"Lacryme"
CD bi 12-il Marċ Funebri
Kitba ta' Etienne Spiteri
Nhar il-Hadd, 25 ta’ Frar 2007 fl-10.30 ta’ fil-ghodu, saret il-launching tas-CD Lacyrme, CD li tikkonsisti fi 12-il marc funebri, gewwa l-Kappella ta’ San Gwann t’Ghuxa, ic-Centru ta’ l-Arti u l-Kultura, li tinsab gewwa l-Belt ta’ Bormla.
Din is-CD ghandha kompozizzjonijiet ta’ zewg muzicisti Bormlizi, Simon Ellul u Etienne Spiteri. F’din il-launching fejn kien hemm ghadd sabih ta’ mistiedna, giet imnedija mis-Sur Sunny Aquilina fejn taha deskrizzjoni cara ta’ f’hiex jikkonsisti u kif inhu mqassam Marc Funebri. 
Hawnhekk dahlu fix-xena z-zewg kompozituri Simon u Etienne u nstemghet l-istorja ta’ kif bidet in-namra taghhom lejn il-muzika u b’mod partikolari ghall-istudji taghhom.
Dawn iz-zewg kompozituri studjaw u ghadhom ghaddejjin bl-istudji taghhom ghand is-Surmast Ray Sciberras. Simon Ellul u Etienne Spiteri gabu d-diploma A(Mus)LCM fis-sena 2002 u kif ukoll Etienne gab id-diploma L(Mus)LCM fis-sena 2006.
Ta’ min isemmi wkoll li Etienne Spiteri ghandu f’idejh id-direzzjoni tal-King’s Own Youth Band tal-Belt Valletta. Dawn iz-zewg kompozituri ghandhom ghadd sabih ta’ muzika miktuba minnhom.
Fir-repertorju ta’ Simon Ellul insibu xogholijiet ghall-klarinett u Saxaphone Alto, xogholijet ghall-pjanu, ghall-banda u orkestra, kif ukoll diversi marci brijjuzi u marci funebri. 
Fir-repertorju ta’ Etienne Spiteri insibu varjeta ta’ chamber music, muzika orkestrali, ghall-pjanu, vokali u muzika bandistika kif ukoll diversi marci brijjuzi u marci funebri.
Uhud minn dawn il-marci funebri jinstabu f’din is-CD. Kull min jixtieq li jkollu kopja ta’ din is-CD Lacryme, ghandu javvicina lil Etienne Spiteri fuq numru tal-mobile 9945 2449 jew lil Simon Ellul fuq numru tal-mobile 7921 1170.
Kif ukoll tista’ tinxtara wkoll:
- mill-Kazin tal-Banda San Gorg ta’ Bormla,
- mid-Domus Piju IX (9) – Bormla,
- mic-Centru 19 ta’ Novembru 1944 – Bormla,
- mill-Kazin tal-Banda De Rohan – Haz-Zebbug,
- mill-Kazin tal-Banda King’s Own il-Belt Valletta.
Siltiet mis-CD
|