Il-Kelma ta' l-Arċipriet
Kan. Joe Mifsud
"Il-Knisja fil-Liturgija taghha ticcelebra principalment il-Misteru ta' l-Ghid li bih Kristu temm l-opra tas-salvazzjoni taghna."(Katekizmu tal-Knisja Kattolika 1067) Minn zmien antik, kienu diversi l-persuni minn Bormla li taw kontribut fl-istorja tal-Moviment Liturgiku f'Malta. Bizzejjed insemmu lil Rikkardu Taylor u lil Mons. Ludovik Mifsud Tomasi.
L-ghan kien li n-nies ikunu jistghu jifhmu u jiehdu sehem fil-Liturgija. Ghalhekk ma nistghux nkunu kuntenti li fil-parrocca taghna jkollna cerimonji sbieh u organizzati. Il-vera celebrazzjoni tal-Liturgija ghandha l-iskop li l-Gisem Mistiku ta' Kristu maghqud ma' Gesu' Sacerdot li hu r-ras ta' dan il-Gisem ifahhar, jirringrazzja u jitlob lil Alla. Liturgija minghajr partecipazzjoni tal-lajci tissejjah cerimonja u rit li jieqfu hemm.
Irridu niccelebraw il-Liturgija bhala ferh u tifhir li jwasslu biex min jiehu sehem ikollu esperjenza tal-prezenza u tal-hajja ta' Alla. Nistghu nghidu li ghandna dan f'mohhna u li qed nilhqu dan l-ghan?
It-tigdid li sehh fil-Knisja, u b'mod dirett fil-Liturgija bil-Koncilju Vatikan II ghen hafna biex ikabbar il-partecipazzjoni tal-lajci. Is-sehem tal-lajci fil-Liturgija jrid ikun sehem shih, haj u jinftiehem mill-gemgha kif insibu fid-dokument dwar il-Liturgija. Il-fatt li bdiet tintuza l-lingwa tal-post ghen biex in-nies jifhmu u jiehdu sehem. Il-qari tal-kelma ta' Alla, il-kant, it-talb mis-sacerdot, it-twegibiet tal-gemgha, is-servizz mehtieg, l-ambjent u l-imgieba; kollha ghandhom iwasslu biex il-gemgha tkun maghquda ma' Gesu' fl-istess talba lill-Missier.
Nirringrazzjaw lil Alla li tul dawn l-425 sena, il-parrocca tat dan is-servizz b'mod xieraq. Nirringrazzjaw lil Alla li dejjem kellna lajci li taw kontribut siewi ghac-celebrazzjoni hajja tal-Liturgija.
Inheggu lil-lajci mpenjati fil-Liturgija biex jaqdu dan il-ministeru bil-fidi, b'xhieda ta' hajja, b'mod dinjituz u mimli hegga. Nappellaw biex aktar lajci jaghtu sehemhom fil-kant, fil-qari u l-preparzzjoni ghac-celebrazzjoni tal-Liturgija.
L-Arċipriet |