Il-Kelma ta' l-Arċipriet
NAGĦMLU XI ĦAĠA GĦAL ULIEDNA
Kan. Joe Mifsud

Dan ix-xahar tintemm sena ohra ta’ hidma fil-parrocca. Qisu s-Sajf jgib mieghu bidla. Tintemm l-iskola b’aktar hin ghall-mistrieh. Uhud mill-haddiema jkollhom hinijiet iqsar tax-xoghol. Nghaddu hin f’attivitajiet ta’ gost u mistrieh. Forsi ftit naghmlu uzu miz-zmien tas-Sajf biex inharsu l-isfel u l-quddiem. L-isfel biex naghrblu ftit fil-fond u l-quddiem biex nippjanaw.
Zmienna jitlob nies li jafu jiddiskutu, jirriflettu u jahsbu. Qed nghixu f’rejaltajiet li fil-futur mhux se jhalluna nahsdu l-frott. Nifhem b’mod partikulari t-trobbija u l-edukazzjoni tat-tfal taghna. L-izvilupp shih tal-persuna huwa l-garanzija ghall-opportunitajiet tal-futur. Minghajr dan l-izvilupp, l-opportunitajiet huma mitlufa. Hafna tixrid ta’ inizjattivi, imma ma ahniex naqbdu l-barri minn qrunu. Min ma messx din ir-rejalta’ mill-vicin aktarx ma jemminx, jaraha qed tigi mkabbra jew jibqa’ passiv. Uhud imma qatghu qalbhom. Jafu bil-problema u jinsabu mitlufin. It-teorija mhix tintrabat mar-rejalta’.
L-edukazzjoni trid tkompli tul hajtek kollha. Is-Sajf mhux vaganza mill-edukazzjoni. Mill-iskola forsi, imma mhux mit-taghlim. Hekk ukoll l-omm. Ma tistax tiehu vaganza mit-trobbija u l-kura ta’ wliedha. Aktar ma ninvestu fl-omm, aktar inkunu qed ninvestu fit-tfal. Nedukaw lill-omm, nedukaw lill-familja. Il-qawwa ta’ l-omm hija l-garanzija tal-futur ta’ l-ulied.
Kif se nindunaw bl-urgenza ta’ pjan effettiv biex inpoggu l-edukazzjoni ta’ wliedna u l-iskola k-prijorita’ tal-projoritajiet?
L-Arċipriet
|