50 Sena mill-Kappella ta' l-Ursolini
Kitba tal- Kan. Dun Joe Mifsud
L-Erbgħa 25 ta’ Ottubru, 2006, saret konċelebrazzjoni mill-Arċipriet, il-Kan. Joe Mifsud u l-kanonċi Dun Ġużepp Bonello u Dun Ġużepp Zammit fil-kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Fatima fil-Kunvent tas-Sorijiet Ursolini.
Kien it-18 ta’ Ottubru, 1956, festa ta’ San Luqa Evanġelista li Mons. Carmelo Bonnici, Vigarju tas-Sorijiet bierek il-kappella.
F’dawn l-aħħar 50 sena, is-sorijiet Ursolini mexxew kindergarten u taw servizz tal-ħasil ta’ ħwejjeġ sagri.
Fil-preżent qegħdin ukoll iqarbnu l-morda, jgħinu fi grupp ta’ tfajliet ommijiet u jgħallmu l-katekiżmu.
F’dawn il-50 sena, il-Kan. Prim. Dun Ġużepp Zammit kien iqaddes kuljum, f’din il-kappella. Għal xi snin, bil-għajnuna tas-sorijiet kien iqassam ukoll ikel u ħwejjeġ lill-familji fil-bżonn.

Fit-13 ta’ Mejju, issir kull sena t-tifkira tal-Madonna ta’ Fatima.
|