 jing\u0127ad li ta bidu g\u0127al festi kbar.<\/p>\n\n\n\n<p>Kien t\u0127abbar li l-Kardinal Domenico Ferrata kellu ji\u0121i Bormla b\u0127ala delegat&nbsp;<em>a latere&nbsp;<\/em>&nbsp;tal-Papa sabiex jinkuruna l-imma\u0121ni tal-Madonna. G\u0127alhekk deputazzjoni tal-Kapitlu flimkien ma\u2019 Dr. \u0120ann Feli\u010b Inglott kienet marret titlob lill-Ammirall Charles Beresford sabiex jipprovdi bastiment \u0127alli j\u0121ib lill-Kardinal Malta. L-Ammirall offra l-vapur&nbsp;<em>HMS Surprise<\/em>. Il-Kardinal kellu jasal fl-20 ta\u2019 \u0120unju.<\/p>\n\n\n\n<p>Fis-17 ta\u2019 \u0120unju, Mons. Salvatore Grech, il-Vigarju \u0120enerali, \u0127are\u0121 \u010birkulari fejn ta\u2019 tifsira tal-kurunazzjoni u \u0127e\u0121\u0121e\u0121 sabiex nhar l-20 ta\u2019 \u0120unju g\u0127al xi l-5.00p.m. jindaqqu l-qniepen tal-Kon-Katidral ta\u2019 San \u0120wann, tal-knejjes tal-Belt Valletta, tat-Tlett Ibliet u tal-Kalkara b\u0127ala sinjal ta\u2019 mer\u0127ba lill-Kardinal. \u0126e\u0121\u0121e\u0121 biex jittellg\u0127u l-bnadar fuq postijiet prominenti u \u0127abbar li nhar il-21 tax-xahar il-Kurja kellha tibqa\u2019 mag\u0127luqa. G\u0127al nhar il-kurunazzjoni \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex ikun hemm mixeg\u0127la fil-knejjes.<br>It-Tnejn 19 ta\u2019 \u0120unju fis-7.15p.m. beda daqq ta\u2019 qniepen li dam sejjer xi nofs sieg\u0127a biex i\u0127abbar il-bidu tal-festi g\u0127all-okka\u017cjoni tant mistennija. Il-programm tal-festi kif kien im\u0127abbar mill-Kan. Falzon, kien jinkludi tridu ta\u2019 preparazzjoni b\u2019g\u0127add ta\u2019 quddies u r-re\u010bita tal-koron\u010bina ta\u2019 l-Immakulata alternata bil-kant u mu\u017cika, diskorsi u \u010berimonji u devozzjonijiet o\u0127ra.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-wasla tal-Kardinal, akkumpanjat mill-Ar\u010bisqof Pace u dinjitarji o\u0127ra, kienet mistennija b\u2019\u0127e\u0121\u0121a kbira. Uffi\u010bjali tal-Kurja u l-Vigarju \u0120enerali marru jilqg\u0127uh abbord malli wasal fil-Port il-Kbir. Jistennewh jin\u017cel id-Dwana kien hemm delegazzjoni tal-Katidral, tal-Kamra Pontifi\u010bja, il-Kapitlu ta\u2019 Bormla u l-kumitat tal-festi. Il-port kien mimli bid-dg\u0127ajjes u \u0127afna nies in\u0121abru madwar ix-xtut u fuq is-swar. Il-Kardinal ni\u017cel fl-4.30p.m. u \u0121ie milqug\u0127 bl-unuri pontifi\u010bji u applaws mill-folla li n\u0121abret. Il-Banda San \u0120or\u0121 laqg\u0127etu fid-Dwana. Skond il-programm, il-Kardinal da\u0127al fl-ewwel karozza akkumpanjat mill-Ar\u010bisqof u kien pre\u010bedut mill-pulizija u l-kavallerija. Warajh imxew karozzi o\u0127ra li wasslu diversi dinjitarji.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-karozza tal-Kardinal telqet lejn il-Palazz ta\u2019 l-Ar\u010bisqof. Hemm kien hemm jilqg\u0127uh deputazzjonijiet tal-kulle\u0121\u0121jati, ordnijiet reli\u0121ju\u017ci u rappre\u017centanza tal-kappillani. L-g\u0127ada beda jir\u010bievi diversi deputazzjonijiet, fosthom tal-Kamra tal-Kummer\u010b u ta\u2019 l-Avukati. Min-na\u0127a tieg\u0127u l-Kardinal mar i\u017cur lid-Deputat Gvernatur u l-\u0120eneral Barron fil-Palazz. L-g\u0127ada fil-g\u0127odu mar Bormla biex iqarben u jag\u0127ti benedizzjoni appostolika.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-\u0126add 25 ta\u2019 \u0120unju 1905 kien il-Jum tal-Kurunazzjoni. Il-programm beda b\u2019quddiesa fil-5.30a.m. mill-Vigarju \u0120enerali. Fit-8.30a.m. bdiet i\u010b-\u010berimonja tat-tberik tal-kuruna, mag\u0127mula fuq disinn ta\u2019 Abram Gatt, u wara l-quddiesa ta\u2019 l-Immakulata. Imbag\u0127ad i\u010b-\u010berimonja kellha tikkonkludi bit-tqeg\u0127id tal-kuruna fuq ras il-Madonna.<\/p>\n\n\n\n<p>Dak in-nhar il-Kardinal saritlu manifestazzjoni kbira. Kien hemm mill-\u0121did takkumpanjah il-kavallerija tal-Pulizija. Id-da\u0127la tieg\u0127u f\u2019Bormla kienet trijonfali: kien akkumpanjat mill-Ar\u010bisqof Pace, l-Isqof ta\u2019 G\u0127awdex, Mons. Camilleri, u Mons. Gaffiero, Isqof titulari ta\u2019 Silimbria. Kien hemm ukoll il-Vi\u010bi-Ammirall Bromley. Minn G\u0127ajn Dwieli, il-Kardinal \u0121ie akkumpanjat ukoll mill-Banda San \u0120or\u0121 u folla kbira sal-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca.<\/p>\n\n\n\n<p>Mill-knisja ta\u2019 Santa Tere\u017ca, il-Kardinal mexa sal-parro\u010b\u010ba f\u2019pur\u010bissjoni biex jag\u0127mel il-funzjoni tal-kurunazzjoni. Il-Kan\u010billier Mons. Kan. Giovanni Buhagiar qara l-att tal-kurunazzjoni fil-pre\u017cenza ta\u2019 l-Im\u0127allef Dr. Paolo Debono u l-Baruni De Piro Gourgion, u l-Avv. Ellul, president tal-kumitat u t-tabib Inglott, segretarju, xhieda. F\u2019isem il-Kapitlu kien hemm l-Ar\u010bipriet il-Kan. \u0120wann Cauchi u t-Te\u017corier il-Kan. Carmelo Vella.<\/p>\n\n\n\n<p>Wara l-qari ta\u2019 l-att, bdiet il-quddiesa. Qabel il-kurunazzjoni l-Kardinal ta l-benedizzjoni pontifikali u g\u0127amel kelmtejn ta\u2019 tif\u0127ir u glorja lil Marija. Fl-10.15a.m. bdiet i\u010b-\u010berimonja tant mistennija. Il-Kardinal mar fil-kor u tela\u2019 tara\u0121 irran\u0121at apposta u qieg\u0127ed il-kuruna fuq ras il-Madonna fost applaws ta\u2019 entu\u017cja\u017cmu kbir, daqq ta\u2019 qniepen u sparar ta\u2019 murtaletti. Wara mar fuq it-tron u ntona t-<em>Te Deum<\/em>. Il-kuruna kienet g\u0127amlitha d-Ditta Francesco Meli tal-Belt. Wara li ntemmet i\u010b-\u010berimonja, il-Kardinal \u0127are\u0121 biex jitlaq mill-\u0121did lejn il-Palazz ta\u2019 l-Isqof u saritlu dimostazzjoni o\u0127ra.<\/p>\n\n\n\n<p>B\u2019tifkira ta\u2019 l-okka\u017cjoni l-Kardinal \u0127alla kallotta fil-Ka\u017cin tal-Banda San \u0120or\u0121. \u0120ab mieg\u0127u kal\u010bi tad-deheb zekkin im\u017cejjen bid-djamanti li kien rigal tal-Papa biex jippre\u017centah lill-Kapitlu. Fit-28 ta\u2019 \u0120unju, il-Kardinal Ferrata re\u0121a\u2019 ltaqa\u2019 mal-Kapitlu ta\u2019 Bormla u saru diskorsi ta\u2019 l-okka\u017cjoni. Il-Kapitlu ppre\u017centalu kal\u010bi tad-deheb u \u017cew\u0121 ampollini ma\u0127dumin bil-filugrani.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dawn il-\u0121ranet ta\u2019 festi, it-toroq ta\u2019 Bormla kienu m\u017cejnin u diversi baned, barra l-Banda San \u0120or\u0121, daqqew f\u2019diversi n\u0127awi. Fl-istess waqt, wara l-kurunazzjoni komplew il-festi bi Tridu ta\u2019 ringrazzjament. Il-Kardinal kellu programm mimli jara diversi n\u0127awi ta\u2019 Malta u jiltaqa\u2019 ma\u2019 \u0127afna rappre\u017centanti ta\u2019 kapitli, ordnijiet reli\u0121ju\u017ci u o\u0127rajn.<\/p>\n\n\n\n<p>Lill-Kardinal kienu \u0127aduh dawra mill-Imsida sa Tas-Sliema u San \u0120iljan. Kien mar i\u017cur il-Barrakka ta\u2019 Fuq, il-Belt, fejn \u0121ie mdawwar minn folla kbira. Iltaqa\u2019 mal-Kurunell Kelly u mal-Kurunell Biancardi. }ar xi istituti, mar l-Imdina u San Anton fejn \u0127alla biljett di vista g\u0127all-Gvernatur.<\/p>\n\n\n\n<p>Fis-27 tax-xahar mar i\u017cur il-knejjes ta\u2019 Santu Wistin, San Pawl, San Duminku u San \u0120wann fil-Belt. Mar ukoll il-Bibljoteka u l-Universita`. Kellu l-okka\u017cjoni jiltaqa\u2019 mal-Kamra Pontifi\u010bja u ma\u2019 l-Im\u0127allfin. F\u2019San \u0120iljan qieg\u0127ed l-ewwel \u0121ebla ta\u2019 l-iskola tas-Sacro Cuore u fil-Ber\u0121a ta\u2019 Aragona attenda g\u0127al ri\u010beviment li sar ad unur tieg\u0127u. It-tluq tal-Kardinal Ferrata minn Malta sar fl-1 ta\u2019 Lulju. L-Ammirall Bromely offra torpediniera, l-H.M.S. Ardent, biex twasslu sa Siraku\u017ca fi \u017cmien tliet sieg\u0127at.<\/p>\n\n\n\n<p>Sadattant f\u2019Bormla l-festi tal-kurunazzjoni ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni waslu fi tmiemhom. Saret pur\u010bissjoni bl-istatwa akkumpanjata bil-kant tas-<em>Si Levi<\/em>&nbsp;li kien kiteb il-Karmelitan, Patri Anastasju Cuschieri. Kienu festi kbar li g\u0127alkemm kienu jinvolvu l-i\u017cjed lill-belt ta\u2019 Bormla, kienu marbutin ma\u2019 okka\u017cjoni li \u0127adet xejra nazzjonali. Malta kollha kienet issie\u0127bet f\u2019entu\u017cja\u017cmu ta\u2019 devozzjoni lejn il-Madonna meqjuma f\u2019tant parro\u010b\u010bi.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Charles Galea Scannura Mitt sena ilu, f\u2019Bormla saru festi kbar marbutin mal-kurunazzjoni tax-xbieha ta\u2019 l-Immakulata Kun\u010bizzjoni fit-titular tal-parro\u010b\u010ba kolle\u0121\u0121jata ta\u2019 din il-belt. G\u0127alhekk hawn ftit tag\u0127rif dwar dak li \u0121ara fl-1905. Ix-xewqa li l-Madonna fil-kwadru titulari tas-santwarju ta\u2019 Bormla tkun inkurunata f\u2019\u010berimonja solenni kienet ilha tin\u0127ass. Wara li l-Papa Piju VII \u0127are\u0121 id-digriet biex il-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Bormla ssir kolle\u0121\u0121jata f\u2019Lulju 1822, kienu nqalg\u0127u &hellip; <a href=\"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/?p=109\" class=\"more-link\">Continue reading <span class=\"screen-reader-text\">F\u2019Bormla Mitt Sena Ilu :  Il-Kurunazzjoni Tal-Madonna<\/span> <span class=\"meta-nav\">&raquo;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":4242,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[5],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/109"}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/4242"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=109"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/posts\/109\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=109"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcategories&post=109"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.cospicuaparish.org.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Ftags&post=109"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}