Pjan Pastorali
tal-Parroċċa
Marija Immakulata - Bormla
2007 - 2008
FLIMKIEN FI KRISTU
GĦAS-SERVIZZ TAL-BNIEDEM
1. Komunita’ li tinbena fil-formazzjoni u li tevanġelizza.
Waħda mill-akbar sfidi li għandha quddiemha l-parroċċa, bħal bqija tal-Knisja f’Malta hija li tipprepara nsara għall-ħtiġijiet veri tar-realta’ soċjali kif inhi llum, u tgħinhom biex huma stess ikunu dawk li jevanġelizzaw.
1. Jitkompla l-grupp ta’ katekeżi għall-adulti kull nhar ta’ Erbgħa fis-7.00p.m. fiċ-Ċentru Sagra Familja mibni fuq il-liturġija tal-Kelma tal-Ħadd.
2. Jinbeda grupp ieħor li jiltaqa’ f’ġurnata oħra u post differenti n-naħa ta’ Sta. Margerita; jew inkella jsir grupp wieħed fl-oratorju.
3. Jitwaqqaf equipe minn dawn iż-żewġ gruppi li jieħu aktar responsabbilta’ tal-loġistika u l-impenji tal-grupp.
4. Tintagħżel ġimgħa li fiha ssir missjoni ta’ evanġelizazzjoni permezz ta’ żjajjar lill-familji u ċelebrazzjonijiet liturġiċi in-naħa ta’ Fuq Verdala li jieħdu sehem fiha gruppi diversi (2007) u oħra n-naħa ta’ San Pawl (2008).
5. Fl-14 ta’ Jannar fis-Seminarju jsir seminar mill-Unita’ Pastorali dwar “Christian Leadership”.
6. F’Mejju 2007 isiru ċelebrazzjonijiet marjani bit-talba tar-Rużarju fi Triq Matty Grima (Domus Piju IX), Misraħ Bonnici (M.U.S.E.U.M. Subien u Bniet), Fuq Verdala (Missjunarji tal-Karitaċ u Katekeżi għall-Adulti), Hubbard Flats (Sorijiet Franġiskani, Leġjun ta’ Marija u Azzjoni Kattolika), Triq San Mikiel (Katekeżi ta’ l-Adulti).
7.Terġa’ tittieħed inizjattiva dwar is-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni li titlob li jsiru b’ħeġġa, b’impenn u b’koordinazzjoni akbar. Għalhekk issir laqgħa l-Ġimgħa, 20 ta’ Lulju biex ikunu ppreparati tajjeb.
2. Komunita’ li tissaħħaħ fil-komunjoni u
fi djalogu fi ħdanha u mas-soċjeta’.
1. L-Unita’ Pastorali tara l-possibilita’ li tagħmel użu mir-Radju Kottoner permezz ta’ programm regolari li jsir kull nhar ta’ Ġimgħa fil-11.00a.m. u jkun ta’ tliet kwarti u l-avviżi tal-parroċċa.
2. Matul il-ġimgħa tad-Duluri jsiru erba’ laqgħat mibnija fuq id-dokument tas-Sinodu “Knisja - Kultura - Soċjeta” organizzati mill-Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu f’għaqda ma’ l-Istitut tal-Formazzjoni.
3. Issir reviżjoni ta’ l-istrutturi tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu biex jirriflettu aktar l-ispirtu tal-komunjoni. Meħtieġa diskussjoni u pjanifikazzjoni fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
4. Jitlaqqgħu s-Superjuri Reliġjużi għal-laqgħa ta’ diskussjoni dwar kif titħaddem aktar il-komunjoni - Xahar ta’ Frar.
5. Isiru laqgħat kull perjodu taż-żmien għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi. L-ewwel waħda tkun it-Tlieta, 19 ta’ Diċembru, 2006.
6. Nistudjaw kif il-parroċċa tkun aktar vuċi fuq ir-realta’ soċjali biex twassal għal azzjoni billi l-laqgħa ta’ Kuntatt ta’ l-Unita’ Pastorali tal-Kottonera u l-Kalkara twettaq inizjattiva li tkun iddeċidiet.
3. Komunita’ li taqdi u tmexxi ’l
quddiem is-solidarjeta’
ma’ l-emarġinati.
Karatteristika tal-parroċċa hija l-attenzjoni kontinwa għal spirtu ta’ qadi u ta’ solidarjeta’ ma’ dawk li qed ibatu, speċjalment dawk żvantaġġjati u emarġinati.
1. Il-Kummissjoni Parrokkjali Djakonija tkompli u ssaħħaħ l-inizjattiva.
żewġ ċentri għall-anzjani
- żjajjar fid-djar lill-morda u lill-anzjani
- żjajjar lill-familji fid-diffikulta’
- grupp għal tfajliet ommijiet.
2. Isiru kuntatti dwar il-possibilta’ li jiġi offrut servizz ta’ “counselling professjonali” minn persuna kwalifikata kif qed isir il-Birgu.
3. Tkompli l-kuntatt mal-Fundazzjoni Bormliża b’Diżabilita’ permezz ta’ rappreżentanta fil-kummissjoni, u wkoll mad-“Day Centre” għall-Anzjani u l-Aġenzija Appoġġ.
4. Issir reviżjoni tas-sistema tat-tqassim ta’ l-ikel mill-Unjoni Ewropea billi tkun diskussa fil-Kummissjoni Djakonija.
5. Wara l-esperiment tas-sajf, issir klassi ta’ katekiżmu minn katekista ta’ esperjenza għall-grupp ta’ pre-adolexxenti minn lista’ ta’ 20 li għadhom ma rċevewx il-Griżma.
6. Il-Parroċċa tgħin fit-twaqqif ta’ “support group” fl-iskola primarja għall-ommijiet ta’ Year I f’rabta mas-SENT u tagħżel xi familji li uliedhom ma jmorrux skola biex bl-għajnuna ta’ lajċi jibdew jattendu.
4. Komunita’ li tiċċelebra b’mod ħaj.
1. Jiġi studjat kif aktar tfal subien jiġu mistiedna jidħlu fil-grupp ta’ l-abbatini u jinstabu żewġ koppji ta’ ġenituri li jagħtu l-għajnuna tagħhom.
2. Wara li l-Kummissjoni Parrokkjali Liturġija tkun ġabret lista sħiħa tal-letturi, issir laqgħa għal kulħadd it-Tnejn, 22 ta’ Jannar, 2007. Is-Sur Sunny Aquilina mbagħad jagħmel eżerċizzji prattiċi fi gruppi żgħar.
3. Is-sehem taż-żgħażagħ fl-animazzjoni tal-quddiesa tal-11.45a.m. kien pożittiv ħafna. Tajjeb jirċievi tagħlim dwar motivazzjoni u spirtu nisrani. Issir laqgħa għal dawn iż-żgħażagħ il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar fis-7.00p.m. u jagħtihom sens ta’ responsabbilta’. Tkun inizjattiva li quddies ieħor tal-Ħdud ikollu grupp responsabbli mill-kant u l-animazzjoni sħiħa tal-quddiesa.
4. Wara l-kummenti pożittivi dwar il-“power-point”, tajjeb li:
- isir wieħed aktar adatt
- tinstab persuna/i li jieħdu responsabbilta’ tiegħu
- jiddaħħal fih il-kliem tal-kant.
5. Terġa’ ssir il-katekeżi dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-quddies kollu tal-“weekend”, 17 u 18 ta’ Frar.
6. Jitfassal roster għall-ministri straordinarji tat-tqarbin għall-quddies tal-“weekend” billi jiltaqgħu flimkien f’laqgħa l-Ġimgħa, 9 ta’ Jannar fl-10.30a.m.
7. Naħsbu dwar formazzjoni għall-animaturi tal-quddies u l-parteċipazzjoni f’kant aktar melodjuż u sabiħ. Iridu jsiru kuntatti biex jinstabu persuni li jagħtu dan it-taħriġ.
8. Il-Kummissjoni Parrokkjali Liturġija twassal stedina lill-komunita’ Tereżjana dwar rappreżentanza fil-Kummissjoni.
9. L-adorazzjoni ewkaristika fil-knisja ta’ San Pawl għandha tinżamm aktar fit-tul fil-għaxija wara li jinstabu nies aktar. Tiġi diskussa l-idea li ssir fil-knejjes l-oħra.
10. Konfessur barrani għall-qrar fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar preferibbilment filgħodu u filgħaxija.
5a. Komunita’ li tagħti attenzjoni partikulari lill-familja.
1. Żjajjar lill-familji tat-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina fix-xahar ta’ Frar u tal-Griżma fix-xahar ta’ Ottubru. Fihom twassal stedina għall-konsagrazzjoni tal-famiji.
2. Titwassal stedina lil aktar persuni għas-“support groups” tan-nisa separati u koppji żgħażagħ.
3. Tinsab koppja/i biex jinbeda support group għall-koppji “going steady”.
4. Tirrevedi l-katekeżi tal-magħmudija għall-ġenituri u l-parrini biex twassal il-messaġġ aħjar.
5. Tilħaq aktar lill-ġenituri tat-tfal li qegħdin fit-tagħlim tal-katekiżmu, billi l-Kummissjoni Parrokkjali Kateketika tfassal programm u żżomm kuntatt ma’ dawk li ma jattendux.
6. Ġurnata għall-koppji fit-18 ta’ Frar 2007 organizzata mill-Unita’ Pastorali bit-tema “Nitfejqu u nikbru fi Kristu”.
5b Komunita’ li tagħti
attenzjoni partikulari
lill-adolexxenti/ŻgĦażagħ.
1. Ħtieġa ta’ “equipe” ta’ “leaders" għall-grupp adolexxenti
2. Sehem iż-żgħażagħ fil-programm ta’ tagħlim għat-tfal tal-Missjunarji tal-Karita’.
3. Kontribut taż-żgħażagħ għall-quddiesa tad-9.15a.m. il-Ħadd.
4. Tkabbar kuntatt mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ biex tuża r-riżorsi li toffri u tapprofitta minn programmi ta’ formazzjoni.
5. Tagħti aktar formazzjoni mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla.
6. Tintalab l-għajnuna ta’ voluntiera biex ikunu mat-tfal fil-quddiesa tad-9.15a.m. ħalli kull nhar ta’ Ħadd tkun animata għalihom.
|