Il-Kelma ta' l-Arċipriet
Nibnu fis-Sod
Kan. Joe Mifsud

Mhux dejjem nindunaw li l-mod kif nahsbu qed iwassalna biex nirriskjaw il-hajja taghna. Xi drabi nahsbu li bil-kritika, is-suggerimenti u x-xoghol taghna se naghmlu l-gid u nilhqu x-xewqat taghna. Infasslu pjanijiet u progetti li minghalina se jservu ghal xi haga u fil-fatt ifalli kollox. Ikun jonqos element essenzjali.
Huwa biss meta l-bniedem jaghraf u jilqa’ f’hajtu lil Gesu’ Kristu permezz tal-fidi li hajtu tkun qed tinbena fis-sod u mhux fuq ir-ramel. Il-fidi f’Gesu Kristu tfisser il-bidla fil-mod ta’ kif nahsbu u nghixu. Hija bidla li tmiss mhux biss l-imgieba taghna, imma l-motivazzjonijiet u l-attitudnijiet wara kull imgieba. L-ghazla ta’ Gesu’ Kristu f’hajjitna taghmilna bnedmin godda u taghmel ukoll gdid l-ambjent kollu ta’ madwarna.
Jekk inharsu lejn il-familji taghna, l-ghaqdiet religjuzi u l-gruppi tas-socjeta’, nistghu nghidu li din il-fidi, dan l-ispirtu nisrani qieghed tassew imexxina fil-programm ta’ matul is-sena? Gesu’ Kristu jitlob li nohorgu mill-gheluq tal-egoizmu taghna u nifthu qalbna ghal xulxin; jitlob minna li kollox iwassal biex tissahhah l-ghaqda u l-imhabba fostna; jitlob minna umilta’ biex nitghallmu minghand xulxin halli kollox isir ahjar u f’servizz lill-ohrajn; jitlob minna li jkun hemm sincerita’, onesta’ u responsabilta’.
Fi zmienna ma nistghux nieqfu nhambqu dwar is-sbuhija u l-importanza tal-familja. Zbaljat min bil-fehma tieghu qed idghajjef il-hajja tal-familja. Il-familja tibni s-socjeta’ u l-Knisja ghall-futur. Kull attakk lill-familja jkun telfa ghalina l-bnedmin. Il-fidi fil-persuna ta’ Gesu’ Kristu hi ghajnuna u qawwa quddiem il-harsien tal-familja. Tibni fid-sod meta tibni fuq Kristu; meta lil Kristu ggorru fik. Il-familja fis-sod trid tinbena fuq il-kelma ta’ Kristu.
L-Arċipriet |