Ħarġa f' Kastilja
Kitba ta' Shelley Vella
Studenta fl-Iskola Primarja
Marija Immakulta
Bormla
Kien hemm ħafna ħruġ li laqtuni imma l-aktar waħda li laqtitni hija ħarġa f Kastilja, veru ħadt pjaċir.
Fid-disgħa ta' filghodu tlaqna mill-iskola bil-kowċ. Wara xi nofs siegħa wasalna quddiem Kastilja u wara ftit dħalna klassi wara klassi.
Malli dħalna tlajna fuq u daħħluna f' kamra kbira enormi u qgħadna nistennew lill-Prim Ministru u lill-mara tiegħu, Mrs Gonzi. Kien hemm ħafna kameras, meta daħal il-Prim Ministru u martu qbadna nċapċpu u tal-kameras bdew jiffilmjaw.
Wara li daħlu, żewġt itfal qabdu jaqraw. Wara 1-Prim Ministru qalilna ta' min kienet l-isbaħ kartolina. Wara ftit qalilna li kienet intagħżlet 1-iskola tagħna miliħabba l-motto tagħna li jgħid hekk 'nistinkaw dejjem biex insiru aħjar'.
Wara dan kollu ħriġna barra u kilna, dawwarna f'xi kmamar ukoll. Fil-kmamar kien hemm ħafna affarijiet sbieħ u veru ħadt pjaċir.
F'xi l-għaxra tlaqna u biex nieħdu brejk morna l-barrakka ta' fuq. Il-Prim Ministru qalilna li se jipprova jirranġalna biex immorru naraw l-Parlament. Ħadt ħafna pjaċir u nixtieq li nerġa' mmur.
|