Fost is-suġġerimenti, diversi wrew ix-xewqa li jsir munument b’tifkira taċ-Ċentinarju. Billi l-Paroċċa ma setgħatx tidħol għal din ir-responsabilita`, il-Kummissjoni Parrokkjali għaċ-Ċentinarju waqqfet sotto-kummissjoni magħmula mis-Sinjuri Sunny Aquilina, Joe Bartolo, William Galea u Vitorin Sciberras li ħadmu taħt il-koordinazzjoni tal-Arċipriet.
Ġie kkummissjonat is-Sur Ronald Pisani, marmista magħruf, li ppreżenta tlett abbozzi u wara diversi laqgħat ġie ffinaliżżat l-abbozz li nittamaw ikun ippreżentat fil-ġranet tal-festa. Ix-xogħol tal-bronż se jsir għand is-Sur Joseph Chetcuti.
Il-munument se jqum Lm 13,000 u sa issa permezz ta erba` benefatturi inġabret is-somma ta Lm 10, 000. Il-figura tal-Madonna se tkun tal-bronż b’banju tad-deheb. Qed isir appell, anki fost l-emigranti, biex jinġabru l-aħħar Lm 3000 ħalli ċ-Ċentinarju jibqa` mfakkar fil-Belt ta`Bormla.
|