Kemm Ħadna Pjacir !
Kitba ta' Mary Darmanin
Konna għadna ngawdu l-vaganzi tal-Milied meta l-Erbgħa 3 ta’ Jannar, flimkien ma’ tliet ‘helpers’ tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karita, (Sorijiet ta’ Madre Tereza) ħadna grupp ta’ tfal, Pembroke, fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici, jew aħjar I.T.S.
Kien jum kiesaħ kif jaf jagħmel Jannar, iżda kif dħalna f’dan il-bini tassew sabiħ, sibna jistennewna l-qlub sħuna u ferrieħa ta’ l-istudenti li kienu ħerqana biex jarawna lkoll kuntenti. Lestew għal dawn it-tfal ikla specjali, adattata għat-tfal. Malajr it-tfal sabu posthom madwar mejda mżejna għall-okkazzjoni.
Wara t-talba ta’ qabel l-ikel, it-tfal mill-ewwel bdew jieklu ftira mħawra tajjeb ħafna, u t-tfal dehru li għoġbithom ħafna. Wara l-istudenti servew lit-tfal b’ikel bnin, ikel tajjeb għalihom, u fejn kien meħtieġ anki kienu lesti li jaqtgħu x-xewqat tat-tfal. Fl-aħħar it-tfal raw quddiemhom gateau li f’kemm ili ngħidlek sparixxa minn ġol-platt. Waqt l-ikla l-istudenti qassmu lit-tfal xorb kemm kellhom bżonn, jew aħjar kemm riedu.
Dan ma kienx biżżejjed għax wara l-ikla ic-Chairman u s-sur J. Bonello taw rigal lil kull tifel u tifla. Mill-ewwel t-tfal fetħu r-rigali u tgħidx kemm ħadu gost bihom, li kollha kemm huma bdew ikantaw “Thank you…. Thank you…. Thank you..”
Wara reġgħet ġiet għalina l-kowc biex terġa’ ġġibna lura lejn Bormla.
F’isem it-tfal, it-tliet ‘helpers’, nixtieq nrodd ħajr lis-sur J. Bonello li kienet l-idea tiegħu li norganizzaw din l-ikla lil dawn it-tfal, kif ukoll lic-‘Chairman’, lis-Sur Scicluna, lill-istudenti u l-istaff li ħadmu minn qalbhom biex jaraw lil dawn it-tfal jifirħu f’dan iż-żmien sabiħ tas-sena.
Grazzi mill-ġdid mill-qalb u prosit tassew.
ritratti ta' l-okkazzjoni