Reunion għall - membri
u L ' ex Membri tad-Domus Piju IX
Kitba: Charles Sciberras
Nhar is-27 ta’ Jannar 2007, fic-Ċentru Sagra Familja, saret ‘reunion’ għall-membri u l’ex-membri tad-Domus Piju IX. 
Kienet okkazzjoni l-veru sabiħa fejn għal xi wħud serviet sabiex jerġgħu jiltaqgħu ma sħabhom taż-żogħżija li kienu ilhom ma jarawhom aktar minn għoxrin sena. Kien hemm minn saħansitra ma għarafx lil xulxin.
Din l-okkażjoni bdiet b’quddiesa mmexxija minn Dun Evan Caruana – Arċipriet tan-Naxxar ; li barra li huwa Bormliż bħalna, kien responsabbli minna iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien.
Din il-quddiesa ġiet offruta għar-ruħ tal-ex membri li llum qiegħdin igawdu lil daK li tant ħabbu; speċjalment għall-mibki Dun Gustav Barbara li għal ħafna snin kien il-President tad-Domus Piju IX.
Wara l-quddiesa kellna riċeviment fejn fiħ kulħadd beda jirrakonta xi praspura li kien għamel f’dak iż-żmien taż-żogħżija.
Naturalment ma naqasx li l-Arcipriet tagħa Dun Joe Mifsud – il-President attwali, u s-Segretarju is-Sur Sur Johnathan Farrugia jgħamlu kelmtejn ta’ l-okkażjoni.
Kienu mistiednin ukoll Dun Anton Galea Scanura u is-Sur Kenneth Gauci li anima il-quddiesa bil-Kant.