Kanonoku Onorarju Ġdid
Kan. Joe Mifsud
Qabel il-konċelebrazzjoni solenni fit-tifkira ta’ l-inkurunazzjoni tax-xbieha ta’ Marija Immakulata fis-Santwarju tal-Kolleġġjata saret iċ-ċerimonja ta’ l-investitura tal-kanonku onorarju Dun Albert Schembri, kappillan tal-parroċċa ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.
Father Albert twieled fid-29 ta’ Gunju, 1973 u trabba fil-parroċċa ta’ Ħal Luqa. Ħa l-formazzjoni għas-saċerdozju fl-Universita’ ta’ Malta u fis-Seminarju, f’Tal-Virtu’.
Matul is-sena tad-djakonat għamel l-esperjenza pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ Bormla fejn kellu kuntatt mad-diversi oqsma tal-parroċċa.
Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awissu 2001 u qeda l-ministeru saċerdotali tiegħu fil-parroċċi ta’ Wied il-Għajn u ż-Żurrieq. Ilu kappillan Ħal Għargħur minn Marżu tas-sena l-oħra.
ara ritratti ta' l-okkażżjoni
|