Talba taċ-Ċentinarju
Missier Setgħani,
Int għażilt lil Marija Immakulata
bħala Omm Ibnek u Għarusa ta' l-Ispirtu s-Santu.
Infaħħruk u nirringrazzjawk
talli tul is-snin, bil-ħarsien tagħha,
imxejt dejjem ma' l-istorja tagħna l-Bormliżi.
Bierek lilna lkoll
f'dan iċ-ċentinarju
mill-Inkurunazzjoni tax-xbieha ta' Marija Immakulata,
biex b'qalbna safja mid-dnub
u tfawwar bl-imħabba u bl-umilta'
nilqgħu lil Ġesu' f'ħajjitna.
Agħmel li nħobbuh fil-familji tagħna,
kif ħabbitu Marija;
u li naqdu lil xulxin u l-aktar dawk fil-bżonn
kif qdietu Marija.
Qalb Immakulata ta' Marija,
bidu tal-ferħ tagħna u għajnuna f'kull bżonn,
magħqudin miegħek
żommna fir-rieda ta' Alla,
għinna niġġeddu u nitħeġġu
biex nagħtuk paroċċa skond qalbek
li tkun l-isbaħ kuruna ta' dan iċ-ċentinarju.
Bi Kristu Sidna.
Amen.
Imprimatur
Datum in Curiam Archiep Melit.
Florianae, die 8a Novembris 2002
Annetto Depasquale
Ep. Tit. Araditan.
Vicariius Generalis |
Nihil Obstat
Die 7a Novembris 2002
Sac. Hector Scerri
Cens. Theol. |
Fil-Kuruna Dehbiena fuq Rasek
L-Innu ta' l-Inkurunazzjoni
O Marija bla ħtija nsellmulek
Int Sultana tas-sema u ta' l-art
Sa mill-waqt tat-tnissil kont bla tebgħa,
Omm Ġesu' kollok grazzja tħabbart!
Int Sultana, l-għażiża omm tagħna
Li minn dejjem qimniek, dorna lejk,
Fil-kuruna dehbiena fuq rasek
Imħabbitna, iżborna lkoll ħdejk.
Int Marija l-faraġ u s-sliem
F'das-Santwarju meqjuma f'kull żmien!
O Marija Int tajtna lil Ibnek
Hu r-rebħa, il-bidu, it-tmiem,
L-għadu ntrifes, bla dnub sabek tlellex,
Lejk induru Marija f'kull żmien!
Int Sultana, l-għażiża omm tagħna
Li minn dejjem qimniek, dorna lejk,
Fil-kuruna dehbiena fuq rasek
Imħabbitna, iżborna lkoll ħdejk.
Int Marija l-faraġ u s-sliem
F'das-Santwarju meqjuma f'kull żmien!
Fuqna żomm ħarstek ħelwa Marija
Fik it-tama u f'Ibnek Feddej,
Għalhekk ħalqek sabiħa, hekk safja
Għax Int Omm l-Iben t'Alla, l-Mulej!
Int Sultana, l-għażiża omm tagħna
Li minn dejjem qimniek, dorna lejk,
Fil-kuruna dehbiena fuq rasek
Imħabbitna, iżborna lkoll ħdejk.
Int Marija l-faraġ u s-sliem
F'das-Santwarju meqjuma f'kull żmien!
B'ħajr u glorja lil Alla u b'tislima lil Marija Immakulata, Omm Beltna.
Lirika Sunny Aquilina 24.VII.2003
Mużika Ray Scibberras F.L.C.M.
Die 8a Iulii 2004
Sac. Hector Scerri
Cens. Theol. |
Imprimatur
Datum in Curiam Archiep Melit.
Florianae, die 12a Iulii 2004
Annetto Depasquale
Ep. Tit. Araditan.
Vicariius Generalis |
|